Ġwanni Pawlu II fi Friburgo fl-Iżvizzera

VIŻTA PASTORALI FL-IŻVIZZERA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Parco di “La Poya” (Friburgo)
L-Erbgħa, 13 ta’ Ġunju 1984

Għeħież ħuti.

1. Huwa l-Mulej li qiegħed jiġborna hawn, bħal f’jum il-Pentekoste, tkun xi tkun l-oriġni tagħna, il-lingwa tagħna, in-nazzjon tagħna. Quddiemu, “intom m”intomx stranġieri jew nies li tinsabu hawn b’kumbinazzjoni”. Huwa jiġborkom f’familja waħda biex iqaddiskom u jibgħatkom lill-ġnus kollha, għas-servizz tal-bnedmin kollha. U hu lili afdali llum dan il-ministeru f’nofskom, għalikom.

Il-ferħ tiegħi huwa kbir li narakom ilkoll hawn miġbura, minn tant Pajjiżi tad-dinja, inkluża l-Polonja, art twelidi, u xi wħud ġejjin minn ferm ‘il bogħod f’kondizzjonijiet ta’ diffikulta kbira, qiegħed naħseb b’mod speċjali dwar ix-Xlokk ażjatiku. Żmien twil ilu kont nieħu gost niġi nitlob magħkom, f’din il-belt li naf sewwa u li nħobb tant. It-tislima u l-grazzi tiegħi imorru għal kull wieħed u waħda minnkom. Jiena sensibbli b’mod partikolari bil-preżenza tat-tfal li ħejjew din il-laqgħa u li ġew mill-Isvizzera tal-Punent. Nerġa nsellem lill-insara l-oħra, lil ħutna l-ortodossi u l-membri tal-Knejjes u l-komunitajiet li twieldu mir-Riforma; dawn għandhom magħna tama immensa: li l-Mulej jagħmilna ħaġa waħda, “sabiex id-dinja temmen” (Ġw 17,21).

Insellem minn qalbi wkoll lill-fidili tal-lingwa Tedeska li jiġu mid-dijoċesi ta’ Friburgo u mid-dijoċesijiet viċini. Flimkien magħna intom xhieda tal-fatt li l-multiċipla tal-lingwi fit-tifħir komuni lil Kristu jistà jkun arrikkiment għall-ħajja tal-Knisja f’Pajjiżkom  .

2. “Bierku lil Alla tal-univers, li jwettaq f’kull post ħwejjeġ kbar” (Sir 50,22). Hekk hemm miktub fil-ktieb tas-Siraċide l-għaref, waqt li jfakkar l-opri kbar ta’ Alla fin-natura u fl-istorja. U intom, iftħu għajnejkom, u ħarsu b’għaġeb lejn in-natura, araw il-muntanji tagħkom u l-lagi tagħkom. Ħarsu lejn ħutkom: Alla jagħti lil ħajjithom id-dinjità tiegħu sa minn rwelidhom (cf. Sir 50,22). L-univers kollu jkanta l-glorja ta’ Alla, il-ħallieq tad-dinja u tal-bniedem. Adurawh, Birkuh. Iżżuh ħajr għall-ferħ tal-qalb, għad-dinjità, għall-paċi, għal-libertà, li tgawdu f’dan il-Pajjiż. Ukoll ix-xogħol ta’ jdejkom, l-għana tal-kultura tagħkom – li jinħtieġu is-sehem laborjuż tagħkom – huma wkoll dawn  doni ta’ Alla. Fuq kollox iżżu ħajr għar-Redentur, mimli mħabba, tenerezza, ħniena (cf. Sal 145): huwa għamel minnkom ulied ta’ Alla, urikom minn hekk kmieni, bħal lill-poplu tal-patt, il-fedeltà tiegħu, il-ħniena tiegħu, il-maħfra tiegħu. Huwa takom id-don ta’ kelmtu (cf. Ġw 17,14) u dak tal-fidi tagħkom; huwajippermetti li tieħdu sehem f’ħajtu, fil-Knisja tiegħu, billi jagħmel minnkom tempju qaddis tal-Mulej (cf. Ef 2,21). Iva, aħna nistgħu ngħidu mas-Salmista: “Irrid imbierkek kuljum!” (Sal 145,2). Tali azzjoni ta’ grazzja, bis-sentiment umli ta’ indinjità, jifforma n-nukleju tat-talb nisrani ta’ kuljim, in-nukleju tal-Ewkaristija.

3. “Bħlma inti bgħattni fid-dinja, ukoll jien bgħatthom fid-dinja” (Ġw 17,18). Hawn hu kif jesprimi ruħu Kristu Ġesù quddiem Missieru, fil-waqt tat-tluq minn din id-dinja. Appostlu huwa “mibgħut”; kull dixxiplu ta’ Kristu huwa wkoll imsejjaħ biex ikun xhud attiv tiegħu, ix-xhud ta’ Kristu ġie fid-dinja “biex jagħti xhieda lill-verità, biex isalva u mhux jikkundanna, biex iservi u mhux biex ikun servut” (Gaudium et Spes, 3). Huwa bħallikieku Kristu jgħidilkom: “Għandi bżonnok, ta’ jdejk, ta’ xuftejk, ta’ ħarstek, ta’ qalbek, biex twassal il-messaġġ tiegħi sa truf id-dinja, u sal profondità l-iktar sigrieta tal-bniedem It-“talenti” li rċivejt, għandek tqegħdom għas-servizz tal-oħrajn”.

Il-qalb ta’ Kristu hija miftuħa għan-nazzjonijiet kollha. Bl-istess mod, il-qalb tad-dixxiplu tiegħu ma tistax tillimita x-xefaq tagħha għal dawk qribu, tar-raħal tiegħu, tal-belt tiegħu, tal-ambjent tiegħu, tal-Pajjiż tiegħu, imma jrid ifittex is-salvazzjoni u l-progress tal-esseri umani kollha. Huwa jeħtieġ li jkollu l-passjoni tas-saltna ta’ Alla sabiex huwa jiġi fuq l-art kollha; id-dinja hekk tkun “mimlija bl-għarfien tal-Mulej, bħalma l-ilmijiet jimlew il-baħar” (Is 11, 9).

4. Issa, il-ħajja eterna hija li huma jagħrfu lilu, l-uniku veru Alla, u Ġesù Kristu, il-mibgħut tiegħu (cf. Ġw 17, 3). Il-missjoni mela tinkludi qabel kollox il-proposta lil kull krejatura tal-Bxara t-Tajba tal-imħabba ta’ Alla, inseparabbli mix-xhieda migħuxa għas-servizz tas-saltna ta’ Alla. Din is-saltna hija marrbuta mal-fidi, u mal-predikazzjoni bil-ħsieb li tqanqal il-fidi (cf. Mk 1, 15; 16, 15. 20). Naf li l-kanton ta’ Friburgu jgħodd missjunarji numerużi, saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa u lajċi, li fehmu din is-sejħa, U propju hawn, fl-università jew fl-“Ecole de la foi”, intom tridu tiffurmaw irġiel u nisa li kapaċi jinfetħu u jwieġbu min-naħa tagħhom għall-bżonnijiet reliġjużi ta’ ħuthom kollha fid-dinja kollha.

Is-saltna ta’ Alla hija wkoll is-saltna tal-ġustizzja, tal-imħabba, tal-paċi, u l-missjoni trid tkun akkumpanjata mill-instituzzjoni, fid-dinja kollha, b’mod speċjali fil-Pajjiżi li huma nieqsa, mill-kondizzjonijiet li jippermettu lill-abitantli jgħixu fid-dinjità u li jiżviluppaw ruħhom taħt kull punt di vista. Kif qalu l-isqfijiet tagħkom ta’ Friburgu, “sviluppaw is-sens tal-missjoni universali tal-Knisja billi tippromwovu, iva, bejnietkom l-għajnuna fraterna u karitattiva, imma wkoll billi tiffavorixxu r-rejalizzazzjoni  tar-responsabiltà tal-Punent quddiem il-Pajjiżi tat-Tielet Dinja, bl-iskop li titħabtu hawn fostna l-inġustizzji li jirrendu dawk il-Pajjiżi dejjem iktar foqra” (Orientations pastorales, febbraio 1983, 1.3).

5. L-universalità tad-dinja, infatti, issib propju hawn ċerta rejalizzazzjoni. L-isqof tagħkom fakkar ftit ilu iktar minn sittin nazzjon rappreżentati f’din il-belt, b’numru ta’ stranġieri talinqas ugwali għal dak tal-Isvizzeri mwielda f’dan il-Pajjiż. Iva, Friburgu hija belt ta’ laqgħat, belt internazzjonali, mikrokożmu, u nawgura flimkien magħkom li hija tgħix dejjem iktar il-vokazzjoni universali, il-ftuħ tagħha għal ħutna tal-univers li huma l-mistiedna tagħha. Hekk, xejn ma jżommkom li tagħtu sosten materjali u spiritwali lill-missjunarji tagħkom li telqu lejn Pajjiżi mbegħda, u linqas li tiddestinaw b’mod ġeneruż parti mill-għana tagħkom materjali u kulturali lill-“Pajjiżi tal-guħ”, imma twettqu hawn l-istess stil ta’ ħajja ta’ kuljum u ta’ relazzjoni tali li l-barrani  isib ruħu f’familja, integrat fil-kostruzzjoni tal-poplu ta’ Alla.

6. Imma liema se tkun l-oriġinalità ta’ din il-missjoni universali?Ma quale sarà l’originalità di questa missione universale, di questa testimonianza? “Se jkollkom il-qawwa tal-Ispirtu Santu u se tkunuli xhieda sa trufijiet l-art” (At 1,8). Dan li jitlob Kristu minna li nwasslu lill-oħrajn, li nixhdu, mhux qabel kollox għana esterna għalina nfusna; mhux iż-żejjed ta’ superjorità miksuba minna nfusna jew grazzi gġal ġabra ta’ konkomitanzi storiċi. Huwa l-ispirtu li norbtu mal-qalb ta’ Kristu u li, bil-grazzja diġa qiegħed jaħdem f’ħajjitn. Huwa f’dan is-sens li Ġesù talab hħall-appostli tiegħu, fil-waqt tas-sagrifiċċju tiegħu, tad-don suprem tiegġu: “Missier qaddis, , ħarishom f’ismek lil dawk li inti tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda, bħalna . . . Ma nitolbokx biex tneħħihom mid-dinjsa, imma li tħarishom mill-ħażin . . . Ikkunsagrahom fil-verità . . . Għalihom nikkonsagra lili nnifsi, sabiex huma wkoll ikunu kkonsagrati fil-verità “” (Gv 17, 11.15.17.19).

Għeżież ħuti, intom kontu mqaddsa, ikonsagrati bil-Magħmudija. Sirtu membri ta’ Kristu; intom permezz tiegħu, miegħu u fih offruti lil Alla Missier, intom irċivejtu l-Ispirtu Santu li jqiegħed fikom is-sentimenti tal-Iben uniku u jirregalalkom li tħabbruh mad-dinja. Lajċi nsara għixu b’din il-Magħmudija.  Ħallu tippenetra fikom, jum wara jum, din il-qdusija permezz tal-Ispirtu ta’ Kristu, biex tkunulu xhieda b’mod ġenwin. Saħħu l-fedeltà tagħkom lejn Kristu. Fittxu l-verità tiegħu, mhux tagħkom.

Alla għamel li titwieldu f’nofs id-dinja. F’belt jew kampanja, student jew apprendisti, għarajjes jew miżżewġin, ħaddiema, jistà jkun bla xogħol, impjegati, tagħtu x-xogħol, għas-servizz tal-Istat jew tal-eżerċtu tagħkom, bdiewa, kummerċjanti, industrijalisti: din hija d-dinja tagħkom, li fiha Alla qegħedkom u jrid li tibqgħu: “Ma nitolbokx li tneħħihom mid-dinja”. Imma tħallux li tkunu mqarrqa mill-falsitajiet ta din id-dinja, mill-“ġenniet artifiċjali”. Eliminaw minn ħajjitkom dak li jiġi mill-Ħażin, dak li jfixkel t-trasparenza evanġelika. Allura tistgħu taqdu lill-bnedmin bħala xhieda ta’ Kristu. Allura jitwettaq dak li tlabna fil-bidu ta’ din il-quddies: li “il-qawwa tal-Vanġelu bħal ħmira tibdel id-dinja” u li, billi tfittxu dejjem l-Ispirtu ta’ Kristu, intom tkunu tistgħu taħdmu għall-miġja tas-saltna tiegħu billi twettqu x-xogħlijiet umani tagħkom.

Dan nesprimih fl-enċiklika Redemptor Hominis (Ioannis Pauli PP. II, Redemptor Hominis, n. 21): “Is-sehem fil-missjoni rjali ta’ Kristu (huwa) l-fatt tal-oskoperta fiha u fl-oħrajn dik id-dinjità partikolari tal-vokazzjoni tagħna li nistgħu niddefinuha “regalità”. Din id-dinjità tesprimi ruħha fis-disponibiltà li nservu, skont l-eżempju ta’ Kristu, li “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi” . . . wieħed jistà verament “isaltan” billi biss “jaqdi” . . . il-“qadi” jesiġi tali maturità spiritwali li hemm bżonn niddefinuh propju saltnar”. It-terminu “qadi” insibuh iktar minn mitt darba fit-testijiet tal-Konċilju Vatikan II fir-rigward tal-missjoni tal-Knisja u tal-membri tagħha. Qegħdu lilkom infuskom għall qadi ta’ xulxin. Aqdu lill-proxxmu tagħkom. Aqdu lill-barranin, Aqdu lill-iktar fqar. Intom tafu tajjeb, għeżież ħuti tal-Isvizzera, li għandkom fama għall-ospitalità tagħkom, xi jfisser dan il-qadi: huwa li tilqà lill-ieħor bħala rigal ta’ Alla, bħala ħuk fi Kristu, bil-għatx tiegħu tal-ħajja, tal-imħabba, tad-dinjità; huwa li tirrispettah, tfittex li tifhmu, tistma l-valur tiegħu u l-bżonnijiet tiegħu, tagħmillu post fl-univers ċkejken tagħna billi takkwistalu l-għajnuna reċiproka meħtieġa u taċċetta dik tiegħu. Dan jinvolvi l-umiltà, paragonabbli ma’ dik tal-lagi tal-muntanji tagħkom li, kif jgġidu l-poeti tagħkom, “għażlu l-punt l-iktar baxx biex jirriflettu s-sema”. Dan jinvolvi l-ħlewwa, l-imħabba, is-sabar, il-maħfra. Kull wieħed jistà jistaqsi lilu nnifsu flimkien ma’ San Pawl: “”Il-ġirien tiegħi huma għalija għalija xi barranin, nies li jiġu u jmorru li sempliċement insellmilhom, jew huma tassew ħuti, membri tal-istess familja ta’ Alla?”

8. Dan l-ispirtu ta’ qadi jingħaqad mar-riċerka nstankabbli tal-għaqda bejnietkom, mhux għaqda ordinarja, magħmula minn prossimità trankwilla li tistà tkun rispetto fl-indifferenza, imma din l-għaqda profonda, misterjuża bejn imgħammdin, li tirrifletti hawn fl-art l-għaqda tal-Missier u tal-Iben: “Li huma jkunu ħaġa waħda bħalna!” Bil-Magħmudija, “intom m’għadkomx iktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin , , , mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti ‘ ‘ ‘ intom ukoll flimkien mal-oħrajn tiġu mibnija biex issiru għamara ta’ Alla permezz tal-Ispirtu” (Ef 2, 19. 20. 22). Dan hu dak li San Pawl igħidilkom illum.

U jiena ntennih lilkom illum, kattoliċi – ċittadini Svizzeri u ħaddiema jew rifuġjati li ġejtu minn barra – li tħossu d-differenza tal-oriġni tagħkom, tal-ambjenti tagħkom, tal-Pajjiħi tagħkom minn fejn ġejtu, tar-razez tagħkom.

Ngħidu lilkom ilkoll, insara li ġġorru b’mod qalbieni u doloruż bla dubju l-iskandlu tal-firda tad-dixxipli ta’ Kristu; hemm bżonn li navanzaw sabiex, waqt li nagħrfu f’Ġesù l-uniku Mulej u Salvatur, l-uniku fundatur tal-Knisja tagħhom li naqsmu l-istess ħobż tal-ħajja , l-insara jaslu li jgħixu f’komunjoni ta’ fidi waħda u ta’ karità  sħiħa u viżibbli, waqt li naspiraw li naqsmu l-istess ħobż tal-ħajja. Din hija ordni ta’ Kristu, “sabiex id-dinja temmen”. “Fih kienu aboliti l-firdiet kollha” (Oratio Eucharistica pro reconciliatione).

Waqt li nwessà t-talba tiegħi, nawgura wkoll lilkom ilkoll, irġiel u nisa ta’ dan il-Pajjiż, li tibnu l-belt terrestri b’solidarjetà bejnietkom u bejn il-kumplament tad-dinja, fi fratellanza universali li fiha kull wieħed u waħda minnkom għanu postu. Tistgħu tkunu imdawla u stimulatimill-eżempju tal-kredenti bħal fl-ewwel sekli tal-Knisja: “Araw kemm jinħabbu!” Iva, “l-għaqda tal-familja umana titqawwa u tkun kompluta ħafna mill-għaqda tal-familja ta’ wlied Alla imwaqqfa fuq Kristu” Sì (Gaudium et Spes, 42).

9. Ħuti, għidtilkom dawn il-ħwejjeġ sabiex ikollkom fikom il-ferħ ta’ Kristu u tkunu imfawrin bih (cf. Ġw 17, 13). Ejjew niftakru l-aħħar talba ta’ Ġesù lill-Missier: “Ikkonsagrati fil-verità, kelmtek hija verità”. L-ispirtu ta’ qadi u l-għaqda huma s-sinjali li minnhom wieħed jara li l-bnedmin huma mqaddsa fil-verità ta’ Kristu.Din il-grazzja ta’ qdusija Ħesù  akkwistaha bl-offerta tiegħu fuq is-salib u bil-qawmien tiegħu mill-imwiet, ippreżentati minn din l-Ewkaristija: “Jiena nagħti ħajti, , sabiex huma wkoll jagħtu ħajjithom għall-verità”. Bih, aħna nistgħu mela nikkontribwixxu fil-qdusija tal-bniedem (cf. talba fuq l-offerrti).

Ejjew nersqu lejh fil-verità, fl-imħabba, biex nirċievu l-Ispirtu tiegħu ta’ qdusija u ta’ għaqda, bħal Marija u l-appostli nhar Pentekoste. Għalija, li rċivejt il-mandat tal-appostli Pietru biex inwettaqkom fil-fidi u niġborkom madwar Kristu, il-ġebla tax-xewka (cf. Ef 2, 20; 1 Pt 2, 4), u lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież ħuti fl-episkopat u fis-saċerdozju, reliġjużi rġiel u nisa u lajċi mgħammdin, Kristu jistaqsi: Int lest li tagħti ħajtek, biex “tikkonsaraha”, għall-qadi tal-bnedmin kollha, sabiex il-Vanġelu tas-salvazzjoni jasal lill-ġnus kollha?”

Amen.


Jeħtieġ nesprimi l-gratitudni profonda komuni tagħna lil ħutna u b’mod speċjali lill-metropolita Ortodoss u lill-oħrajn li għexu magħna l-kobor taċ-ċelebrazzjonijiet li magħhom aħna dejjem norbtu x-xewqa profonda, li nkunu nistgħu ningħaqdu madwar il-mejda ewkaristika.

L-istess gratitudni lil ħutna l-oħra tal-komunitajiet insara li għandhom hawn fl-Isvizzera ċ-ċentru tagħhom. Il-bieraħ kelli l-privileġġ li nżur dan iċ-ċentru tal-Kunsill mondjali tal-Knejjes insara u wkoll iċ-Ċentru Ortodoss ta’ Chambésy. Wara li nerġà nsellem lill-parteċipanti fiċ-ċelebrazzjoni il-Papa jgħid.

Ħuti u Ħbiebi,

Il-fatt veru huwa li Ġwanni Pawlu II iridilkom il-ġid u intom tħobbuh ħafna. Mela, grazzi mill-ġdid għal darb’oħra. Il-gratitudni profonda lill-Mulej tagħna li laqqagħana. Huwa jgħaqqadna dejjem u kullimkien.  Jagħmilna dejjem iktar il-poplu ta’ Alla li huwa aħna. Hija fortuna kbira li nkunu fl-Isvizzera, li nippartienu lil dan il-poplu glorjuż, imma rrid nerġà ngħid li hija fortuna ikbar li nappartienu lill-poplu ta’ Alla.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading