Nofstanhar irtir għall-koperaturi (Malta)

Il-Koperaturi Maltin iltaqgħu fl-iskola St Michael għal irtir ta’ nofstanhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2024. Il-membru Emanuel Curmi mexxa żewġ riflessjonijiet fuq iż-żmien tal-Avvent u kif dan iż-żmien għandu jimlieni bix-xewqa qawwija li xi darba niltaqgħu mal-wiċċ tal-maħbub tagħna Ġesù wiċċ imb’wiċċ.

Dan l-irtir serva ta’ għajnuna kbira għall-koperaturi fil-bidu tal-Avvent, żmien fejn kull wieħed għandu jaħdem fuqu nnifsu biex iħejju qalbu bħal maxtura għal Ġesù Bambin.

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org 

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading