Il-Ħamis, il-Papa Franġisku laqa fil-Vatikan 103 membru tal-Assoċjazzjoni tal-Iski Awstrijaka (Österreichische Skiverband – ÖSV) fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Tazza tal-Dinji tal-Iski Alpin 2024-2025 fis-26 ta’ Ottubru, f’Sölden, l-Awstrija.
Waqt li sellem lid-delegazzjoni fis-Sala tal-Konċistorju, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-assoċjazzjoni biex dejjem tikkultiva l-valuri inerenti fl-isport, bħall-perseveranza, s-sinċerità, l-ħbieberija, u s-solidarjetà.
B’dan il-mod, qal “intom tikkontribwixxu għal dinja aktar fraterna u, f’nofs l-għeġubijiet tan-natura f’pajjiżkom, tkantaw l-innu ta’ tifħir lill-Ħallieq.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-10/pope-encourages-austrian-skiers-to-cultivate-values-of-sports.html
