Jien nadurak bil-qima, o Alla, l’Int tinsab hawn preżenti f’din l-Ostja Mqaddsa.
Iva, o Ġesù, illum nixtieq li qalbi kollha lilek nagħtiha. Rrid intajjar il-ħsibijiet li ġibt miegħi hawnhekk, biex naħseb biss fuqek…. u ħsiebi nitlef fik. (2 sek pawsa)
Flimkien ma’ dawn ħuti, rrid nadurak o Ħaruf Ewkaristiku: vittma tas-salvazzjoni tagħna; ubbidjenti lejn ir-rieda tal-Missier, sal-mewt tas-salib. Int, o Ġesù, mudell ta’ kull virtu. (2 sek pawsa)
O Sagrament Imqaddes, tieqaf qatt ixxerred fuqna l-grazzja bla qies tiegħek; tieqaf qatt ixxerred fuqna abbundanza ta’ mħabba, u ħniena infinità.
Mulej, nitolbuk, eħles lid-dinja mill-ħakma tas-setgħa tad-dlamijiet. Naddaf bid-Demm Prezzjuż tiegħek, id-dnubiet tal-umanità kollha. (2 sek pawsa)
Agħmel o Ġesù, li ma npoġġux it-tama tagħna fil-ħwejjeġ tad-dinja li jgħaddu, imma li npoġġu t-tama tagħna fik, u li nkunu ħaġa waħda miegħek, u mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, issa u dejjem. Ammen.
Silenzju/background music 3 min
Innu: ____________
Qari mill-Evanġelju skond San Luqa Lq 6:17,20-26
F’dak iż-żmien, Ġesù niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.
Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh. Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewħu u tibku. Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!”.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
Silenzju 1min
Huwa qawwi l-kliem ta’ Ġesù li għadna kemm smajna. Ġesù qiegħed jippreżentalna stil ta’ ħajja totalment differenti milli dak li tagħti d-dinja. Id-dinja turi li l-hena jinkiseb: billi tissodisfa lilek innifsek, fil-pjaċir; d-dinja tgħidlek: imbierek min hu sinjur; imbierek min jagħmel suċċess, u jkollu l-poter. Id-dinja tipprova twassal messaġġ ta’ ħajja mingħajr tbatija. Dan huwa messaġġ gidba, messaġġ falz, lid-dinja l-ħin kollu tambar. (3 sek pawsa)
Ġesù, minn naħa tiegħu, jsejjaħ hienja lill-foqra, lil dawk li huma bil-ġuħ, lil dawk li qegħdin jibku, lil dawk li huma ppersegwitati. Ġesù huwa bniedem realistiku, għaliex ilkoll nafu, li mingħajr tbatija ma jsir xejn. Inkun hieni għal Ġesù, huwa meta jien ninsa lili nnifsi b’risq ħaddieħor. (3 sek pawsa)
Meta Ġesù jitkellem fuq faqar, mhux qed jitkellem fuq stat ta’ ħajja, imma huwa attitudni ta’ kif inħares lejn il-ħajja. Li nagħraf, li f’ħajti għandi bżonn lil Alla.
Jiena liema viżjoni qiegħed ngħix: dik ta’ Ġesù, jew li tagħti d-dinja?
Silenzju 3 min
Permezz ta’ dawn il-beatitudnijiet, il-Mulej qed jagħtina kelma ta’ faraġ. Ovvjament, ma jfissirx li se tisparixxi d-diffikultà li nkunu għaddejjin minnhom; li se jisparixxi t-toqol li jtaqqalna. Imma quddiem it-tbatija, quddiem id-diffikultà x’se nagħmlu? Naqtgħu qalbna? (3 sek pawsa)
Ġesù qiegħed isejħilna, mhux biss nemmnu f’Alla, imma nafdaw kompletament fih: nafdaw f’Alla, u nafdaw fil-Kelma tiegħu. Tkun xi tkun iċ-ċirkustanza li aħna ngħaddu fil-ħajja tagħna; kemm jekk ikunu ċirkustanzi sbieħ, imma aktar u aktar, meta jkunu ċ-ċirkustanzi iebsa, għandna nemmnu u nafdaw fih. (2 sek pawsa)
Minn naħa l-oħra, Ġesù għandu kelma iebsa, għal min jafda fih innifsu, u fl-għana ta’ din id-dinja. Sfortunatament, illum il-flus saru kollox. Imma veru nkun hieni, jekk kull ma nagħmel, nagħmlu għall-flus? (5 sek pawsa)
Ejjew nisimgħu minn qalbna dan it-tagħlim ta’ Ġesù, li huwa r-road map ta’ kull nisrani. Ejjew imdawwlin mill-Kelma ta’ Alla, nisseddqu fil-fiduċja sħiħa tagħna fil-Mulej, biex f’kull ċirkustanza nibqgħu marbutin miegħu, u nagħmlu l-frott skont qalbu.
Silenzju/ soft background music 3 min
Kant: ________________
Salm Responsorjali Salm 1:1-2,3,4,6
Inwaqqfu l-ħsieb tagħna fuq il-bniedem it-tajjeb li f’ħajtu jemmen u jittama fil-Mulej. Ngħidu flimkien:
Ħieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.
Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena,
li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,
li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;
imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu,
lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu. Ngħidu flimkien.
Ħieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.
Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma
li tagħmel il-frott fi żmienha,
u l-weraq tagħha ma jidbielx;
hu jirnexxi f’kulma jagħmel. Ngħidu flimkien.
Ħieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.
Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk;
iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.
Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha;
imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn. Ngħidu flimkien.
Ħieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu.
Tingħata l-Barka Sagramentali:
Dal Misteru