Il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II kien fetaħ eżattament 62 sena ilu

Fil-11 ta’ Ottubru 1962, eżattament 62 sena ilu llum, il-Papa Ġwanni XXII ta bidu għal dak li baqa’ magħruf bħala l-Konċilju Ekumeniku Vatikan II.

Minkejja l-importanza ta’ din il-ġrajja kbira fil-Knisja u l-wirt kbir li ħallewlna l-Isqfijiet konċiljarji, sfortunatament, illum għad hemm Kattoliċi li għadhom qatt ma semgħu bih, u dan aktarx li mhux tort tagħhom. Għal oħrajn il-Konċilju spiċċa u ntemm fit-8 ta’ Diċembru 1965, id-data tal-għeluq uffiċjali tiegħu. Imma hemm ukoll dawk li jinsistu li l-Konċilju Ekumenu Vatikan II, seħħ, imma għad irid iseħħ

Ara dan id-dokumentarju bil-Malti dwar il-Konċilju …

Minn din il-paġna ta’ hawn taħt, tista’ ssib ħafna aktar tagħrif dwar dan il-konċilju u dwar konċilji oħra li saru qablu. Issib ukoll is-16-il dokument – kollha bil-Malti, id-diskorsi li għamlu l-Papa Ġwanni XXIII fil-ftuħ u l-Papa Pawlu VI fl-għeluq.

https://www.laikos.org/vat2

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading