ĊELEBRAZZJONI SOLENNI TAL-ĠUBLEW TAL-ARTISTI
L-EWWEL QUDDIESA VOTIVA LI MATULHA JKUN PROKLAMAT IL-BEATU ANĠELIKU PATRUN TAL-ARTISTI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ Santa Maria sopra Minerva
Is-Sibt, 18 ta’ Frar 1984
1. “Lilek irrid inkanta quddiem l-anġli” (Sal 138, 1).
F’din il-laqgħa liturġika nixtiequ nonoraw bniedem li kien mogħti l-isem ta’ “Anġeliku”. U ħajtu – f’sintonija profonda mal-isem mogħti – kienet “innu” straordinarju lil Alla: “innu quddiem l-anġli”.
B’ħajtu kollha huwa kanta l-glorja ta’ Alla, li huwa ġarr bħala teżor fil-profond ta’ qalbu u esprima fl-opri tal-arti. Fra Anġeliku baqà fit-tifkira tal-Knisja u fl-istorja tal-kultura bħala reliġjuż-artista straordinarju. Iben spiritwali ta’ San Duminku, bil-pinzell esprima il-“quċċata” tal-misteri divini tiegħu, bħal Tumas d’Aquino ħabbarha bil-lingwaġġ tejoloġiku. Fl-opri tiegħu il-kuluri u l-forom “ibaxxu lejn it-tempju qaddis ta’ Alla” (Sal 138, 2), u jxandru rendiment ta’ grazzji lejn ismu.
Il-faxxinu eċċezzjonali mistiku tal-pittura ta’ Fra Angeliku tobbligana nieqfu affaxxinati quddiem il-ġenju li ġġeneraha u biex nesprimu mas-Salmista:
“Kemm hu twajjeb Alla ma’ min hu sewwa, ma’ dawk ta’ qalbhom safja!” (Sal 73, 1).
2. Tħares lejn il-Beatu Anġeliku ifisser tħares lejn mudell ta’ ħajja li fiha l-arti tirrivela ruħha bħala mixja li tistà twasslek għall-perfezzjoni nisranija: huwa kien reliġjuż eżemplari u artist kbir.
Imlaqqam “Anġeliku” minħabba t-tjubija ta’ qalbu u minħabba s-sbuħija tal-pitturi tiegħu, Fra Giovanni da Fiesole kien saċerdot-artist li kien jaf jittraduċi f’kuluri l-elokwenza tal-kelma ta’ Alla.
Jekk mill-bennina tad-dar ħa fidi ċara, hu mill-Ordni Dumnikan, li fih daħal fl-1420, ħa għarfien approfondit tad-duttrina sagra u stimolu biex iħabbar il-misteru tas-salvazzjoni permezz tal-ministeru saċerdotali u l-pittura.
Il-Beatu Anġeliku, waqt li kkonsagra ruħu lil Alla, irnexxilu jkun iktar bniedem, mhux biss mal-oħrajn imma għall-oħrajn; l-opri tiegħu huma messaġġ perpetwu ta’ kristjaneżmu ħaj, u fl-istess ħin messaġġ altament uman, imsejjes fuq il-poter trażumananti tar-reliġjon, li bis-saħħa tiegħu kull bniedem li jiġi f’kuntatt ma’ Alla u l-misteri tiegħu jerġà jsir jixbħu fil-qdusija, fis-sbuħija, fil-beatitudni; jiġifieri bniedem skont il-pjanijiet bikrin tal-Ħallieq tiegħu (cf. Pio XII, AAS 47 [1955] 289).
Huwa rrenda veri f’ħajtu l-irbit organiku u kostituttiv li kien hemm bejn il-kristjaneżmu u l-kultura, bejn il-bniedem u l-Vanġelu. Fih il-fidi saret kultura u l-kultura saret fidi migħuxa. Kien reliġjuż li għaraf jitrażmetti, bl-arti, il-valuri li huma fil-bażi tal-mod ta’ ħajja nisranija. Kien “profeta” tax-xbiha sagra: għaraf jilħaq il-quċċata tal-arti billi silet ispirazzjoni tal-misteri tal-fidi (cf. Pio XII, AAS 47 [1955] 285).
Fih l-arti issir talba.
Bil-kreditu tal-unuri liturġiċi lil Fra Giovanni ta’ Fiesole jiena ridt nagħraf il-perfezzjoni nisranija lis-sommu pittur, innovatur effettiv u sinċier tal-ispiritwalità artistika, imma ridt ukoll nixhed l-interess profond tal-Knisja għall-progress tal-kultura u tal-arti, u għad-djalogu fertili magħhom.
3. F’din il-Bażilika Rumana ta’ Santa Maria sopra Minerva, li tgħasses il-qabar tal-Beatu Anġeliku u li hi mibnija maġemb il-kunvent li fih stenna l-għabex tal-jum terren fit-18 ta’ Frar 1455, intom miġbura l-lejla, intom, ħbieb artisti, li għalikom Fra Anġeliku huwa għażiż b’mod partikolari.
Lilkom, professjonisti tal-arti, tal-espressjonijiet multipli u affaxxinanti, nestendi t-tislima kordjali tiegħi. Nindirizza il-ħsieb tiegħi ta’ mħabba lilkom, arkitetti, li għalikom huwa instintiv is-sens tal-proporzjon u l-gost tal-ispazju; lilkom, skulturi u pitturi, artisti tal-volumi plastiċi u tat-tolitajiet kromatiċi, li ltqajtu flimkien mal-artisti tal-kant, tal-mużika, taż-żfin u tal-ispettaklu, qiskom biex tintegraw ruħkom f’kunċert ta’ valuri umani u spiritwali li toffru lis-soċjetà tallum; lilkom, għalliema tal-akkademji u u ta’ fakultajiet universitarji, diriġenti ta’ istituti tal-arti internazzjonali, diretturi ta’ mużewijiet, pinakoteki, galleriji; f’kelma waħda, lilkom ilkoll li tappartienu lil dik id-dinja kulturali li fiha jitwieldu u jespandu ruħhom il-fenomeni artistiċi.
Lilkom kollha ngħidilkom: Ħbieb tal-arti vera, intom ukoll ħbieb tagħna”. Meta nirrepeti din is-sentenza tal Missirijiet tal-Konċilju fil-messaġġ lill-artisti, ħsiebi mimli b’apprezzament u b’ammirazzjoni jestendi ruħu għal kull spirtu uman namrat tas-sabiħ u għad-dinja kollha tal-artisti, mhux ta’ Ruma u tal-Italja biss, imma tal-kontinenti kollha.
Imma rrid nindirizza tislima speċjali wkoll lis-sinjuri Kardinali u lil ħuti fl-episkopat u fis-saċerdozju, li qegħdin jieħdu sehem f’din l-assemblea ewkaristika, Nieħu gost ukoll bil-preżenza ta’ personalitajiet awtorevoli, b’mod partikolari tas-sinjur Ministru tal-Beni Kulturali tal-Italja, li wrew ruħhom sensibbli għall-mottiv ta’ din il-laqgħa. Nindirizza fl-aħħarnett tislima xierqa wkoll lill-Patri Majjistru Damiano Byrne u lill-Familja Dumnikana.
4. Bħala Isqof ta’ Ruma nixtieq nesprimi il-ferħ sinċier tiegħi li nistà niċċelebra is-Sagrifiċċju Ewkaristiku f’din il-Bażilika tant marbuta mat-tradizzjonijiet tal-ordni tal-Patrijiet Predikaturi fil-jum anniversarju tad-“dies natalis” ta’ fama dumnikana. Imma l-ferħ tiegħi huwa ferm iktar kbir għaliex il-laqgħa tal-lejla hija wkoll iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-artisti fl-okkażjoni tas-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni. Fi tmiem din il-ġimgħa li rat promossi inizjattivi reliġjużi, kulturali u artistiċi numerużi li jixirqilhom tifħir sinċier, intom, għeżież artisti ħbieb, intom imlaqqà hawn għall-Ġublew tagħkom.
F’din is-Sena Mqaddsa mhux biss il-persunu ndividwali, imma wkoll id-diversi gruppi u ambjenti jfittxu li jsibu mill-ġdid il-“parti speċjali” tagħhom fil-Ġublew straordinarju tal-Knisja, waqt li jistaqsu: liema rapport għandha l-opra tar-Redenzjoni ta’ Kristu ma’ ħajjitna, mal-vokazzjoni tagħna, mal-professjoni tagħna?
L-artisti jistaqsu lilhom infushom din id-domanda, waqt li jinġabru madwar il-figura ta’ Fra Anġeliku. U dan jagħmluh b’mod ġust. Infatti l-opra kollha ta’ dan l-artist ta’ Alla tiżviluppa mill-profond tal-misteru tar-Redenzjoni, mill-għana divina-umana tagħha.
5. Liema rapport għandha l-vokazzjoni u l-ħolqien tal-artista mal-messaġġ tas-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni?
Ejjew nippruvaw insibu t-tweġiba għal din id-domanda fuq il-passi tal-Beatu Anġeliku, billi nsegwu is-siltiet tal-liturġija tallum.
Inmorru mela Iskrittura Mqaddsa, li kienet is-sors ewlieni ta ispirazzjoni għal Fra Anġeliku. Wara kollox, mhux għalih biss. Għal ħafna artisti, fl-istorja tal-kultura, din is-sors ta’ ispirazzjoni firxet lilha nfisha fir-riżorsi tassew ineżawribbli tagħha! Hekk seħħ fl-epoki mgħoddija, hekk ukoll fl-epoka tagħna. U kull epoka, billitieħu mill-istess sors, twieġeb għall-ispirazzjoni tagħha skont l-impostazzjonijiet dejjem ġodda, bil-għana u d-diversità tal-istili u tal-iskejjel artistiċi kollha fil-letteratura, fil-pittura, fl-iskultura, fil-muħika u fit-tejatru .
Għall-Beartu Anġeliku l-kelma ta’ Alla kienet, kemm għall-ħajja tagħha kif ukoll għall-opra krejattiva tagħha, sors ta’ ispirazzjoni, li għad-dawl tiegħu ħalaq l-opri tiegħu, u, fl-istess ħin, ħalaq fuq kollox lilu nnifsu, billi żviluppa d-doti naturali eċċezzjonali tiegħu u billi kkorrisponda mal-grazzja divina.
6. Din il-kreattività ikkostitwiet milja speċifika ta’ dik il-“ħajja skont l-Ispirtu”, li dwarha jitkellem l-Appostlu Pawlu fl-Ittra lir Rumani (l-ewwel qari). Tgħix skont l-Ispirtu jiġifieri: “tkun ħsiebek fil-ħwejjeġ tal-Ispirtu” (cf. Rm 8, 5). Ix-xewqat tal-Ispirtu “iwasslu għall-ħajja u għall-paċi”(Rm 8, 6). Differenti mix-xewqat tal-ġisem, “huma għedewwa ta’ Alla” (cf. Rm 8, 7) u jirrendu l-bniedem kapaċi ta’ tali sottomissjoni. Din mhix xi ħaġa passiva, imma internament krejattiva. Fis-sottomissjoni għal-liġi ta’ Alla, jiġifieri għall-verità, l-ispirtu uman isir kreattiv u fl-istess ħin sensibli għal dik il-krejattività, li l-Ispirtu ta’ Alla jopra fih.
F’din il-mixja jikkomunika fil-bniedem ukoll ir-rifless tat-tenerezza divina, jiġifieri l-grazzja. Permezz tal-grazzja l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fil-bniedem u l-bniedem “jappartieni lilu” bħala ħabib u għarus.
Dik l-krejattività soprannaturali tal-grazzja ta’ Allas ssib min-naħa tagħha ir-rifless tal-aġir propju tal-bniedem. U jekk dak il-bniedem ikun artist, ukoll fl-operat artistiku tiegħu, fil-krejattività tiegħu.
7. Din il-verità ssib espressjoni wkoll fil-Vanġelu tallum skont Mattew.
Kristu jgħid: “Hekk jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, għaliex jaraw l-opri tajbin tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mt 5, 16).
Kristu jitkellem dwar id-“dawl tal-opri tajbin”. Waqt li nmorru iktar minn hekk – fl-isfera tal-vokazzjoni artistika – wieħed jistà jitkellem b’raġuni tajba dwar “dawl tal-opri umani”. Dan id-dawl huwa s-sbuħija; is-sbuħija nfatti, bħala “splendur tal-forma”, hija dawl partikolari tal-ġid komtenut fl-opri tal-bniedem-artist .
Ukoll taħt din l-opinjoni, wieħed jistà jifhem u jinterpreta s-sentenza ta’ Kristu dwar is-siġra t-tajba u l-frott it-tajjeb, u dwar is-siġra l-ħażina u l-frott il-ħażin.
“Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel u kull siġra ħażina frott ħażin tagħmel; siġra tajba ma tagħmilx frott ħażin, linqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb. Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar. Għalhekk mill-frott tagħhom tagħrfuhom” (Mt 7, 17-20).
Naħseb li Fra Anġeliku ħass ruħu msejjaħ b’mod profond minn dan il-paragun ta’ Kristu għal krejattività doppja: ħalaq l-opri u fl-istess ħin ħalaq lilu nnifsu!
Il-knisja tippreżenta l-istess stedina għall-meditazzjoni tal-artisti kollha billi tgħid: fittxu proporzjon adegwat bejn is-sbuħija tal-opri u s-sbuħija tar-ruħ.
8. Dan il-proċess krejattiv meraviljuż, għandu s-sors tiegħu moħbi fl-intimu tal-bniedem. L-Evanġelista jħeġġiġna biex infittxu l-għeruq tad-dawl tal-atti umani, kif ukoll tal-opri tal-bniedem-artist, fid-dawl intern tal-kuxjenza. Hekk hu “id-dawl li hemm fik!”. Din – il-kuxjenza – trid, qabel kollox, tkun dawl, u ma tistax issir dlam. “Jekk (mela) d-dawl li hemm fik huwa dlam, kemm kbir se jkun id-dlam!” (Mt 6, 23).
U mela – fil-kelma ta’ Alla tal-liturġija tallum – hija miġbura l-eżortazzjoni biex nikkultivaw il-kuxjenza umana. U nitkellmu fis-sens strett tal-kuxjenza morali, imma wkoll tal-“kuxjenza artistika”. Liema hu r-rapport reċiproku ta’ dawn iż-żewġ kuncetti?
9. Fil-kelma ta’ Allat tal-liturġija tallum hemm miġbura wkoll l-eżortazzjoni biex inħobbu l-ġid indistruttibbli, il-valuri li ma jgħaddux. Ejjew naħsbu dwar il-valuri li ma jgħaddux, li huma espressi fl-opri tal-arti. L-opri, li lilhom it-tifkira umana tagħmel riferenza b’mod kostanti, li lejhom tirrikorri dejjem.
Kristu madakollu jaħseb dwar dak li huwa valur mhux tranżitorju quddiem Alla: “Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek” (Mt 6, 20-21).
Bnedmin tal-arti! Qalbkom bla dubju hija fis-sbuħija tal-opri tal-ġenju uman, kif ukoll fil-krejattività propja tagħkom. L-awgurju tiegħi huwa li fl-istess ħin intom tistgħu iġġorru fikom dak is-sens evanġeliku ta’ proporzjoni, li dwaru jitkellem Kristu, l-artista divin, u d-dixxiplu tiegħu: l-artista Fra Anġeliku.
10. Hekk hu, huwa donnu jkellem lill-Imgħallem tiegħu b’dan il-kliem li ġej tas-salm tal-liturġija tallum:
“Skont il-ħsieb tiegħek tmexxini, / imbagħad fis-sebħ tilqgħani. / Lil min għandi fis-sema ħlifek? / u meta għandi lilek x’jonqosni fuq l-art?” (Sal 73, 24-25). “. . . Alla l-qawwa ta’ qalbi u sehmi għal dejjem, / jien l-hena tiegħi li nkun qrib Alla; / f’sidi l-Mulej qgħedt il-kenn tiegħi, / u nxandar l-għemejjel tiegħek kollha” (Sal 73, 26.28).
Hekk, kważi “jistqarr” quddiemna il-beatu tagħna; u f’din l-istqarrija, f’din il-professjoni huwa jesprimi l-profondità tal-komunjoni tiegħu ma’ Alla, bil-misteru tar-Redenzjoni.
11. Ejjew inqiegħdu lilna nfusna fil-limitu aħħari tal-problemi umani kollha li lejhom isejħilna San Pawl bil-kliem tal-ittra lir-Rumani..
Dan il-limitu huwa mqiegħed bejn il-ħajja u l-mewt.
Dan huwa dak li jgħid l-Appostlu:
“Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem huwa mejjet minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba l-ġustizzja. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom” (Rm 8, 10-11).
Hija miktuba fil-moħħ uman is-sejħa għall-immortalità. Din hija miktuba fil-moħħ tal-artista, meta bl-opra tat-talent propju, tal-ġenju tiegħu, ifittex li jissupera l-limitu tat-temporanju u tal-mewt.
Kristu ta lil kull wieħed u waħda minna l-immortalità tal-Ispirtu Santu tiegħu. Sejħilna għall-immortalità.
Ejjew ngħixu skont l-Ispirtu!
Ilqgħu dan il-messaġġ! Dan huwa l-messaġġ lill-artisti tas-Sena ġubilari tar-Redenzjoni. Agħmluh tagħkom u ttrażmettuh lil ħutkom. Il-Knisja tippermettilkom li tisperimentaw il-ħniena ta’ Alla, permezz tal-indulġenza ġubilari skont d-disponibiltà tagħkom għall-grazzja.
Hija tafdalkom id-dmir li tagħmluha ċara, permezz tax-xogħol artistiku tagħkom, lill-bniedem, li jgħix u jbati d-dramm tiegħu, li l-ħajja kollha hija mgħaddsa fir-Redenzjoni, tieħu n-nifs tar-Redenzjoni, u li “kull eżistenza umana u l-istorja kollha tal-umanità jirċievu l-milja tas-sinifikat biss miċ-ċertezza soda li Alla tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu uniġenitu, sabiex kulmin jemmen fih ma jmutx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ioannis Pauli PP. II, Aperite portas Redemptori, 8).
Hawn hu l-messaġġ tal-beatu artista, Fra Anġeliku.
Ejjew nibqgħu nisimgħu kelmtu!
Ejjew nimxu fid-direzzjoni ta’ din il-profondità indikata lilna minnu.
U sabiex dan ikun faċli għal kulħadd, b’mod partikolari għall-kategorija tal-artisti, billi nilqgħu it-talbiet magħmula mill-Ordni Dumnikan, minn ħafna isqfijiet u minn artisti differenti, jiena nipproklama lill-Beatu Anġeliku patrun quddiem Alla tal-artisti, b’mod speċjali tal-pitturi. Għall-glorja ta’ Alla. Amen.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb