Ġwanni Pawlu II fil-bidu tas-Sena 1984

QUDDIESA GĦAS-XVII-IL ĠURNATA MONDJALI TAL-PAĊI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Solennità ta’ Marija Santissma Omm Alla
Bażilika ta’ San Pietru – Il-Ħadd, l-1° ta’ Jannar 1984

1. Hawn aħna, ninsabu fuq l-għatba tas-sena l-ġdida 1984, u ejjew ngħajtu: “Mulej Alla ikollok ħniena minna u berikna” (Sal 67, 2).

Hekk tgħid il-Knisja kollha fil-liturġija tal-ewwel jum tas-sena l-ġdida, li huwa fl-istess ħin il-jum tal-Ottava tal-Milied.

Permezz tal-misteru tat-twelid ta’ Alla fiż-żmien permezz tal-ġrajjiet ta’ Betlem aħna ninfirdu mis-sena l-“qadima” u nidħlu fis-sena il-“ġdida”. L-Ottava tal-Milied tgħaqqad, biex ngħidu hekk, dawn iż-żewġt ixtut taż-żmien uman u tal-eżistenza umana fuq l-art. Il-Knisja tixtieq b’dan il-mod tqiegħed fid-deher il-fatt li l-eżistenza tagħna fuq l-art , fid-dinja viżibbli, hija marbuta ma’ Alla inviżibbli u li fih “aħna ngħixu, niċċaqilqu u neżistu” (At 17, 28).

U iktar: Alla daħal fiż-żmien uman tagħna, għaliex, iben l-istess sustanza tal-Missier, sar bniedem bl-opra tal-Ispirtu Santu u twieled fil-lejl ta’ Betlem mill-Verġni Marija. Minn dak il-waqt iż-żmien tagħna sar iż-żmien tiegħu; allura ntela mhux biss mill-istorja tal-bniedem u tal-umanità, imma, intela, ukoll, mill-misteru feddej tar-Redenzjoni, li appuntu jopera f’din l-istorja umana  .

2. Illum, fl-aħħar jum  fost l-Ottava tal-Milied, l-attenzjoni tal-Knisja – mimlija  bl-ogħla qima u mħabba – tikkonċentra fuq il-maternità tal-Ġenitriċi ta’ Alla (“Theolokos”), jiġifieri ta’ dik li tat lil Bin Alla n-natura umana u l-ħajja umana.

Din hija s-sollennità ta’ Marija santissma, Omm Alla. Huwa grazzi lilha li llum nippronunzjaw l-isem ta’ Ġesù, għaliex f’dan il-jum ingħata tali isem lill-iben ta’ Marija.

Biha wkoll  u flimkien magħha aħna magħha ngħajtu dan l-isem fil-bidu tas-sena l-ġdida: “Alla jkollu ħniena minna u jberikna!”. Aħna b’din l-għajta nixtiequ, f’għaqda mal-Ġenitriċi ta’ Alla, nitolbu kull ġid għall familja kbira umana, u li nevitaw il-ħażin, kull ħażin. Ingħajtu, mela, fl-isem ta’ Ġesù, li jfisser “Salvatur”, u ngħajtu f’għaqda mal-Omm, li t-Tradizzjoni tal-Knisja issejjaħ “l-Omnipotenza imploranti” (“Omnipotentia supplex”).

Ngħajtu b’dan il-mod fil-perijodu tal-Ġublew straordinarju, waqt li tkompli tiżvolġi fil-Knisja s-Sena tar-Redenzjoni u tal-Grazzja, li bdiet fil-jum tal-Annunzjazzjoni tas-sena l-oħra.

3. Il-maternità tispjega ruħha f’relazzjoni mal-paternità.

Il-ġenituri, il-missier u l-omm, jagħtu bidu lil ħajja ġdida umana fuq l-art, billi jikkollaboraw mal-qawwa ħallieqa ta’ Alla nnifsu.

Il-maternità ta’ Marija hija verġinali. Bl-opra tal-Ispirtu Santu hija nisslet u tat lid-dinja l-Iben ta’ Alla, “bla ma għarfet raġel”.

San Pawl jispjega dan il-misteru tal- maternità divina ta’ Marija billi jagħmel referenza għall-paternità eterna ta’ Alla:

“Meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara” (Gal 4, 4).

Il-maternità verġinali tal-Ġenitriċi ta’Alla hija l-konsiderazzjoni tal-paternità eterna ta’ Alla. Din tinsab, sa ċertu punt,  tul it-triq tal-missjoni tal-Iben, li mill-Missier jiġi għall-umanità permezz tal-Omm. Il-Maternità ta’ Marija tiftaħ din it-triq, tiftaħ it-triq ta’ Alla lill-umanità.  Hija, sa ċertu punt, il-quċċata ta’ din it-triq.

Nafu li t-triq ta’ din il-missjoni – ladarba tinfetaħ fl-istorja tal-bniedem – tibqà għal dejjem. Din tippermetti dejjem, permezz tal-istorja tal-umanità, il-missjoni feddejja tal-Iben ta’ Alla: il-missjoni, li tikkonsma bis-salib u l-qawmien mill-imwiet. U flimkien mal-missjoni tal-Iben tibqà dejjem fl-istorja tal-umanità il-maternità feddejja ta’ Ommu terrena: Marija ta’ Nazzaret.

Ejjew inqimu din il-maternità mill-ewwel jum tas-sena l-ġdida. Infatti, nixtiequ li fuq dan l-istadju ġdid taż-żmien uman, Marija tiftaħ lil Kristu t-triq lill-umanità, bħalma fetħitha fil-lejl tat-twelid ta’ Alla.

Infatti, fil-misteru tas-sollennità tallum huwa miġbur l- appell li ġej lill-bnedmin kollha:

Ħarsu, hekk hu f’Ġesù Kristu ilkoll irċivejna l-Missier.

Kristu fit-twelid terren tiegħu ġabilna l-istess paternità divina: huwa ndirizzaha lill-bnedmin kollha u taha lil kulħadd bħala don irrinunzjabbli  .

Dwar din il-paternità ta’ Alla fil-konfront tagħna lkoll tirrendi xhieda partikolarment elokwenti l-maternità tal-Ġenitriċi Verġni ta’ Alla.

Il-paternità ta’ Alla tgħid lilna lkoll – bnedmin – li aħna aħwa.

Il-maternità ta’ Marija għall-umanità kollha żżid ma’ dan firxa partikolari ta’ familjarità.

Aħna għandna d-dritt li naħsbu u nitkellmu dwarna billi nqisuna bħala “l-familja umana”. Aħna, irġiel u nisa, ilkoll aħwa f’din il-familja.

Ma jgħidx dan kollu jewwilla b’mod l-iktar ċar l-Appostlu fil-liturġija tallum?

– “Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara . . ., sabiex aħna nirċievu  l’adozzjoni ta’wlied” (Gal 4, 4-5);

“Alla bagħat fi qlubna l-Ispirtu ta’ Ibnu li jgħajjat: Abba, Missier” (Gal 4, 6);

“Mela mintix iktar ilsir, imma iben; u ladarba iben, inti wkoll werriet bil-grazzja ta’ Alla” (Gal 4, 7).

Din il-filjolanza adottiva ta’ Alla hija l-wirt kbir imħolli lilna mit-twelid ta’ Alla. Din hija r-realtà tal-grazzja tar-Redenzjoni. Fl-istess ħin dan huwa punt fondamentali u ċentrali ta’ riferenza għall-umanità kollha, għall-bnedmin kollha, jekk inhu minnu li għandna naħsbu u nitkellmu dwar il-fratellanza universali tal-bnedmin u tal-popli.

5. U liema hi r-realtà li nsibu fuq il-pjaneta kbira tagħna fil-jum tal- 1° ta’ Jannar tas-sena 1984? Mhijiex jewwilla din f’kuntrast profond mal-verità dwar l-fratellanza universali tal bnedmin u tal-popli?

Id-dinja tallum hija dejjem immarkata b’kuntrasti,  imdeffsa f’nases ta’ tensjonijiet, li juru b’mod li jqattgħek, u f’direzzjoni msallba, fir-rapporti bejn il-Lvant u l-Punent, bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Ir-relazzjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent waslu f’kuntrast radikali ta’ pożizzjonijiet, bl-interruzzjoni – li lkoll nittamaw li temporanja u l-iqsar possibbli – tan-negozjati dwar it-tnaqqis tal-armi nuklejari u konvenzjonali. Intant in-nuqqas ta fiduċja reċiproka jimmultiplika l-effetti fatali tat-taqtigħat idejoloġiċi u jiggravaw il-ġlied lokali, diġa gravi lokali, li minnu Nazzjonijiet differenti, li wħud minnhom tassew żgħar, huma mdemma ta’ kuljum  .

Fid-direzzjoni l-oħra bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, il-foss li jifred il-Pajjiżi għonja u dawk foqra, diġa għal bosta snin gravi, kompla jitkabbar iktar bil-kriżi ekonomika riċenti. Skont l-esperti, ma tnaqqis ta’ wieħed fil-mija fl-espansjoni ekonomika tan-Nazzjonijiet l-iktar industrijalizzati dan jikkorrispondi għal tifqir ta’ wieħed u nofs fil-mija, fil-Pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Id-dejn ta’ dawn, li laħaq dimensjonijiet katastrofiċi, jagħti qies tal-peġġjorament diverġenti ta’ tali kuntrasti ekonomiċi. Imma l-aspett l-iktar preokkupanti u rappreżentat mill-kuntrasti li jirriżultaw fis-sitwazzjoni tal-bniedem. Fil-Pajjiżi l-għonja jitjiebu s-saħħa u l-alimentazzjoni, f’dawk foqra bil-maqlub jonqsu l-mezzi alimentari tal-għixien u ssaltan il-mewt, b’mod speċjali dik infantili. Skont id-dati tal-Unicef kuljum, fit-Tielet Dinja, imutu erbgħin elf tifel u tifla ta’ età inqas minn sena waqt li l-FAO tivvaluta li kuljum iktar minn ħmistax-il elf persuna jiġu nieqsa minħabba l-ġuħ jew in-nuqqas tal-ikel sewwa (malnutrizzjoni).

It-theddida tal-katastrofi nuklejari u l-pjaga tal-ġuħ qegħdin jitfaċċaw  b’mod aggjaċċjanti fuq ix-xefaq bħall-kavallieri fatali tal-Apokalissi: frott, il-waħda u l-oħra, ta’ fenomeni kumplessi ta’ ordni ekonomiku, politiku, idejoloġiku u morali li f’għeruqhom, jikkostitwixxu sorsi ugwalment ta’ vjolenza kostantament interaġenti.

6. X’inhuma -aħna nistaqsu – il-kawżi profondi ta’ dawn il-fenomeni?

U għaliex il-livell tat-theddid u tal-pjagi ma jonqosx, imma jiżdied?

L-umanità timponi dawn il-mistoqsijiet b’inkwiet dejjem ikbar. L-esperti tad-diversi friegħi tal-għerf jippruvaw jispjegaw l-mekkaniżmi speċifiċi li jinfluwenzaw f’forma diretta jew indiretta. Bdanakollu, fil-qiegħ tal-kawżi differenti u tal-mekkaniżmi kumplessi li jakkumpanjaw il-proċessi tal-iżvilupp u taċ-ċiviltà kontemporanja, dak li jkun ma jsibx kawża fundamentali u aħħarija?

U tali kawża fundamentali mhijiex forsi rappreżentata mill-fatt li qed jieħu s-sens tal-fratellanza radikali tal-bnedmin u tal-popli?

Aħna lkoll aħwa. Din il-fratellanza hija marbuta mal-filjolanza komuni. Aħna aħwa għaliex aħna wlied. Permezz tal-filjolanza din hija marbuta mal-paternità ta’ Alla nnifsu. Aħna wlied għaliex għandna missier   .

Iktar ma nitilfu, jew infittxu li neliminaw, l-għarfien ta’ din il-paternità, iktar aħna nieqfu milli nkunu aħwa, u – per konsegwenza – iktar jitbiegħedu minna l-ġustizzja, il-paċi u l-imħabba soċjali.

7. Il-messaġġ ta’ din is-sena għall-Jum mondjali tal-paċi jġib bħala titolu: “Il-paċi titwieled minn qalb ġdida”.

B’dan il-messaġġ is-Sedja Apostolika żżid kelmitha lil dawk l-isforzi kollha – kultant iddisprati – li jitwettqu mill-bnedmin ta’ rieda tajba fid-dinja kollha, kif ukoll mid-diversi talbiet nazzjonali u internazzjonali biex jassikuraw il-paċi fid-dinja kontemporanja.

Nixtiequ llum niżviluppaw sal-qiegħ, sa ċertu punt, il-kontenut ta’ dan il-messaġġ, billi niġbdu fuq dak id-dawl li l-Milied iġib lill-umanità.

Hekk mela, matul dan is-Sagrifiċċju qaddis ta’ Ġesù Kristu u tal-Knisja, ejjew ngħajtu lil Alla u fl-istess ħin lill-bnedmin kollha, waqt li nitolbu:

Effettività mġedda tal-fratellanza universali fil-qlub tal-bnedmin kollha;

Effettività mġedda tal-preżenza tal-Missier fid-dimensjonijiet differenti tal-ħajja u tal-konvivenza.

F’qalb ġdida biss din il-qawwa tistà tiġġenera paċi sikura fuq l-art

Bl-umiltà kollha u fiduċja aħna nafdaw lill-Omm Kristu il-ġid ta’ tali paċi.

Iva. Aħna ngħaqqdu t-tama tal-paċi, tal-ġustizzja u tal-imħabba fl-art mal-Maternità ta’ Marija, il-Ġenitriċi ta’ Alla!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading