Ġwanni Pawlu II fil-parroċċa ta’ San Mark Evaġelista

VIŻTA LILL-PARROĊĊA TA’ SAN MARK EVANĠELISTA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 29 ta Jannar 1984

1. “Araw x’intom, li Alla sejħilkom, ħuti” (1 Kor 1, 26).

B’din l-eżortazzjoni jum wieħed, l-Appostlu San Pawl indirizza lill-Korintin fl-ewwel ittra tiegħu u llum jien nixtieq nirripetiha waqt li nżur il-parroċċa tagħkom. Din l-eżortazzjoni, infatti, hija dejjem attwali, u jekk diġa għandha sens universali, billi tistà tkun riferuta lil kull bniedem, għandha iżda sens iktar preċiż u iktar determinat għalina l-insara.Huwa leċitu għalhekk. Li nistaqsu lilna nfusna: liema hi s-sustanza tal-vokazzjoni tagħna? X’inhi l-vokazzjoni nisranija?

Il-fatt li bir-rieda ta’ Alla “int fi Kristu Ġesù” (1 Kor 1, 30); il-fatt li Kristu Ġesù “b’opra ta’ Alla sar għalina għerf, ġustizzja qdusija u fidwa” (1 Kor 1, 30); hawn hu propju l-fatt li aħna “fi Kristu Ġesù” jikkostitwixxi is-sies tat-tieni kobor tagħna, tad-dinjità ġdida tagħna u fuq kollox jirrapreżenta l-vokazzjoni tagħna. Huwa propju dan li aħna “fi Kristu Ġesù” li joħloq skala ta’ valuri ġdida għal kollox. differenti sewwa minn dik li tiddisponi “d-dinja”. L-Appostlu jesponi sewwa ħafna dan il-kunċett meta,  innutat li l-kobor tan-nisrani la hu l-għerf, la l-qawwa, la n-nobiltà “skont il-ġisem”, jiġifieri skont il-metru komuni ta’ ġudizzju tal-bnedmin, jgħid li kollox għalih jikkonċentra fli aħna “fi Kristu Ġesù” Proprju a bażi u b’konsegwenza ta’ dan il-kobor ġdid, ġej minn Kristu Ġesù, li jibdel saħansitra radikalment is-sors tal-valutizzazzjoni u l-kwalifikazzjoni ta’ kollox. U jekk Kristu għan-nisrani huwa il-kollox, allura  ġusta u loġika tidher il-konklużjoni li l-Appostlu jesprimi b’formula  qasira: “Min jiftaħar, ħa jiftaħar fil-Mulej” (1 Kor 1, 31). Infatti, għall-preżenza tagħna “fi Kristu  Ġesù  il-pożittiv kollu li hemm ġo fina jiġi biss minnu!

2. “Araw x’intom, li Alla sejħilkom, ħuti”. B’żieda ma’ dan il-liturġija tallum, iġġegħlna naqraw mill-ġdid fil-Vamġelu skont il-kitba ta’ San Mattew, id-deskrizzjoni tat-tminn Bejatitudni.  Din hija deskrizzjoni li hija fundamentali fl-ekonomija evanġelika: din hija deskrizzjoni  li għandha il-valur ta’ liġi-kwadru għall-iskala ta’ impostazzjoni u għall-impenn li jesiġi min-nisrani, deċiż li jgħix skont il-vokazzjoni tiegħu, Jekk huwa hu “Kristu Ġesù”, li għalih huwa il-kollox,  allura kif jistà   ma jingħaqadx ma’ din il-liġi fundamentali, ippromulgata minn Kristu nnifsu? Kif jistà jonqos li jieħu minnha – qabel ukoll ma jgħaddi għall-obligazzjonijiet konkreti singuli – l-ispirazzjoni globali u, ikolli ngħid, id-direttriċi tal-mixja għal tul l-eżistenza kollha tiegħu?

Imissni, f’dan il-punt, neżamina wieħed wieħed it-tminn artikoli ta’ din il-liġi, li b’mod sinifikattiv ħafna tibda bil-faqar tal-ispirtu, li jfisser umiltà sinċiera, distakk tal-qalb mill-ġid terren, biex jagħmel wisgħa lil Alla, biix jagħmel wisgħa lil Ibnu, biex jirċievi mingħandu li – bħalma qalilna l-Appostlu Pawlu – huwa “sar” għalina: l-għerf u l-ġustizzja, il-qdusija u l-fidwa.  Waqt li nirrinunzja l-analisi, inħoss li għandi nenfasizza hawn il-valur kumplessiv ta’ din il-liġi fl-ekonomija tas-Saltna ta’ Alla.

3. Fir-realtà, il-Vanġelu tat-tminn Beatitudni – jistà jkun ukoll iktar minn kull test ieħor tat-Testment il-Ġdid – iwieġeb għall-mistoqsija:   kif għandna nkunu fil-ħajja ta’ kuljum biex nikkorrispondu b’mod adegwat mal-vokazzjoni tagħna? Inkella, waqt li nifformulaw il-mistoqsija fi kliem ieħor: Xi tfisser fil-prattika li nkunu “fi Kristu Ġesù”? Hemm bżonn li nkunu – hawn hi t-tweġiba – foqra fl-ispirtu, u mansweti, disposti li naħfru, u puri tal-qalb, eċċetra. Insomma, biex inkunu fi Kristu Ġesù, hemm bżonn li nkunu bħal Kristu Ġesù. Dan infatti, huwa il-veru protagonista tat-tminn Beatitudni: huwa mhuwiex biss dak li għallimhom u ħabbarhom, imma fuq kollox huwa dak li wettaqhom bl-iktar mod perfett matul u b’ħajtu kollha. Wieħed jistà jgħid li dawn jikkostitwixxu bħal “ġabra  fil-qosor” tal-ħajja terrena ta’ Kristu, u għal din ir-raġuni jippreżentaw ruħhom ukoll bħala  “programm ta’ ħajja” għad-dixxipli,  konfessuri u segwaċi  tiegħu.  U ta’ min igħid, jew aħjar jippreċiża, dawn huma “programm ta’ fidi ħajja”, l-ħajja fuq l-art kollha tan-nisrani, fidil lejn Kristu, tistà tinġabar f’dan il-programm fil-prospettiva tas-Saltna ta’ Alla, tas-Saltna tas-smewwiet, għaliex – kif jgħid is-Salm responsorjali – “Il-Mulej huwa fidil għal dejjem”.

Mela: il-programm tal-ħajja umana, tal-ħajja terrena tan-nisrani għandu jkun ibbażat fuq l-affidament tal-kelma ħajja ta’ Alla! Għal tali programm iħejjina diġa l-ewwel qari meħud mil-liturġija tat-Testment  il- Qadim, meta l-profeta Sofonija jirrepeti: “Fittxu l-Mulej intom ilkoll foqra tal-art,  li twettqu l-ordnijiet tiegħu .  . .”, fittxu “biex issibu ruħkom għall-kenn f’isem il-Mulej” (cf. Sof  2,3; 3,12).

4. Ladarba, b’rieda u grazzja ta’ Alla nnifsu, aħna “ninsabu fi Kristu Ġesù”, ladarba aħna appuntu nsara, aħna għandna nsegwu b’mod konsistenti l-eżortazzjoni  kemm fil-konsiderazzjoni tajba tal-vokazzjoni tagħna, kif ukoll, fuq kollox, fli nżommu ruħna dejjem fidili lejha. Aħna ma nistgħux “nitilfu” dak li aħna. Ma nistgħux nikkuntradixxu, bl-imġieba tagħna, bil-mod li bih naħsbu u nivvalutaw, dak li nistqarru bil-fomm.

Biex ma naqgħux f’tali kontradizzjoni hemm bżonn li tul il-ħajja, jum wara jum, pass wara l-ieħor, aħna noqorbu naqra naqra lejn dan il-programm tas-Saltna ta’ Alla, li Kristu ħallielna.

Għal dan il-għan jirrivela ruħu b’mod partikolari mportanti t-talb: irrid nifhem it-talb veru, ukoll dak qasir u konċiż, imma li jkun kostanti u sistematiku. Nifhem, jiġifieri, talb solidu.

Infatti, jiena nqis li t-talb għandu jiftaħ, fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, kull jum mill-ġdid, il-prospettiva tas-Saltna ta’ Alla, kif jiġi espressament indikat fil-kliem tal-Missierna,  fejn ninvokaw il-miġja ta’ Din is-Saltna.

Mhux biżżejjed: it-talb għandu jgħaqqadna mal-misteru tal-Verb Inkarnat u tal-Knisja, u dan jidher b’mod qasir fit-tislima anġelika, jiġifieri fl-Ave Maria; u għandu, jkompli, ifakkarna il-veritajiet ewlenin tal-fidi tagħna, kif inhuma espressi fis-Simbolu Apostoliku, kif ukoll il-prinċipji fundamentali tal-morali, miġbura fid-Dekalogu  (Kmandament ta’mħabba).

Waqt li nfakkarkom u nirrakkomandalkom is-sinifikat u l-valur ta’ dan it-talb individwali, nixtieq iżda  nippreċiża li aħna nistgħu u għandna nintroduċu wkoll “għanijiet” oħra, jew intenzjonijiet, fit-talb ta’ kuljum tagħna, billi naħsbu per eżempju għall-ħtiġijiet partikolari tagħna, billi niftakru fil-mejtin tagħna.

Bdanakollu, tkun xi tkun l-forma magħżula u użata, jibqà ferm important li fit-talb tagħna aħna “nikkunsidraw il-vokazzjoni tagħna”,  u propju għal tali raġuni ikun tajjeb li fil-programm tat-talb jidħlu wkoll, u spiss, it-tminn Beatitudni. Dan l-aċċenn, ikolli ngħid, l-istess reċta ta’ dan it-test fundamentali tal-Vanġelu jagħti konsistenza lit-talb tagħna u jgħinna biex inżommu dejjem preżenti l-vokazzjoni tagħna u allura biex inkunu nsara tassew.

5. Huma dawn, il-ħsibijiet li ridt naqsam magħkom, għeżież ħuuti, fl-okkażjoni taż-żjara tal-parroċċa tagħkom, li tieħu isimha mill-evanġelista San Mark. Waqt li ninsab f’nofskom, għandi pjaċir insellem lill-Monsinjur Clemente Riva, lill-kappillan tagħkom, lis-saċerdoti kollaboraturi tiegħu u lil dawk kollha li jiffurmaw  il-Komunità, b’mod partikolari lil dawk kollha membri tal-gruppi ta’ attività pastorali speċifika u tal-assoċjazzjonijiet kattoliċi. Nieħu pjaċir ħafna nsir naf li fil-parroċċa tagħkom huma b’mod speċjali attivi l-Ordni franġiskan sekolari, il-Volontarjat vinċenzjan, l-Apostolat tat-talb, il-Volontarjat ospidalier u tat-tbatija, il-Grupp katekistiku u, fuq kollox, il-Kunsill pastorali. Għeżież fidili! Komplu ikkollaboraw voluntarjament u b’imħabba mal-Patrijiet franġiskani tagħkom, biex iżżidu l-frekwenza fil-Quddisa festiva u għas-sagramenti; biex tapprofondixxu u tespandu r-rapporti ta’ karità u ta’ fraternità; biex tieħdu sehem dejjem iktar b’numru kbir għat-tagħlim reliġjuż; biex tixhdu b’ħeġġa l-fidi nisranija tagħkom! Agħmlu mill-parroċċa tagħkom, li tgħodd iktar minn ħdax-il elf persuna, familja waħda, wiesgħa, u taf tħobb!

6. “Ifirħu u thennew, għaxħlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5, 12). Nieħu pjaċir nieħu mill-ġdid mill-Vanġelu tal-Beatitudni dan il-versett konklussiv, li huwa bħall-punt tal-wasla tad-dikjarazzjonijiet individwali: dan il-punt ta’ ferħ, u preċiżament għal tali ferħ tistedinna l-liturġija tallum flimkien mal-kant tal-“Alleluia”. Din hija l-istedina għall-ferħ tal-vokazzjoni nisranija.

Nawgura minn qalbi li dan il-ferħ, għeżież ħuti, isib l-appoġġ tiegħu fit-talb ta’ kuljum u, bir-rata tal-fedeltà għall-ispirtu tal-Beatitudni, jitwettaq b’mod effettiv fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minkom.

Nawgura, ukoll, li l-parroċċa tagħkom, iddedikata lil San  Mark Evanġelista, tkun komunità ħajja, li fiha, permezz tal-attwazzjoni tal-vokazzjoni nisranija, tkun tista tifforma u tiżviluppa ħajjitha fl-ispirtu tal-Beatitudni, u li wkoll f’dan il-livell komunitarju jiffjorixxi fostkom il-ferħ veru, u allura l-paċi, l-għaqda u l-imħabba.

“Fittxu l-Mulej, intom ilkoll, foqra tal-art – nerġa ntenni għal darb’oħra mal-profeta – , fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umiltà . . .”. Hekk issibu kenn, jiġifieri protezzjoni “f’isem il-Mulej”.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading