Il-Ħadd, il-Papa Franġisku deher mit-tieqa tal-isptar Gemelli ta’ Ruma, minn fejn kien qed jiġi rikoverat. Huwa sellem u bierek lill-aktar minn tlett elef ruħ li kienu preżenti fil-fetħa ta’ quddiem l-isptar, ħafna minnhom iġorru fjuri u posters ta’ ‘Welcome home’, filwaqt lir-riflessjoni tiegħu inqrat minn kummentaturi tat-Tv/radju u tqassmet lill-ġurnalisti. Fejn appella biex jisktu l-armamenti.
Fit-tislima mħejjija tiegħu, l-Papa rrifletta fuq l-Evanġelju tal-ġurnata u użah biex jenfasizza t-tbatija immensa tal-poplu f’Gaża, kif ukoll ta’ dawk kollha madwar id-dinja, li qed isofru konsegwenzi tal-gwerra.
Eżatt qabel mar-ritorna lura lejn Casa Santa Marta, biex jibda xahrejn ta’ konvalexxenza, l-Papa Franġisku talab għall-poplu Palestinjan, billi kiteb: “Ninsab imnikket bil-bumbardament qawwi mill-ġdid fuq il-Medda ta’ Gaża, fejn ħalla ħafna mwiet u feruti.”
“Nappella għal waqfien immedjat tal-armi; u għall-kuraġġ biex jerġa’ jibda d-djalogu, sabiex l-ostaġġi kollha jkunu jistgħu jinħelsu u jintlaħaq waqfien mill-ġlied finali”
Huwa kompla billi enfasizza s-sitwazzjoni umanitarja “serja ħafna”, fil-Medda ta’ Gaża, u wissa li huwa meħtieġ impenn urġenti mill-partijiet konfliġġenti u l-komunità internazzjonali.
Fl-istess ħin, il-Papa Franġisku esprima l-gratitudni tiegħu għall-passi meħuda lejn il-paċi fin-Nofsinha tal-Kawkasu, fejn l-Armenja u l-Ażerbajġan qed jimxu lejn ftehim ta’ paċi finalizzat. “Jalla dan ikun sinjal ta’ tama,” talab, “biex kunflitti oħra wkoll isibu triq għar-riżoluzzjoni permezz tad-djalogu u r-rieda tajba.”
Qabel temm ir-riflessjoni li kiteb, il-Qdusija Tiegħu għal darb’oħra poġġa l-fiduċja tiegħu fl-interċessjoni tal-Verġni Marija, u talabha takkumpanja lill-Knisja u lid-dinja fit-triq tal-paċi. Huwa stieden lill-fidili biex jingħaqdu miegħu fit-talb għall-paċi.
“Itolbu għall-paċi fl-Ukrajna, fil-Palestina, f’Iżrael, fil-Libanu, fil-Myanmar, fis-Sudan, u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li huma tturmentati”.
Waqt li kien qed iħejji għall-perjodu ta’ konvalexxenza tiegħu, l-Papa Franġisku ma nesiex lil dawk li żammewh permezz tat-talb tagħhom. “Inħoss il-qrubija tagħkom,” qal bil-qalb, filwaqt li rringrazzja lill-fidili għall-appoġġ tagħhom u assigurahom bit-talb tiegħu stess.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-03/pope-francis-appeal-gaza-war-peace-ukraine-israel-palestine-drc.html