VIŻTA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SANTA FRANCESCA SAVERIO CABRINI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It-II Ħadd tal-Avvent, 4 ta’ Diċembru 1983
Għeżież fidili,
1. Dan it-tieni Ħadd tal-Avvent jiżvolġi ruħu kollu kemm hu fuq it-temi tal-miġja ta’ Kristu u tat-tħejjija meħtieġa għal din il-ġrajja meraviljuża.
Fiċ-ċentru tal-Liturġija hemm il-persuna ta’ Ġwanni l-Battista. L-evanġelista Mattew jideskrivih bħala raġel ta’ talb qawwi, ta’ penitenza severa, ta’ fidi profonda: infatti huwa hu l-aħħar tal-Profeti tat-Testment il-Qadim, li jaġixxi ta’ passaġġ għall-Ġdid, billi juri f’Ġesù l-Messija mistenni tal-poplu Lhudi. Fl-inħawi tax-xmara Ġordan Ġwanni Battista jagħti l-magħmudija tal-penitenza: ħafna nies “kienu jmorru għndu minn Ġerusalem, mill-Ġudea kollha u miż-żona tal-inħawi tal-Ġordan; u waqt li jistqarru dnubiethom kienu jitgħammdu minn idejh” (Mt 3, 5-6). Din il-magħmudija mhix rit sempliċi ta’ adeżjoni, imma tindika u tesiġi l-indiema ta’ dnubiethom u s-sens sinċier ta’ stennija tal-Messija.
U Ġwanni jgħallem, jippridka l-konverżjoni: ikkonvertu, għaliex is-Saltna tas-smewwiet hi fil-qrib!”.
Ġwanni jgħallem. Jaqbel perfettament mal-bxara mħabbra bil-quddiem minn Iżaija, “wittu l-mogħdijiet” għall-Mulej (cf. Mt 3, 1-3).
2. Illum ukoll din il-kelma tidwi għalina.
Min hu l-Mulej li għandu jiġi? Mill-kliem tiegħu stess aħna nistgħu nikkwalifikaw il-persuna, il-missjoni u l-awtorità tal-Messija.
Ġwanni Battista qabel kollox jinkwadralna b’mod ċar il-“persuna”: Huwa – jgħid il-Battista – huwa aqwa minni u jien ma jistħoqlix inġorr il-qorq tiegħu” (Mt 3, 11). B’dan il-kliem tipiku orjentali huwa jagħraf id-distanza infinita li tgħaddi bejnu u Dak li għandu jiġi, u jenfasizza wkoll id-dmir tiegħu ta’ tħejjija mmedjata għall-ġrajja l-kbira.
Jindika mbagħad il-missjoni tal-Messija: “Huwa jgħammidkom fl-Ispirtu Santu u n-nar” (Mt 3, 12). Din hija l-ewwel darba li, wara l-bxara tal-anġlu lil Marija, tidher l-espressjoni impressjonanti “Spirtu Santu”, li mbagħad jagħmel parti tat-tagħlim fundamentali trinitarju ta’ Ġesù. Ġwanni Battista, illuminat b’mod divin, iħabbar li Ġesù, il-Messija, se jkompli jipprovdi l-Magħmudija, imma dan ir-rit se jagħti l-“grazzja” ta’ Alla, l-Ispirtu Santu, mifhum biblikament bħala “nar” mistiku, li jħassar (jaħraq) id-dnub u jinserixxi fl-istess ħajja divina (ikebbes bl-imħabba).
Fl-aħħar, il-Battista jiċċara l-awtorità tal-Messija: “Il-midra qiegħda f’idu, biex iderri l-qiegħa tiegħu u jiġbor il-qamħ fil-maħżen, u t-tiben jaħarqu b’nar lu ma jintefiex” (Mt 3, 12). Skont il-kelma tat-tagħlim ta’Ġwanni, Dak li se jiġi huwa l-“imħallef tal-kuxjenzi”; fi kliem ieħor, huwa hu li jistabilixxi x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin (il-qamħ u t-tiben), il-verità u l-iżball; huwa hu li jiddeċiedi liema huma s-siġar li jagħmlu frott tajjeb u dawk li bil-maqlub jagħmlu frott ħażin u li għandhom jimqatgħu u jinħarqu! B’din l-istqarrija Ġwanni Battista jħabbar id-“divinità” tal-Messija, għaliex Alla biss jistà jkun arbitru suprem tat-tajjeb, jindika b’ċertezza assoluta t-triq pożittiva tal-kondotta morali, jiġġudika il-kuxjenzi, jippremja jew jikkundanna.
Minn hawn il-bżonn li nitħejjew għall-miġja tal-Messija, Il-Milied huwa bla dubju jum ta’ ferħ kbir u ta’ feliċità serena wkoll esterna: imma hija qabel kollox ġrajja soprannaturali u deċiżiva, li għaliha hija meħtieġa tħejjija morali serja: “Ħejju t-triq tal-Mulej! Idrittaw il-mogħdiji!” Fil-kliem ta’ Ġwanni hemm il-wirt profond kollu tal-Patt il-Qadim.
3. Imma, fl-istes ħin, jiftaħ fih l-patt il-Ġdid “f’Dak li għandu jiġi: kull bniedem se jara s-salvazzjoni ta’ Alla” (Lq 3, 6). Dak li jiġi – Kristu – huwa mibgħut “biex jilqà lilkom għall-glorja ta’ Alla” (Rm 15, 7). Jiġi biex juri l-ġenwinità ta’ Alla, biex iwettaq il-wegħdi tal-Patrijarki . . .” (Rm 15, 8); jiġi biex jirrivela li l-Mulej huwa “Alla tal-perseveranza u tal-konsolazzjoni (Rm 15, 5); jiġi biex “jilqà lilkom għall-glorja ta’ Alla” (Rm 15, 7).
U allura Dak li jiġi għandu jagħmel iva li intom “tilqgħu lil xulxin” (Rm 15, 7). Infatti huwa jindika l-kondotta morali vera u awtentika, li tikkonsisti fl-għoti ta’ glorja lil Alla Missier, fuq l-eżempju tiegħu u bl-istess sentimenti tiegħu u fl-imħabba tal-proxxmu. San Pawl waqt li jikteb lir-Rumani, kellu f’moħħu kemm lil dawk ikkonvertiti mill-Ebraiżmu kif ukoll lil dawk mill-Paganiżmu; imma għal kulħadd tkellem dwar l-impenn tal-“ilqugħ”: il-Verb ta’ Alla, li jiġi għandu iva jagħmel “li jkollkom lejn xulxin l-istess sentimenti b’eżempju ta’ Kristu Ġesù” . . . (cf. Rm 15, 5) sabiex b’qalb waħda u leħen wieħed tirrendu glorja lil Alla Missier” (cf. Rm 15, 6).
4. B’dan il-mod, mela, l-“idrittar tal-mogħdijiet”, ippridkat minn Ġwanni Battista, isir fid-dawl tat-tagħlim ta’ San Pawl fl-Ittra lir-Rumani, ilqugħ tal-program messjaniku tal-Vanġelu: il-program tal-Adorazzjoni lil Alla – il-glorja – permezz tal-imħabba tal-bniedem, l-imħabba reċiproka. F’dan l-ispirtu l-Knisja tħabbar l-Avvent bħala d-dimensjoni kontinwa tal-eżistenza tal-bniedem lejn Alla: lejn dak Alla “li hu, li kien u li se jiġi” (Ap 1, 4).
Din id-dimensjoni essenzjali tal-eżistenza nisranija tal-bniedem tikkorrispondi mat-“tħejjija” mgħallma mil-Liturġija tallum. Il-bniedem għandu dejjem jerġà jmur lura għall-qalb, għall-kuxjenza, biex jeżisti fil-prospettiva tal-“Miġja”.
Biex iwettaq tali esiġenza, in-nisrani għandu jkun ukoll sensibli għall-azzjoni tal-Ispirtu Santu: Dak li ġej, ġej fl-Ispirtu Santu, kif ħabbar Iżaija: “Fuqu jistrieħ l-Ispirtu tal-Mulej; l-Ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-Ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-Ispirtu tal-għerf u l-biżà tal-Mulej” (Iż 11, 2). Mal-Messija u mal-preżenza tal-Ispirtu Santu jidħlu fl-istorja tal-bniedem il-ġustizzja u l-paċi, bħala doni tas-Saltna ta’ Alla: tinfetaħ b’dan il-mod l-prospettiva tar-rikonċiljazzjoni “kożmika” fil-ħolqien kollu – fil-bniedem u fid-dinja – li kienet intilfet minħabba d-dnub. “Ejja, Mulej, sultan tal-ġustizzja u tal-paċi”: tlabna flimkien fis-Salm responsorjali.
5. Għeżież fidili tal-parroċċa ta’ Santa Francrsca Saverio Cabrini! Jiena kuntent ħafna li ninsab hawn magħkom illum. Li niltaqà magħkom u li stajt niżvolġi magħkom din il-meditazzoni fuq il-qari liturġiku, hekk mimli dawl soprannaturali, ta’ affermazzjonijiet konsolanti u ta’ linji direttivi konkreti għall-ħajja ta’ kuljum. Nagħti t-tislima kordjali u mimlija rispett lill-Kardinal vigarju, lill-Isqof tas-settur, lill-Patrijiet Maristi, kappillan u viċi kappillani, li sa mill-bidu ippresidew f’din il-il-komunità: lis-saċerdoti responsabbli tal-“Mixja neokatekuminali”; lid-diversi movimenti lajkali: l-Azzjoni Kattolika, it-Terz’Ordni Marista, il-Konferenza ta’ San Vinċenz, l-Apostolat tat-talb, il-Leġġjun ta’ Marija, il-grupp tal-iscouts, il-grupp bibliku; lir-reliġjużi nisa; u permezz tagħkom, feħsiebni nsellem lill-erbat elef u sitt mitt familja tal-parroċċa, waqt li niftakar b’mod speċjali lill-morda u lill-pazjenti tal-“Polikliniku Italia”.
F’dan il-jum ferrieħ, li jfakkar il- 25° sena tal-konsagrazzjoni tal- knisja parrokkjali tagħkom, nesprimi b’ammirazzjoni ħajja t-tifħir u l-apprezzament tiegħi għall-opra mwettqa fil-passat għall-vantaġġ tal-erwieħ individwali u tal-familji, u nħeġġiġkom minn qalbi biex tipperseveraw b’dedikazzjoni profonda fl-itinerarju mfassal, skont l-erbà direttivi tal-pastorali kateketika, sagramentali, karitattiva u vokazzjonali. Dan huwa programm manifiku, kostruttiv u dinamiku, li jagħmel mill-parroċċa dejjem iżjed familja waħda u joħloq konvinzjonijiet profondi, validi wkoll għall-ħajja soċjali u ċivili. Waqt li naħseb dwar il-patruna qaddisa tagħkom, missjunarja qalbiena fost l-emigrati, nawgura lilkom ilkoll, saċerdoti, fidili u reliġjużi, l-istess kuraġġ u entużjażmu tagħha fit-tajjeb, b’devozzjoni fiduċjuża u ġeneruża lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, b’mod li fil-parroċċa tagħkom tiżdied bil-kbir fli ġej il-frekwenza għall-Quddiesa u għas-Sagramenti. Agħmlu tagħkom it-talba ta’ kuljum tagħha: “Tini, o Mulej, qalb wiesgħa daqs l-univers!”.
6. Għeżież! Niżżi ħajr lit-Trinità Qaddisa, għaliex ingħatali li nżur il-parroċċa tagħkom. Bħala Isqof ta’ Ruma nibqà f’għaqda partikolari ma’ din il-komunità tal-Poplu ta’ Alla fil-Belt Eterna. Niżżi ħajr lil Ġesù Kristu, il-Verb Etern, talli tani li nxandar il-messaġġ liturġiku tat-II Ħadd tal-Avvent fil-parroċċa tagħkom: “Ħejju t-triq tal-Mulej”. Dan il-messaġġ huwa attwali, dejjem u għal kulħadd. Kulħadd, infatti qegħdin ngħixu fid-dimensjoni tal-avvent ta’ Alla, il-Ħajja tagħna hija “preparazzjoni” kontinwa.
Fl-aħħar nitlob lill-Omm Dak li għandu jiġi, sabiex il-ġid kollu messjaniku tas-saltna ta’ Alla – il-ġustizzja u l-paċi – jiġi għandkom ipparteċipati f’Ġesù Kristu, Binha divin.
Iva, Ejja, Mulej, sultan tal-ġustizzja u tal-paċi. Permezz ta’ Marija! Amen.
Lill-gruppi parrokkjali qabel u wara l-omelija.Lit-tfal u liż-żgħażagħ
Għeżież tfal (żgħar u kbar). Nieħu gost ħafna li nistà nżur il-parroċċa tagħkom fit-tieni Ħadd tal-Avvent. Nifraħ li nistà ngħix dan il-perjodu tal-Avvent flimkien magħkom. L-Avvent, kif nafu, huwa l-perjodu ta’ tħejjija. Inħejju ruħna għas-sollennità kbira tal-Milied ta’ Sidna u Salvatur Ġesù Kristu. Dan huwa l-Avvent fis-sens tiegħu storiku u liturġiku; imma aħna nafu sewwa li Ġesù irid jitwieled dejjem, għaliex ġie biex jitwieled fina, f’ruħna, fi qlubna. Dan hu dak li jien nawgura lill-parruċċani kollha, imma b’mod speċjali lill-iktar żgħażagħ li magħhom qiegħed niltaqà issa: it-twelid ta’ Ġesù fi qlubkom. Din hija feliċità kbira, ferħ, meta Kristu jitwieled fil-qalb, fir-ruħ ta’ kull wieħed u waħda minna, taż-żgħażagħ, tas-subien, tal-bniet; meta din il-qalb żagħżugħa hija miftuħa, hija kapaċi li tilqàà l-Iben ta’ Alla, li tilqà lil Ġesù, is-Salvatur tagħna. F’dan il-perjodu tal-Avvent normalment ngħidu l-Milied it-tajjeb, imma billi nagġħu lil din l-espressjoni tradizzjonali kontenut ferm pożittiv: il-Milied it-tajjeb ifisser Ġesù f’qalbek, Ġesù f’ħajtek. Hekk hu dan huwa Milied tajjeb għal dawk li jiffurmaw din il-parroċċa u speċjalment għal dawk l-iktar żgħażagħ, għas-subien u għall-bniet. Permezz taż-żgħażagħ, insellem lill-iskejjal u l-familji: il-ġenituri, l-għalliema, il-katekisti, l-ambjent kollu edukattiv, familjari u skolastiku. Niltaqà magħkom fil-komunità tagħkom parrokkjali, għaliex il-parroċċa bħala Knisja lokali hija ambjent li fih il-proċess tal-edukazzjoni, familjari u skolastiku, jiġi komplut, approfondit mar-realtà soprannaturali, definittiva li hija mwettqa bit-twelid ta’ Ġesù Kristu għaż-żminijiet kollha. Irrid nikkonkludi l-awgurju tiegħi tal-Avvent għall-Milid li ġej, b’barka li rrid li tmur fid-djar kollha tal-parroċċa tagħkom, fl-ambjenti kollha, fil-komunitajiet kollha billi twassal dak li hija tesprimi, jiġifieri l-barka ta’ Alla Missier, Iben u Spirtu Santu.
Lill-parruċċjani kollha
Nifraħ b’din il-Knisja, ikkonsagrata 25 sena ilu, imma l-ikbar ferħ tiegħi hija l-knisja ħajja, il-ġebel ħaj li aħna lkoll aħna, kull wieħed u waħda minna personalment, bħala nsara, bħala mgħammdin, bħala mimsusa nternament, fil-fond tal-esseri uman tagħna, minn Kristu, Redentur tad-dinja. Hekk hu, b’dan il-mod kull wieħed u waħda minna aħna ġebla ħajja, aħna Knisja. Aħna l-Knisja, Knisja ħajja, aħna bħala komunità u wkoll din il-komunità li ġġib l-isem tal-missjunarja kbira Santa Francesca Cabrini. Insellmilkom ilkoll fl-isem ta’ din il-patruna tagħkom u nawgura lil kulħadd, lill-familji kollha, lill-komunità kollha li tkunu tassew ġebel ħaj tal-Knisja fl-universalità tagħha. Bħala Isqof ta’ Ruma, suċċessur ta’ San Pietru insellmilkom fl-isem ta’ din il-Knisja ta’ Ruma u fl-istess ħin fl-isem tal-Knisja universali. Għandkom tħossukom fid-dimensjoni tal-waħda u tal-oħra, għandkom iġġibu ruħkom denjament kif imiss lilll-insara, għal dawk li jappartienu lill-poplu ta’ Alla, lil nazzjon magħżul minn Alla. Ġibu ruħkom hekk, għeżież ħuti. U jalla l-Mulej ikun għalikom favorevoli f’din is-sena ta’ Redenzjoni.
Lir-reliġjużi Maristi kuntent bl-għażla tal-isem
Għażla sinifikattiva għaliex li tagħżel lil Marija ifisser ukoll li tagħżel lil Ġesù. U Marija, Ommna għaliex Omm Ġesù, tiggwidakom fil-vokazzjoni tagħkom, biex issegwu lill-fundatur tagħkom Patri Colin. Ħossu lilkom infuskom dejjem fidili lejn din il-kariżma. Nawguralkom li l-attività tagħkom missjunarja, speċjalment fl-Oċejanja, tirrendi frott imbierek kemm għal dawk il-popli kif ukoll għalikom infuskom, frott bħal dak rappreżentat mill-qaddis martri tagħkom Patri Chanel, li tiegħu l-Knisjs tiċċelebra l-festa titolari fit-28 ta’ April. Bħala Isqof ta’ Ruma niżżikom ħajr għall-opra speċifika li tiżvolġu f’din il-belt, b’mod partikolari favur din il-parroċċa li ġiet afdata lilkom.
Lis-sorijiet ta’ Sant’Ursola
Ringrazzjament għal kollox partikolari irrid nindirizzah lilkom ladarba intom persuni kkonsagrati. Ladarba jiġifieri ġġibu s-sinjali tat-tama aħħarija, tal-futur aħħari tal-bniedem: is-Saltna tas-smewwiet. U huwa f’din il-prospettiva eskatoloġika li intom b’mod sħiħ inseriti f’din l-art Rumana, hawn, f’din il-parroċċa ta’ Santa Francesca Saverio Cabrini.
Lill-Azzoni kattolika u l-iscouts
Għeżież, niżżikom ħajr għall-ġid li tagħmlu, iva, li qegħdin tagħmlu lil din il-parroċċa. Azzjoni kattolika infatti tfisser li l-kattoliċi huma msejħa biex jaġixxu f’diversi attivitajiet skont il-karatteristiċi ta’ kull assoċjazzjoni. U kollha, permezz tad-diversi attivitajiet tagħhom, huma msejħa li jwasslu ġid speċifiku, ibda minn dak il-ġid li dwaru l-Knisja hija nkarigata fil-missjoni salvifika tagħha. Għal dan niżżikom ħajr. Issa kelma lill-Iscouts. Din, tagħkom, hija triq magħrufa ħafna u apprezzata ħafna fid-dinja, f’ħafna pajjiżi u Nazzjonijiet, u jiena kuntent għaliex nara li din it-triq twassal ukoll f’Ruma. Ħafna żgħażagħ isibu fost l-Iscouta indirizz sikur, jitgħallmu jkunu iktar irġiel u wkoll iktar insara. Nawguralkom li tkomplu f’din it-triq.
Liż-Żgħażagħ
Nistgħu ngħidu li l-Avvent, li l-Knisja tgħix f’dan il-perjodu, mhuwiex biss għall-Knisja, imma huwa fl-istess ħin għas-soċjetà, għan-Nazzjon tagħkom, għall-umanità kollha kemm hi. Avvent, ifisser li hemm futur, hemm ġejjieni, li rridu nħejju ruħna għalih. Għalina, dan il-futur, dan il-ġejjieni definittiv, l-aħħar, huwa kostitwit mill-miġja ta’ Ġesù Kristu. Imma l-Avvent, f’sens iktar ġeneriku, jitkellem dwar il-ġejjieni ta’ kull persuna, ta’ kull ambjent, ta’ kull familja, ta’ kull poplu, ukoll f’sens temporali, storiku. Hekk hu, dan l-Avvent jgħaddi għal kull familja, naturalment u fuq kollox, imma, mal-familja dan l-avvent jgħaddi għall-iskola.
Avvent ifisser futur tas-soċjetà tagħkom, tal-Italja u tal-umanità kollha. Jiddependi mill-iskola, minn dak li l-iskola tirrapreżenta, mill-istruzzjoni li tmexxi, mill-formazzjoni li tagħti. Tant jiddependi mill-iskola. Mela, irrid nawgura lill-istituti skolastiċi tagħkom li jħejju “Avvent tajjeb” tal-poplu Taljan, tas-soċjetà tagħkom u wkoll tal-Knisja, naturalment, ukoll tal-poplu ta’Alla. Imma ż-żewġ dimendjonijiet, temporali u traxxendenti, jinvolvu ruħhom b’mod reċiproku u fiż-żewġ dimensjonijiet għandhom iħejju lill-bniedem. Nawguralkom li tali tħejjija tal-bniedem, tan-nisrani, taż-żagħżugħ, kemm effikaċi, kemm fruttuża, tkun profonda, awtentika, umana u nisranija flimkien.
Waqt li nawgura dan lill-istituti tagħkom, nawgura fl-istess ħin lilkom iż-żgħażagħ futur, daqstant pożittiv għaliex dan jinvolvi l-ġid ta’ kull wieħed u waħda minnkom, tal-ġid awtentiku, tal-ġid integrali tal-bniedem. Dan il-ġid irid jingħaraf, irid ikun ivverifikat, irid jinkiseb, irid jitwettaq jum wara jum. Dan huwa xogħol, dan huwa sforz li jitlob taħbit, imma dan it-taħbit ta’ kuljum li aħna nimponu għall-formazzjoni tagħna, iġibilna wkoll ferħ u jħejjijna għall-feliċità. F’dan jikkonsisti wkoll l-Avvent għaliex l-Avvent huwa l-perjodu tat-tħejjija ferrieħa. Jiena nawguralkom tali Avvent.
Imbierek bil-qalb lil dawk kollha preżenti u lill-għeżież tagħkom, flimkien mal-Kardinal u l-Isqfijiet preżenti. Il-Milied it-Tajjeb.
Għall-komunitajiet neokatekumenali
Merħba bikom tassew mill-qalb, lilkom u lill-familji tagħkom. Aħna lkoll ulied Alla. Insiru wlied Alla permezz tas-Sagrament kbir u heżżieżi, ukoll jekk fl-istess ħin hekk ħelu: il-Magħmudija, li aħna mdorrijin li narawha mogħtija lit-trabi hekk kif jitwieldu. Sagrament ta’ profondità tremenda, għaliex iġegħlna ngħoddsu fil-mewt redentriċi ta’ Kristu biex jirxuxtana mbagħad miegħu. U hekk hu, inmiss hawn l-ispeċifità tal-Moviment neokatekumenali. Il-Katekumenat huwa istituzzjoni antika ferm li, tmur lura għall-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu, u wkoll f’Ruma antika bosta kienu dawk li resqu lejn il-Magħmudija, mhux bħal-lum li l-Magħmudija tiġi amministrata speċjalment liċ-ċkejknin. U infatti llum il-katekumenat jirrigwarda il-wara l-Magħmudija, imma fir-realtà jinteressa l-ħajja kollha tagħna. Mela l-moviment tagħkom, li tiegħu qiegħed nara hawn l-ispiratur, li nafu sewwa, huwa ċċentrat fuq dan il-proċess tal-“insiru nsara”. Dan huwa tassew important għaliex ħafna jgħidu: “jiena nisrani” mingħajr ma jaħsbu li mhux biżżejjed li int nisrani, hemm bżonn li ssir hekk, jum wara jum. U tiskopri xi jfisser tkun nisrani. Jiġifieri tiskopri l-profondità tal-misteru tal-Magħmudija. Misteru divin u uman, Bla ebda dubju, fuq dawn il-misteri intom in-neokatekumenali timmeditaw u taraw li intom il-ħmira li timla din il-komunità, 20,000 persuna, timlewha f’konsapevolezza ġdida tal-misteru divin u tad-dinjità umana. Agħmlu, f’dan, sewwa ħafna. Barra minn hekk il-Magħmudija ġġib magħha ferħ kbir li għandu jintwera bil-kant, bl-entużjażmu. Ukoll jekk il-meżżi umani tagħna mhumiex suffiċjenti biex jesprimu għal kollox din ir-realtà, frott tal-Magħmudija tagħna. Grazzi mela lilkom ilkoll għall-preżenza tagħkom u b’mod partikolari għall-animazzjoni li toffru lill-parroċċa.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb