Għan-Nuqqas tal-Bniedem Alla jirrispondi bl-Abbundanza!

Minn Daniel Borg

Kemm hu sabiħ il-Vanġelu tal-lum li jiddeskrivilna l-miraklu tat-tieġ ta’ Kana fejn Ġesu’ jibdel l-ilma fl-inbid (Ġw 2, 1-11). Minn naħa naraw in-nuqqas ta’ nbid li jkollhom l-għarajjes, u minn naħa l-oħra naraw l-abbundanza ta’ inbid tajjeb li jipprovdi Ġesu’. Papa Franġisku fl-Angelus jgħid li Alla mhux xħiħ u meta jagħti, jagħti ħafna. Hu jirrispondi għan-nuqqasijiet tagħna bl-abbundanza!

Il-Papa jgħid li fl-ikla tal-ħajja kemm il-darba nindunaw li jkun naqsilna l-inbid. Dan jiġri meta l-preokkupazzjonijiet tagħna, l-beżgħat, u l-ħażen, ineħħulna l-gost tal-ħajja, l-ferħ u t-tama, u jħalluna bla saħħa. Imma hawnhekk hija l-kontradizzjoni! Għax meta jiġri hekk jidħol Alla li jagħtina l-ferħ u t-tama ta’ vera. L-għażla hi f’idejna. Għax Alla jrid jagħmel magħna l-ikla, ikla li ma għandhiex tmiem.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02ivd5AbGo5C1mgu2U3Wx6mbdC2HnxAbBVmRkRw79qhtXZK5ajtDDxMME6h5wsHnFql

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading