“Xtaqt ‘nsellem’ lill-Verġni Marija tal-Abbandunati. L-Madonna tieħu ħsieb il-foqra, il-Patruna ta’ Valencia, li tant qed tbati”
Hekk beda l-Papa Franġisku l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa, b’dan l-appell speċjali għal Valencia, kif ukoll partijiet oħra ta’ Spanja li huma milquta, fejn tenna l-qrubija tiegħu lejn dawk li qed isofru minn għargħar kbir li ħalla aktar minn 200 persuna mejta u għexieren għadhom neqsin.
Il-Papa kien qed jirreferi għax-xbieha tal-Verġni Mqaddsa li kien irċieva mingħand il-fidili ta’ Valencia, u li l-Papa poġġiha maġenbu fuq il-palk matul l-Udjenza kollha. “Ridt li jġibuha hawn, il-Patruna ta’ Valencia. Din ix-xbieha li l-istess nies ta’ Valencia rregalawli”.
Il-qaddisa patruna ta’ Valencia, l-Verġni de los Desamparados, tidher b’ġilju f’id waħda u ġġorr it-tarbija Ġesù f’idejha. Il-qagħda tagħha hija kemmxejn inklinata ‘l quddiem.
“Illum, b’mod speċjali, nitolbu għal Valencia u għal żoni oħra ta’ Spanja li qed ibatu minħabba l-għargħar.”
Wara l-katekeżi, l-Papa Franġisku appella wkoll għall-paċi fost il-brutalità tal-gwerra. “Ejjew nitolbu għall-paċi,” ħeġġeġ il-Papa. “Ejjew ma ninsewx l-Ukrajna mifluġa, li qed tbati ħafna; ma ninsewx lil Gażu u l-Iżrael.”
“Il-ġurnata l-oħra 153 ċivili ġew sparati fit-triq. Huwa diqa kbira,” huwa qal, u żied, “Ejjew ma ninsewx il-Mjanmar.”
Huwa stieden lil dawk preżenti biex jingħaqdu miegħu biex jitolbu s-Sliem u l-Qaddisa lill-Madonna tal-Abbandunati. “U nitolbu lill-Mulej, biex jgħinna ngħixu dejjem bit-tama”, temm jgħid il-Papa Franġisku.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-11/general-audience-pope-francis-closeness-valencia-spain.html