ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA SOLENNI AD UNUR
TAL-IMMAKULATA KONĊEZZJONI TAL-BEATA VERĠNI MARIJA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore
Il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru 1983
1. “Insellimlek, o mimlija bil-grazzja . . .” (Lq 1, 28).
Illum, il-Knisja kollha, tippronunzja t-tislima tal-Anġlu, u dan iġġegħlu jitla minn profonfità partikolari tal-fidi tagħha. Din il-profondità tesprimi ruħha fil-Misteru tal-Immakulata Konċezzjoni. “Mimlija bil-grazzja” tfisser ukoll: “ikkonċeputa mingħajr dnub oriġinali”: Immakulata.Waqt li nipprofessaw il-verità tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Marija, aħna ngħaddsu għeruqna fl-istess ħin fil-profondità tar-realtà tar-Redenzjoni. Hekk hu, infatti, il-Mara, l-Esseri uman magħżula biex issir Omm ir-Redentur, tgawdi b’mod partikolari il-frott tar-Redenzjoni, bħala preservazzjoni mid-dnub. Ir-Redenzjoni tħaddanha bil-qawwa feddejja tal-grzzja santifikanti sa mill-ewwel waqt tal-konċepiment tagħha Hija mela hi l-ewwel fost il-mifdija, sabiex tkun tistà twieġeb b’mod dehen għall-vokazzjoni li tkun Omm Dak li feda l-bnedmin kollha.
Is-sollennità tal-Immakulata Konċezzjoni għandha għeruqha totalment fil-misteru tar-redenzjoni tad-dinja, għalhekk tassumi elokwenza partikolari f’din is-Sena Ġubilari, li l-Knisja tgħix bħala s-Sena tar- Redenzjoni.
2. “Insellimlek, o mimlija bil-grazzja . . .”.
Niġu b’din it-tislima lil Marija, li propju hawn, fil-Bażilika Rumana antika, tirċievi qima partikolari bħala “Salus Populi Romani”. Hawn l-Immakulata tinsab, minn sekli ilu, f’nofs il-komunità tal-Knisja li hija f’Ruma, u għal tant sekli tgħasses maternament l-opra tal-fidwa, li Binha afda lill-Knisja permezz tas-servizz tal-Isqfijiet ta’ Ruma. propju għalhekk kull wieħed minnhom kellu u għandu mħabba partikolari lejn dan il-post.
Is-sollennità tal-Immakulata Konċezzjoni hija l-jum li fih din l-imħabba turi ruħha b’mod speċjali. U s-Sena tar-Redenzjoni tagħmel iva li tali mħabba tħabbat ferm iktar b’mod qawwi flimkien mal-profondità ħajja tal-fidi tal-Knisja.
3. Qiegħed joqrob it-tmiem tat-tieni millennju wara Kristu. F’rabta ma’ dan il-fatt ħafna jesprimu x-xewqa li t-twelid ta’ Ommu jkun meqjum b’ġublew speċjali.
Ma nafux kemm snin eżattament seħħ it-twelid tal-Omm qabel tal-Iben. Għalhekk nillimitaw ruħna billi nirreferu b’mod partikolari lil Marija, lill-miġja tagħha fid-dinja u lill-vokazzjoni tagħha li tkun l-Omm tar-Redentur, il-Ġublew tas-Sena tar-Redenzjoni preżenti. U hekk nenfasizzaw il-karattru ta’ Avvent ta’ din is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni. L-Avvent huwa b’mod partikolari, iż-żmien ta’ Marija. Infatti, permezz ta’ Marija, l-Iben ta’ Alla daħal fl-istennija tal-umanità kollha kemm hi. Mela fiha tinsab, sa ċertu punt, il-quċċata u s-sintesi tal-Avvent. Is-Sollennità tal-Immakulata Konċezzjoni, li niċċelebraw b’mod liturġiku fiż-żmien tal-Avvent, tirrendilna xhieda elokwenti ħafna.
U għalkemm t-8 ta’ Settembru ta’ kull sena l-Knisja tqim, b’festa speċjali, it-twelid ta’ Marija, bdanakollu s-sollennità tallum fil-bidu tal-Avvent, tintroduċina ferm iktar profondament fil-misteru sagru ta’ twelidha. Qabel ma ġiet fid-dinja kienet ikkonċeputa fil-ġuf tal-ġenetriċi tagħha u f’dak il-waqt twieldet minn Alla nnifsu li wettaq il-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni: mimlija bil-grazzja.
4. U għalhekk illum ejjew nirrepetu mal-Appostlu tal-Ġnus: “Ikun imbierek Alla, Missier Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull barka spiritwali . . . fi Kristu” (Ef 1, 3). U hi, Marija, kienet imbierka b’mod għal kollox partikolari: uniku u irrepetibbli.
Infatti, fi Kristu, Alla għażilha qabel il-ħolqien tad-dinja biex tkun qaddisa u bla tebgħa quddiemu (cf. Ef 1, 4). Iva. Il-Missier Etern għażel lil Marija fi Kristu: għażilha għal Kristu; għamilha qaddisa, anzi santissma. L-ewwel frott ta’ din l-elezzjoni u vokazzjoni divina kien l-Immakulata Konċezjoni. Din hija l-“oriġini” tagħha fil-Ħsieb etern ta’ Alla: fil-Verb Etern; u din flimkien ma’ l-oriġini tagħha fuq l-art. It-twelid tagħha. It-twelid fil-glorja tal-Immakulata Konċezzjoni.
U huwa propju għal dan it-twelid ta’ Marija fil-leħħ qawwi tal-Immakulata Konċezzjoni, li llum naduraw lit-Trinità Qaddisa: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu. Naduraw u nesprimu r-ringrazzjament tagħna. “Gratias agamus Domino Deo nostro”!
5. Hekk hu, is-Sena tar-Redenzjoni tippermettilna li nimmeditaw u li ngħixu b’’mod partikolari dak li dwaru jkompli jikteb l-Appostlu: “Iddestinana minn qabel li nkunu għalih ulied addottivi permezz ta’ Ġesù Kristu, hekk għoġob lir-rieda tajba tiegħu, għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu” (Ef 1, 5-6).
Hija, Marija, ladarba ammakulata Konċezzjoni, iġġorr fiha, iktar minn kwalunkwè oħra fost il-bnedmin, il-misteru ta’ dawk id-destini divini, li bihom il-bniedem kien imħaddan fl-Iben għażiż ta’ Alla: id-destin għall-Grazzja u għall-qdusija tal-Filjolanza divina, id-destin għall-glorja fl-Alla tal-majjestà infinita.
U għalhekk hija, Marija, tiġi qabilna lkoll fil-kortejo kbir tal-fidi, tat-tama u tal-karità. Infatti, bħalma qal tajjeb il-Konċilju Vatikan II, “fil-misteru tal-Knisja, li hija wkoll imsejħa ġustament omm u verġni, il-Beata Verġni Marija marret quddiem, billi ppreżentat ruħha, b’mod prominenti u singulari, bħala verġni u bħala omm (Lumen Gentium, 63). Hija ddawwal il-Poplu ta’ Alla bid-dawl divin, li jirrifetti b’mod iktar sħiħ d-dawl tal-Verb Etern. “Omm Ġesù – dan huwa mill-ġdid il-Konċilju li jenfasizzah – tibbrilla fuq l-art quddiem il-Poplu ta’ Alla pellegrin bħala sinjal ta’ tama sikura u ta’ konsolazzjoni” (Lumen Gentium, 63).
Meta dan id-dawl beda jibbrilla permezz ta’ Marija fuq ix-xefaq tal-istorja tal-umanità – meta, bit-twelid ta’ Marija, dehret dik fid-dinja dik li kienet l-Immakulata Konċezzjoni – allura beda fl-istorja tas-salvazzjoni is-sebħ tal-Avvent tal-Iben ta’ Alla. U allura l-opra tar-Redenzjoni libset mill-ġdid il-forma tagħha ippjanata eternament.
6. Waqt li nidgezzu, illum, fis-Santwarju Marjan ta’ Ruma, madwar Dik li l-ġenerazzjonijietr qimu bħala “Salus Populi Romani”, fl-istess ħin, permezz tal-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni tagħha, aħna wkoll, “li sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu” (Ef 1, 12) nistqarru li fih ġejna magħmulin ukoll werrieta . . . sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja ta’ Dak li jmexxi kollox skont il-fehma tar-rieda tiegħu (cf. Ef 1, 11-12). Aħna wkoll!
L-Immacżkulata Konċezzjoni ta’ Marija fis-Sena tar-Redenzjoni titfà dan id-dawl soprannaturali fuq ħajjitna umana u tqanqal fina dik it-tama tat-twettiq tad-destini divini.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb