Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum (Mk 10, 17-30) huwa vanġelu li ħafna jafuh, il-ġrajja taż-żagħżugħ għani li l-ewwel jiġri lejn Ġesu’, imma li mbagħad jitlaq b’qalbu sewda x’ħin Ġesu’ jgħidlu biex ibigħ kollox, jagħtih lill-foqra, u jimxi warajh.
Il-Papa jgħid li ż-żagħżugħ kien qed ifittex xi ħaġa li kienet nieqsa f’ħajtu. U għalkemm ma togħġbux, Ġesu’ jħares lejh b’imħabba u joffrilu soluzzjoni. Ilkoll f’qalbna għandna xewqa għall-ferħ u għall-ħajja li jkollha skop. Imma ma rridux naqgħhu fl-illużjoni li r-risposta għal dan kollu qegħda fil-ġid materjali. Il-vera ġid jgħid il-Papa hu li Alla jħares lejna b’imħabba u li nagħmlu minn ħajjitna rigal għall-oħrajn. U għalhekk il-Papa jistedinna biex ‘nirriskjaw l-imħabba’, jiġifieri li ninżgħu mis-sigurezzi foloz tagħna, u li naqsmu mal-oħrajn mhux biss il-ġid materjali imma dak kollu li aħna inkluż t-talenti, l-ħin u l-ħbiberija tagħna.
Fl-aħħar tal-Angelus il-Papa ma setax ma jerġax jagħmel appell għall-paċi. Hu jgħid li l-gwerra hi illużjoni, u li ma hu se twassal qatt għal dik is-sigurta’ mixtieqa.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0BXGh3MJQwh37jxfRkMDbDf1oZH7bi3nRnSaqDx2Dzu3Wtqc2gL1Q3j8ppSLwuF8ql