Ġwanni Pawlu II fil-ħabs ta’ Rebibbia

ŻJARA FIL-ĦABS RUMAN TA’ REBIBBIA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It-Tlieta, 27 ta’ Diċembru 1983

1. Il-laqgħa magħkom f’dan il-perijodu tal-Milied, għeżież ħuti, hawn preżenti jew magħqudin magħna, iqanqalni b’mod tassew profond. Nimmaġina dak it-tqanqil li qiegħed jaħkem lil qlubkom: dawn huma jiem, li fihom it-tifkira tal-għeżież tagħkom issir iktar ħajja u x-xewqa li tkunu tistgħu tkunu fl-intimità ta’ djarkom tinvadi l-qalb b’nostalġija li taqsam il-qalb.

Dan jien nimmaġinah, u huwa propju il-ħsieb dwar dan li ddeċidejt li niġi għandkom, bejn dawn il-ħitan li intom ma tistgħux ma tħossux hekk strambi u kesħin, biex iwasslilkom is-sħana ta’ kelma ħabiba u fl-istess ħin is-sabar ta’ stedina għat-tama.

Nixtieq nistà nitkellem ma’ kull wieħed minnkom, fit-tul. Nixtieq speċjalment nismà dak li kull wieħed forsi jixtieq jirrakkontali il-ġrajja personali tiegħu propja u s-sitwazzjoni tal-familja tiegħu, dwar id-delużjonijiet akkumulati fl-imgħoddi u l-aspettattivi li bihom, minkejja kollox, huwa għadu għaddej jipproġetta għall-ġejjieni. Jiena ċert li djalogu simili jippermettili nkejjel liema profondità ta’ sentimenti u liema għana ta’ umanità kull wieħed qiegħed jaħbi ġewwa fih.

Sfortunatament din il-laqgħa ras ‘imb ras mhijiex possibbli. Mela nkellem lil kulħadd, imma rrid li kull wieħed minnkom jismagħni bħallikieku kliemi huwa ndirizzat lilu biss. Fil-fatt, jekk għall-għajnejn din il-Knisja tirriżulta mimlija persuni, għal qalbi din mhix għajr salib it-toroq li fih tlabt li niltaqà ma’ qalb oħra u naqsam magħha waqt ta’ fraternità fi djalogu ta’ tama u ta’ mħabba.

2. L-ewwel kelma tiegħi, kif jiġri appuntu meta niltaqgħu, trid tkun tislima, li nindirizza b’imħabba lil kull wieħed minnkom, waqt li niżżi ħajr b’mod vivaċi għal din il-laqgħa tagħkom, li fl-ispontanjetà tagħha nagħraf prova ċara ta’ disponibiltà fiduċjuża lejn dak li l-preżenza tiegħi fostkom tistà tfisser. Dawn huma sentimenti li jiena npatti bi tqanqil intimu, tqanqil li l-kliem, li bih wieħed minnkom interpreta l-ħsieb komuni, jirrendi wkoll iktar qawwi. Smajt u apprezzajt: kien kliem nobbli, kliem sinċier, kliem li qanqal f’qalbi diwi profond, li ma jintefiex.

Infittex li nimmaġina – u dan mhux diffiċli għalija – ix-xewqat li kull wieħed minnkom iġorr warajh u li, li kieku jistà jkellimni, jurini. Ħafna mill-ħwejjeġ li għalihom qalbkom taspira, sfortunatament mhix il-fakultà tiegħi li nippermettilkom, kif intom tifhmu sewwa. U madankollu nħoss li għandi xi ħaġa x’nagħtikom li tistà tkun għalikom ta’ mportanza kbira. Dak li nistà nagħtikom, bħala bniedem u bħala nisrani, hija qabel kollox l-istima tiegħi tal-persuni tagħkom. Bħala saċerdot u bħala Isqof, nistà nofrilkom għajnuna biex tifhmu s-sens ta’ dan il-mument li jistà jirrivela ruħu b’xi mod utli biex iħejji għada aħjar.

Il-bieraħt lura kien il-Milied: iċċelebrajna t-twelid fiż-żmien tal-Iben etern ta’ Alla. Erġajna għixna dik il-ġrajja meraviljuża fir-rakkont sempliċi, imma hekk suġġestiv, tal-evanġelista Luqa, rakkont li kien ripropost lilna ftit ilu.

Innutajtu l-koinċidenzi singulari? Il-Milied, Ġesù għexu bogħod minn daru, fil-kuntest miżerabbli u anonimu ta’ għar, f’sitwazzjoni ta’ emarġinazzjoni prattika. Tiftakru fin-nota miżera imma elokwenti tal-Evanġelista: “Ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda (Lq 2, 7)?  Imbagħad fix-xena żidu dak li dlonk jiġri, jiġifieri l-ħarba mgħaġġla fl-Eġittu u l-permanenza twila fl-art tal-eżilju (cf. Mt 2, 13 ss.), il-kwadru huwa sħiħ.

Ma jidhrilkomx li hemm elementi iktar minn biżżejjed biex nistgħu nħarsu lejn il-presepju bil-fiduċja li dak it-Tfajjel mimdud fil-maxtura huwa perfettament kapaċi jifhem l-istat ta’ moħħkom? Jekk hu jifhimkom u jistedinkom biex ma taqtgħux qalbkom, imma tagħmlu mill-istess ċirkustanzi diffiċli, li fihom tinsabu, l-okkażjoni ta’ dak ir-riżultat intern, li minnu jiddependi l-futur tagħkom. Mhuwiex jewwilla dan il-messaġġ iktar veru mill-Milied? Minn Kristu li jitwieled, kull esseri uman huwa mistieden biex jitwieled mill-ġdid għal sens iktar ħaj tal-propja dinjità u tad-dmirijiet li joħorġu minn tali dinjità.Fl-imwieled Salvatur, wara kollox,, huwa jistà jsib id-dawl u s-sosten meħtieġa biex jagħraf it-triq ta’ tali twelid mill-ġdid u biex jirnexxilu mbagħad, jum wara jum, jimxiha.  

Drittijiet u dinjità tal-persuna

3. Infatti Ġesù twieled biex ikun ir-Redentur tagħna. Kif tafu sewwa, il-Knisja din is-sena qiegħda tiċċelebra l-Ġublew straordinarju tar-Redenzjoni, fit-tifkira tal-1950° anniversarju ta’ dik il-ġrajja deċiżiva għall-istorja umana, li kienet il-passjoni u l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. Issa, intom tafu kif il-profeta Iżaija kien ħabbar, sekli qabel, il-miġja u l-opra tal-Messija futur? Dan huwa kliem partikolarment sinifikattiv, għaliex Ġesù nnifsu applikah għalih innifsu fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu. Hawn hu: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għaliex il-Mulej ikkonsagrani; bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, inrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej” ( 61, 1-2; cf. Lq 4, 18-19).

Mela, l-:aħbar ferrieħa”, li Ġesù ġab lill-bnedmin, tiġbor fiha wkoll il-“ħelsien tal-priġunieri”. Liema eku singulari jqanqlu fil-moħħ dawn il-kelmiet, hekk kif tisimgħuhom jidwu fostkom! Xinhu s-sens tagħhom?. Iridu jewwilla jirreferu għall-istruttura karċerarja fit-tifsira l-iktar immedjata, kwaħi kważi li Kristu ġie biex jelimina l-ħabsijiet u kull forma oħra ta’ istituzjoni ta’ detenzjonii?

Sa ċertu punt hija hekk ukoll, għaliex – fi prospettiva finali – ir-Redenzjoni timmira għas-superament tal-konsegwenzi kollha tal-miżerja umana u tad-dnub. F’dik is-“sema ġdida” u f’dik l-“art ġdida” li t-tieni miġja ta’ Kristu se tinawgura fl-aħħar taż-żminijiet, mhux se jkun hemm iktar ħabsijiet, bħalma “mhux se jkun hemm iktar il-mewt, linqas il-luttu, linqas il-biki, linqas taqtiq il-qalb, għaliex il-ħwejjeġ ta’ qabel ikunu għaddew” (Ap 21, 1. 4).

Imma issa wkoll, fuq din l-art u taħt din is-sema, il-kliem tal-Mulej kellu u għandu effettività tiegħu fil-konfront tal-istituzzjoni karċerarja, hekk kif il-bnedmin immaġinawha u attwawha. Infatti min jistà jinjora l-influss benefiku li, tul is-sekli, il-messaġġ evanġeliku żvolġa fil-promozzjoni ta’ rispett ikbar għad-dinjità umana tal-kalzrat, li d-drittijiet tiegħu għal trattament ekwu, miftuħ għall-possibiltà ta’ inklużjoni mill-ġdid fis-soċjetà, kienu spiss hekk mgħaffġa b’mod inġust.

Saru passi kbar f’dan il-qasam, imma bla dubju għad fadal sewwa xi jsir. Il-Knisja, bħala interpretu tal-messaġġ ta’ Kristu, tapprezza u tinkuraġġixxi l-isforzi ta’ dawk li jagħmlu dak li jistgħu biex tkun żviluppata s-sistema karċerarja għal sitwazzjoni ta rispett dejjem sħiħ tad-drittijiet u tad-dinjità tal-persuna.  

Ħelsien tal-Bniedem mill-Ħabs Morali.

“Bagħatni . . . biex ninfaxxa l-ġrieħi tal-qlub maqsuma, biex inxandar il-libertà tal-iskjavi, il-ħelsien mill-ħabs tal-priġunieri”. Jekk il-missjoni ta’ Kristu tmiss ukoll l-istrutturi esterni tal-istituzzjonijiet umani, hija iżda ddur, fl-ewwel post, lejn l-interjorità tal-bniedem, hemm fejn għandhom l-għeruq l-egoiżmi, il-mibegħda, l-iżbalji morali, li jikkundizzjonaw imbagħad b’mod tqil l-istess rapporti esterni tal-persuni u tal-istituzzjonijiet ġuridiċi u soċjali, li lilhom huma jagħtu l-ħajja għall-konvivenza ma’ bnedmin oħra   .

Kristu qabel kollox ġie biex “jeħles”  il-bniedem mill-ħabs morali, li fih għalquh il-passjonijiet tiegħu. “Kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub”, iddikjara hu fil-Vanġelu (Ġw 8, 34); u huwa propju minn din l-iskjavitù li hu kellu f’rasu li jeħles lill-bniedem bir-Redenzjoni. Dik tad-dnub hija skjavitù  li għaliha kull bniedem huwa suġġett sa minn twelidu minħabba d-dixxendenza minn Adam, u din hija skavitù li sfortunatament kull wieħed jiggrava bil-ħtijiet personali, li għalihom bid-dgħufija jew deliberatament tul ħajtu jesponi ruħu. Jgħodd mela għal kull persuna l-imperattiv, midwi fl-ewwel Qari, li jikkonverti “mill-kondotta ħażina tiegħu u mill-vjolenza li hija f’idejh” (Ġw 3, 8). Mhemmx bniedem li m’għandux bżonn li jkun meħlus minn Kristu, għaliex mhemmx bniedem li mhux, f’forma iktar jew inqas gravi, priġunier tiegħu nnifsu jew tal-passjonijiet tiegħu.

Ħelsien veru jkollu, mela, fil-konversjoni jew fil-purifikazzjoni tal-qalb, jiġifieri f’dik il-bidla radikali tal-ispirtu, tal-menti u tal-ħajja, li  l-grazzja ta’ Kristu tistà topera. Il-Ġublew straordinarju, li qegħdin niċċelebraw, jimmira qabel kollox għal tali riżultat: biex jistimola l-qlub għall-konverżjoni. Dik, infatti, hija l-“iskarċerazzjoni” li għaliha, fl-ewwel post, Kristu ġie fid-dinja, ippriedka l-Vanġelu, ġarrab il-mewt u, fl-aħħar, irxoxta. Tali “skarċerazzjoni” tinsab fl-għerq tal-oħrajn kollha. Jekk il-grazzja tar-Redenzjoni tħoll lill-bniedem mir-rabtiet ta’ ħtijietu, allura hu – tkun xi tkun l-kondizzjoni esterna tiegħu – jibda jgawdi minn dik il-libertà interna li hija s-sors ta’ kull libertà oħra.  

Messaġġ straordinarju

5. Għeżież, hawn hi l-aħbar li jien, bħala ministru ta’ Kristu, għandi l-pjaċir li nwasslilkom f’dan il-jum li fuqu l-Milied, iċċelebrat ftit ilu, ixerred tant dawl ta’ ħlewwa u ta’ paċi. F’dan il-jum il-Knisja tfakkar l-Appostlu San Ġwann, id-dixxiplu maħbub, li lilu nafu, fost tant veritajiet meraviljużi miġbura għalina f’kitbietu, insibu wkoll dik l-istqarrija brillanti: “Alla huwa mħabba” (1 Ġw 4, 16).

Huwa għalija għażiż li niġbor dan il-messaġġ straordinarju tiegħu, biex inħallihulkom bħala sintesi meraviljuża ta’ dak li kelli ngħidilkom f’din il-laqgħa: “Alla huwa mħabba”. Kull wieħed, mela, jistà jdur lejh b’ċertezza fiduċjuża li huwa maħbub minnu. Hija x’inhija l-ġrajja personali li kull wieħed minnkom isib wara spallejh, huma x’inhuma l-esperjenzi deludenti li l-ħajja setgħet irriselvatlu, minn ħaġa waħda m’għandux jiddubita: fis-sema hemm Missier twajjeb li jaf bih (cf. Mt 6, 32) u li jħobbu.

Ħossukom maħbubin mill-Mulej! Ta’ din l-imħabba trid tkun sinjal il-miġja tal-Papa fostkom. Ta’ din l-imħabba wkoll hija xhieda l-preżenza kostanti tal-ministru ta’ Alla, il-kappillan, li jipparteċipa fil-problemi tagħkom, jaqsam il-preokkupazzjonijiet tagħkom, isostnikom bis-solidarjetà tiegħu. Iftħulu qalbkom u ssekondaw il-ministeru spiritwali tiegħu. Huwa jkellimkom f’isem dak Kristu li, waqt li jintasab ma’ ġenbkom kif jagħmel ma’ kull persuna li tbati, ried jidentifika ruħu magħkom. Tiftakru? “Kont il-ħabs u ġejtu żżuruni”, huwa qal? (cf. Mt 25, 36. 40).

Kristu ħabb lill-bniedem, illi ħallas għal dan prezz tassew għoli: ta ħajtu għalih (cf. Gal 2, 20). Emmnu fl-imħabba ta’ Kristu u mpennjaw ruħkom biex tikkorrispondu. In-novità vera fl-istorja ta’ kull wieħed minna, bħal f’dik tad-dinja, tistà tirriżulta biss minn hawn, minn imħabba milqugħa u offruta b’atteġġjament umli ta’ gratitudni lejn Alla li “għalina l-bnedmin u għas-salvazzjoni tagħna” ħa l-ġisem fil-ġuf purissmu tal-presepju, f’lejl ta’ tant snin ilu, ġewwa Betlem.

Fid-dawl li tnissel mill-maxtura u issa fuq l-għetiebi tas-sena l-ġdida, jiena nindirizza awgurju kordjali lilkom ilkoll, kif ukoll lis-sinjur ministru ta’ Grazzja u Ġustizzja hawn preżenti, lill-awtoritajiet karċerarji, lill-kappillan, lill-gwardji u lill-istaff, waqt li bil-ħsieb nieħu lili nnifsi fil-ħabsijiet l-oħra ta’ Ruma u tal-Italja, anzi fil-ħabsijiet kollha tad-dinja, biex nifrex idejja lejn il-persuni miżmuma hemm u lilhom ilkoll nawgura, bi mħabba profonda u parteċipi, sena aħjar minn dik li waslet biex tintemm. Tkun sena aħjar, kemm-il darba f’qalbna jirnexxielna nagħmlu ftit spazju lil Alla li “huwa mħabba”.

Tasal lilkom ilkoll il-barka tiegħi.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading