Il-Papa hu qrib il-merħla martirizzata fl-Art Imqaddsa

Nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024, sena mill-“jum ta’ diqa” meta xegħel “il-fjus tal-mibegħda, li ħolqot mewġa ta’ vjolenza”, l-Papa Franġisku kiteb ittra lill-Kattoliċi tal-Art Imqaddsa.

“Qed naħseb fikom u nitlob għalikom”, kitbilhom il-Papa, fejn nikkundanna “l-inkapaċità tal-mistħija tal-komunità internazzjonali u tal-pajjiżi l-aktar b’saħħithom biex isikktu l-armi u jtemmu t-traġedja tal-gwerra”. Huwa jinnota li “qed tikber ir-rabja, flimkien max-xewqa ta’ vendetta, filwaqt li jidher li ftit nies jimpurtahom minn dak li hu l-aktar meħtieġ u dak li hu l-aktar mixtieq: id-djalogu u l-paċi”. Huwa jtenni:

“Il-gwerra hija telfa. L-armi ma jibnux il-futur iżda jeqirduh, il-vjolenza qatt ma ġġib il-paċi. L-istorja turi dan, iżda snin u s-snin ta’ kunflitt donnhom ma għallmuna xejn.”

Filwaqt li rringrazzja lill-“merħla żgħira u bla difiża” li tgħammar fl-Art Imqaddsa “għatxana għall-paċi” talli deċidew li jibqgħu f’arthom, jitolbu u jħobbu minkejja kollox, hu jiddeskrivi lill-Kattoliċi tal-Art Imqaddsa bħala “żerriegħa maħbuba minn Alla.” Il-Qdusija Tiegħu ħeġġiġhom biex isibu mod kif jagħtu l-frott u jagħtu l-ħajja, mingħajr ma jħallu lilhom infushom jinħakmu mid-dlam li jdawwarhom.

“Imħawla fl-art qaddisa tagħkom, kunu nibbieta tat-tama, għax id-dawl tal-fidi jwassalkom biex tixhdu għall-imħabba fost kliem ta’ mibegħda, biex tiltaqgħu fost konfrontazzjoni dejjem tikber, għall-għaqda fost ostilità dejjem tikber.” Waqt li “b’qalb ta’ missier”, huwa kompla jikteb lil uliedu, li llum qed jesperjenzaw martirju reali, biex jiżirgħu “żrieragħ tal-paċi fost ix-xitwa tal-gwerra”, u jkunu “xhieda qawwija ta’ paċi mhux vjolenti.”

Il-Papa Franġisku nnota li llum in-nies ma jafux isibu l-paċi. “Bħala Kristjani, m’għandna qatt niddejqu nitolbu l-paċi mingħand Alla.” “U għalhekk li, f’dan il-jum, ħeġġiġt lil kulħadd biex josserva jum ta’ talb u sawn,” billi sejjaħtilhom “l-armi tal-imħabba li jbiddlu l-istorja, l-armi li jegħlbu lill-għadu veru wieħed tagħna: l-ispirtu tal-ħażen li jkattar il-gwerra.”

It-tieni parti tal-ittra, hija magħmula minn sekwenza ta’ “Jien miegħek, jien qrib tiegħek.” Il-Papa Franġisku jgħid dan il-kliem lil ħutu, iżda wkoll lill-irġiel u nisa ta’ kull twemmin reliġjuż li fil-Lvant Nofsani qed ibatu mill-ġenn tal-gwerra:

  • Lin-nies ta’ Gaża li huma fil-ħsibijiet u t-talb tiegħu ta’ kuljum;
  • Lill-ommijiet li jibku waqt li jħarsu lejn uliedhom mejtin jew midruba, “bħal Marija quddiem Ġesù”;
  • Lilkom “li tibżgħu tħarsu ‘l fuq minħabba l-biża’ li n-nar jinżel mis-smewwiet”;
  • Lilkom li “m’għandkomx vuċi, għax minkejja t-taħdit kollu dwar pjanijiet u strateġiji, ftit hemm tħassib għal dawk li jbatu l-qerda tal-gwerra, lis-setgħana jimponu fuq ħaddieħor”;
  • Lilkom bil-għatx għall-paċi u l-ġustizzja, u li “qed tirrifjutaw li ċċedu għal-loġika tal-ħażen, u f’isem Ġesù, “ħobbu lill-għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom.”

Fl-aħħarnett, il-Papa kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-“ulied il-paċi”, għal dawk, li madwar id-dinja jassistu lil dawk li qed ibatu, u għall-isqfijiet u s-saċerdoti “li jġibu l-faraġ ta’ Alla lil dawk li jħossuhom waħedhom u abbandunati.”

“Għeżież ħuti fi Kristu Ġesù, inberikkom u nħaddankom b’affezzjoni mill-qalb. Jalla l-Madonna, Sultana tal-Paċi, tgħasses fuqkom. Jalla San Ġużepp, Patrun tal-Knisja, jipproteġikom.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-10/pope-francis-letter-7-october-holy-land-war-suffering.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading