Dawk li soltu jabbonaw fir-Rivista djoċesana Il-Ħajja f’Għawdex, li toħroġ kull xahar u kollha bil-kulur, jistgħu jġeddu permezz tal-voluntiera li f’dawn il-jiem qed jiġbru l-abbonamenti bieb bieb. Min jixtieq jabbona għall-ewwel darba, kulma għandu jagħmel hu jikteb ismu u l-indirizz, u jgħaddihom flimkien mal-ħlas fl-Uffiċċju Parrokkjali, inkella jżur il-Paġna ta’ Facebook “Il-Ħajja f’Għawdex” biex jabbona online. Il-prezz ta’ abbonament hu ta’ €21 fis-sena.
Niżżel il-formola ta’ abbonament pdf …
