Minn Claudia Cini (Missio Malta)
92 sena huma ħafna u ftit huma dawk li jkollhom il-grazzja li jaslu sa din l-età sabiħa! Imma bi pjaċir u sodisfazzjon, nistgħu ngħidu li din l-età sabiħa laħqitha r-rivista tagħna Malta Missjunarja, għaliex f’Settembru li għadda għalqet 92 sena!
Matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu tista’ taqra aktar dwar dan kollu fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta.
F’dan il-magażin, li joħroġ erba’ darbiet fis-sena, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob.
Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun organizza u se jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. Fost l-attivitajiet matul is-sena 2024 kien hemm żjarat fi djar tal-anzjani, preżenza waqt il-‘freshers’ week’ tal-università u tal-Mcast, Playcon u Notte Bianca.
F’artiklu minnhom niltaqgħu mal-aħwa Fiona u Catherine mill-Uganda. Żewġt ibniet żgħar u ħelwin imlibbsa ħwejjeġ imqattgħin u maħmuġin, u ħafjin, li ta’ kuljum jimxu mili sħaħ lejn l-iskola ferħanin, fix-xita u fix-xemx.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona b’xejn fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.
