Jien u ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa: riflessjonijiet.

Miġbura minn Fr Michael A. Galea

Jien inqaddes kuljum, kull tant u tant forsi iktar minn darba wkoll, għalhekk faċilment naqa’ fir-rutina…Ħa nfakkar ftit lili nnifsi…Nixtieq inqaddes bħal meta qaddist l-ewwel darba u bħal kieku se nqaddes l-aħħar quddiesa tiegħi!

Qabel niċċelebra l-quddiesa hemm dik li tissejjaħ tħejjija remota (jekk ma nimmeditax il-qari tal-inqas naqrah) għad-dispożizzjoni tagħna għandna l-ktejjeb: “Il-Kelma llum” u t-tħejjija prossima: ninġabar ftit u ma noqgħodx inlablab qabel noħroġ fuq l-altar.

Tibda l-quddiesa u ngħid għal min se noffriha…Nistieden lill-insara preżenti biex jagħmlu f’qalbhom għal min jew għalxiex iridu joffru din il-quddiesa.

Fil-waqt tal-offertorju npoġġi mal-ħobż u l-inbid ix-xogħol kollu li se nagħmel jew li għamilt matul il-ġurnata.

Il-quddiesa mhix tifkira, dramm jew rappreżentazzjoni ta’ dak li ġara fuq il-Golgota ftit iktar minn elfejn sena ilu: qed nirreferi għas-sagrifiċċju tal-kalvarju…imma qabża ġeografika, qabża kronoloġika u fuq l-altar jerġa’ jseħħ realment dak li ġara ftit iktar minn elfejn ilu, (sintendi mingħajr preżenza ta’ suldati, mingħajr għajjat u mingħajr tixrid ta’ demm). Il-kelma preċiża għal dak li jseħħ fuq l-altar hija “transustanzazzjoni”. Bl-għajnejn tal-ġisem nibqgħu naraw l-aċċidenti (ħobż u nbid) imma permezz tal-Ispirtu s-Santu u bil-kliem tas-saċerdot “dan huwa ġismi…dan huma demmi) is-sustanza tal-ħobż u l-inbid tinbidel fil-Ġisem, fid-demm, fir-ruħ u fid-divinta’ ta’ Ġesu’ ħaj. Dan huwa mument għażiż ħafna għalija. Bħala saċerdot li qed niċċelebra l-Ewkaristija, jiena wkoll vittma (kif kien Ġesu’ fuq il-kalvarju) għalhekk nipprova ngħaqqad mal-ħobż u l-inbid ikkonsagrati d-diffikultajiet kollha tiegħi: dawk spiritwali, dawk emozzjonali u dawk fiżiċi. Huwa mument għażiż għalija wkoll għax jekk kif għedt huwa s-sagrifiċċju tal-kalvarju preżenti llum, issa li qed iseħħ mill-ġdid, il-Missier ma jistax ma jagħtinix dak li qed nitolbu, jew jekk le, jagħtini xi ħaġa ikbar u aħjar minn dak li qed nitlob.

Meta nikkonsagra l-ħobż u ninżel għarkupptejja, minn taħt ilsien ngħid is-sliema u wara li nikkonsagra l-inbid u mill-ġdid ninżel għarkupptejja ngħid il-qaddisa. (Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’…Gw 19,25) Hekk kien jagħmel il-qaddis Ġwanni Pawlu II)

It-talb kollu li jingħad fil-quddiesa huwa indirizzat lill-Missier, imma hemm talbiet indirizzati lil Ġesu’ ħaj fuq l-altar: “Mulej Ġesu’ Kristu, li għedt lill-Appostli…Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. L-oħra eżattament qabel nitqarben: “Mulej ma jistħoqqlix…” F’dik it-talba nagħmel att ta’ ndiema jekk jista’ jkun perfetta lil Ġesu’ li se jiġi għandi.

Il-quddiesa la għandha tkun ġirja u lanqas tkaxkira: il-moderazzjoni importanti.

Fl-aħħarnett, fuq in-naħa ta’ wara tal-messal hemm diversi quddies li jistgħu jiġu iċċelebrati fil-ġranet ferjali. Tajjeb li nvarjaw ftit

Kelma dwar l-elemożina tal-quddiesa. Nikkwota l-Kodiċi tad-drittu kanoniku: “Il sacerdote che concelebra nello stesso giorno una seconda messa, a nessun titolo puo’ percepire l’offerta per questa.” (Can.951,2)

Fl-aħħarnett, wara li nispiċċa mill-quddiesa nieħu ħsieb li għal ftit minuti nagħmel daqsxejn ta’ ringrazzjament. Hekk kien jagħmel l-Isqof Cauchi meta kien iqaddes fil-kappella ta’ fuq, fis-seminarju. Darba qrajt din ir-riflessjoni u naraha tgħodd għalija u għal kull min jieħu sehem fil-quddiesa: “Il-folla niżlet minn fuq il-Golgota titkellem fuq it-temp u mhux fuq dak li kien seħħ: jiġifieri it-tbatija u l-mewt ta’ Ġesu’ fuq is-salib.”

X’qal T. Merton lis-seminaristi dwar il-quddiesa: “Se avete paura dell’amore, non fate mai sacerdoti, non dite mai Messa. La messa fara’ riversare sulla vostra anima un torrente di sofferenza interiore, che ha un unica funzione, quella di spaccarvi in due, affinche’ tutta la gente del mondo possa entrare nel vostro cuore. Se avete paura della gente, non dite mai messa! Perche’ quando incominciate a dire la Messa lo spirito di Dio si sveglia come un gigante dentro di voi e infrange le serrature del vostro santuario private e chiama tutta la gente del mondo affinche’ entri nel vostro cuore. Se dite la Messa, condannate la vostra anima al torrente di un amore che e’ cosi’ vasto e cosi’ insaziabile che non riuscite mai a sopportarlo da soli. Quell’ amore e’ l’amore del Cuore di Gesu’, che arde dentro il vostro miserabile cuore, e fa cadere su di voi l’immenso peso della sua pieta’ per tutti i peccati del mondo! Sapete che cosa vi fara’ quell’amore se non gli resisterete? Vi divorera’. Vi uccidera’. Spezzera’ il vostro il vostro cuore.”

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading