Il-Ħamis 30 ta’ Jannar 2025, il-Papa Franġisku esprima l-qrubija spiritwali tiegħu ma’ dawk kollha milquta minn ħabta bejn ajruplan u ħelikopter, li f’dan l-inċident mietu għexieren ta’ nies. Ħadd ma hu maħsub li baqa’ ħaj mill-inċidenti wara li titjira tal-American Airlines u ħelikopter militari ħabtu f’nofs l-ajru qrib l-Ajruport Nazzjonali Ronald Reagan. Tilfu ħajjithom 64 persuna li kienu fuq l-ajruplan u tlieta fuq il-ħelikopter. S’issa ġew irkuprati aktar minn 30 katavru, u ħadd ma hu maħsub li baqa’ ħaj.
F’telegramma indirizzata lill-President Donald Trump, il-Papa qal li jafda “l-erwieħ tal-mejta fil-ħniena u l-imħabba ta’ Alla li jista’ kollox, u joffri sogħba l-aktar profonda lill-familji li qed jibku t-telfa ta’ xi ħadd maħbub tagħhom.” Huwa afferma wkoll li qed jitlob “għal dawk involuti fl-isforzi tal-irkupru, u jinvoka t-talb tiegħu fuq in-nazzjon kollu il-barkiet divini ta’ konsolazzjoni u qawwa.”
Il-kap tat-taqsima tat-tifi tan-nar, tad-Distrett ta’ Columbia, li qed jikkoordina l-operazzjonijiet ta’ rkupru qal lix-xogħol ta’ salvataġġ beda mill-ewwel l-Erbgħa bil-lejl, “biex jinstabu l-katavri kollha, u jerġgħu jingħaqdu mal-maħbubin tagħhom.” Il-passiġieri fuq it-titjira kienu jinkludu skaters tas-silġ, familji u kowċis li kienu qed jirritornaw minn avvenimenti f’Wichita, Kansas, inklużi żewġ eks champions tad-dinja mwielda fir-Russia.
Il-membri tas-salvataġġ ħadmu matul il-lejl, u tim ta’ għaddasa irkupraw wieħed miż-żewġ data recorders, l-hekk imsejħa l-kaxxa sewda, mill-ajruplan. Il-ħabta f’nofs l-ajru seħħet hekk kif l-ajruplan tal-passiggieri li kien qed itir minn Wichita kien qed joqrob biex jinżel fl-ajruport f’Reagan. Il-komunikazzjoni bir-radju bejn it-torri tal-kontrol tat-traffiku tal-ajru u l-Black Hawk, urew li l-ekwipaġġ tal-ħelikopter kienu jaf li l-ajruplan kien fil-viċinanzi.
F’post fuq X, l-Isqof Francis Burbridge tad-Djoċesi Kattolika ta’ Arlington – li tmiss ma’ Washington – talab “Ejjew ningħaqdu fit-talb għal dawk kollha milquta traġikament mill-aċċident qrib l-Ajruport ta’ Reagan: Nitolbu lil Alla jħaddanhom fl-imħabba tiegħu, biex jagħti s-saħħa lill-familji tagħhom, u biex iħares lil dawk li qed jagħtu l-ewwel għajnuna.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-01/pope-telegram-condolences-plane-crash-washington-dc.html