Ġwanni Pawlu II waqt Ordinazzjoni Saċerdotali fl-Iżvizzera

VIŻTA PASTORALI FL-IŻVIZZERA
KONĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA SOLLENNI
B’ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Piazzale tal-Ajruport ta’ Sion
Il-Ħadd, 17 ta’ Ġunju 1984

Għeżież ħuti.

1. “Sursum corda”: “Ngħollu qlubna ‘l fuq!”.

Illum il-qalb tal-Knisja tirrejaġixxi b’fervur għal kollox partikolari għal din l-istedina li tintroduċi kull talba ewkaristika. Illum aħna nwieġbu b’intensità ta’ fidi għal kollox speċjali: “Habemus ad Dominum”: “Ngħolluhom lejn il-Mulej”.

Quddiem l-ispettaklu suġġestiv li joffru dawn il-muntanji, jistà jkun forsi aħjar minn kull post ieħor li, ngħolluhom, bħal Mosè, lejn Alla tas-sema u tal-art. Nikkontemplaw fil-fidi l-misteru ta’ Alla: hija nfatti lejh li ddur il-fidi tagħna, Misteru  inskrutabbli. Alla huwa Alla, l-esseri ‘l hemm minn dak kollu li nistgħu nikkoċepixxu, ikbar minn dak kollu li tħoss il-qalb. Ir-rivelazzjoni nisranija tiżvela parti minn ħajtu ntima, imma tmexxi lill-fidi tagħna fuq l-għatba ta’ misteru ferm iktar profond: l-unità tat-Trinità Qaddisa. Dak li huwa Alla uniku huwa fl-istess ħin Missier, Iben u Spirtu Santu, Kull waħda mill-persuni divini hija mhix maħluqa, immensa, eterna, omnipotenti, Mulej, “Il-Missier ma sar minn ħadd linqas maħluq linqas iġġenerat: l-Iben ġie mill-Missier, la kien magħmul linqas maħluq linqas iġġenerat; l-Ispirtu Santu ġie mill-Missier u mill-Iben, ma kienx magħmul linqas maħluq linqas iġġenerat, imma mnissel minnhom”. Hekk kienet tistqarr professjoni ta’ fidi antika (simbolu migħud ta’ Sant’Anastasju). Dan Alla ta’ majjestà nfinita li juri ruħu lil Mosè u jinħeba fis-sħaba misterjuża, dan Alla traxxendenti li jirrivela ħajtu inskrutabbli, id-delikatezza ta’ mħabbtu bla tarf, dan Alla, nistgħu navviċinawh: aħna nadurawh, mixħuta minn tulna quddiemu.  Fil-fidi hija regalatha lilna l-feliċità li nikkuntemplaw fih it-Trinità Qaddisa, qabel il-viżjoni sħiħa tal-glorja tiegħu.

2. “Ikun imbierek Alla, il-Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu” (Ef 1, 3). “Ħabb tant lid-dinja li irregalalha lill-Ibnu uniku” (Ġw 3, 16). Permezz ta’ Ibnu, mhux biss irrivela ismu, il-glorja tiegħu, bħal f’Epifanija ta’ Alla li turih b’mod uniku, imma wera lejna d-delikatezza tiegħu, il-ħniena tiegħu, il-fedeltà tiegħu, ferm ‘il hemm milli Mosè qatt setà jara: “L-ewwelnett iddestinana biex insiru wliedu permezz ta’ Ġesù Kristu”, “biex insiru l-poplu tiegħu” (cf. Ef 1, 5. 11). L-adorazzjon tagħna, il-kant ta tifħir tagħna huwa fl-istess ħin ringrazzjament għal dan id-“don b’xejn li bih imliena Ibnu hekk maħbub”. Ladarba “l-ewwel don mogħti lill-kredenti” huwa l-Ispirtu Santu li jkompli l-opra tal-Iben u “jkompli kull qdusija” (cf. Talba ewkaristika IV), l-Ispirtu, li jagħti lill-Knisja l-għaqda tal-ġisem, isejħilha biex turi lill-bnedmin s-salvazzjoni, ladarba permezz tiegħu il-preżenza ta’ Alla tgħammar fiha.

3. “Int tagħmel minna poplu li jappartieni lilek” (Es 34, 9). Il-Knisja kollha hija l-poplu ta’ Alla l-ħaj. U fi ħdanu l-assembleja liturġika tagħna għandha postha. U hawn il-Knisja li hawn fl-Isvizzera, b’mod partikolari l-Knisja li hawn f’Sion; hija tiltaqà, temmen bi storja twila li tibda b’San Teodulo, patrun tad-dijoċesi f’riġlejn din il-muntanja ta’ Valère ddominata mill-katidral antik iddedikat lil Notre-Dame, fil-qalba tal-wied tar-Rodano. Fiċ-ċentru tal-ħajja ħarxa tagħhom ta’ Montanari, in-nies tal-wied għarfu jgħassu ħajja l-fidi tagħhom u t-tradizzonijiet insara tagħhom, f’komunjoni mal-Isqof ta’ Ruma, suċċessur ta’ Pietru, li hu ferm kuntent li llum qiegħed iżur l-katidral attwali, imma b’mod speċjali din id-dar spiritwali magħmula minn ġebel ħaj (cf. 1 Pt 2, 5) li hija l-Knisja ta’ Sion. U nsellem flimkien magħha l-Knisja li tiltaqà madwar l-abbazija ta’ San Mawrizju, fil-wied tar-Rodano, u li hija werrieta tal-fidi pprofessata sa mill-martirju ta’ San Mawrizju u tas-suldati tiegħu tal-leġġjun Tebana. Bħal San Pawl, “biex inwettaqkom jiġifieri nwettqu lil xulxin permezz tal-fidi li għandna, jien lilkom u intom lili” (Rm 1, 11-12). Infatti, dak li jorbotna huwa ferm iktar profond u misterjuż minn rapport organiku jew ta’ attakkament ta’ mħabba: “Il-Knisja universali hija bħal poplu li jieħu l-għaqda tiegħu mill-għaqda tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu” (San Ċipriano, De Oratione Dominica, 23: PL 4, 553).

4. Fil-kwadru tal-liturġija Ewkaristika tallum, xi wħud minn ulied il-Knisja tagħkom – ta’ Sion jew ta’ dijoċesijiet  jew istituti Svizzeri oħra – se jsiru saċerdoti “skont l-ordni ta’ Melkisedek” (cf. Sal 110, 4; Lh 5, 6; 7, 17), billi jirċievu s-sagrament tal-Ordni Sagri. Melkisedek offra lill-Iktar Għoli l-ħobż u l-inbid. Taħt is-sinjal tal-ħobż u l-inbid, huwa Ġesù Kristu li joffri lilu nnifsu lill-Missier fis-sagrifiċċju uniku  u definittiv tiegħu, magħmul attwali u preżenti permezz tal-ministeru tas-saċerdoti. Permezz tagħhom Ġesù jwettaq dak li għamel waqt l-aħħar Ċena. Waqt li joffri l-ħobż huwa jgħid: Dan huwa ġismi, offrut għalikom . . . ħudu u kulu”. Waqt li joffri l-imbid, huwa jgħid: “ Dan huwa l-kalċi ta’ demmi, imxerred għalikom u għall-kotra . . . ħudu u ixorbu”. Hekk kellem Ġesù Kristu lill-appostli li kienu miegħu waqt l-Aħħar Ċena. U żied: “Intom agħmlu dan b’tifkira tiegħi” (cf. Lq 22, 19ss.). Min hu mela Ġesù Kristu? Huwa l-Iben etern li fih il-Missier ħabb lid-dinja. Huwa ierregalah “sabiex kull bniedem li jemmen fih ma jmutx, imma jikseb il-ħajja ta’ dejjem . . . sabiex id-dinja ssalva permezz tiegħu” (Ġw 3, 16-17). Iva, huwa ġie fid-dinja għas-salvazzjoni tad-dinja. Is-sagrifiċċju li joffri Ġesù Kristu fuq is-salib – is- sagrifiċċju li hu waqqaf waqt l-Aħħar Ċena – huwa għas-salvazzjoni tad-dinja. F’dan is-sagrifiċċju turi ruħha l-imħabba tal-Missier u l-imħabba tal-Iben, Huwa l-kalċi tal-patt il-ġdid u etern. Dawk li llum jirċievu l-ordinazzjoni saċerdotali isiru l-ministri tas-sagrifiċċju mwettaq  għas-salvazzjoni tad-dinja. Huma jirrenduh preżenti. Dawn huma l-ministri tal-Ewkaristija: ħajjithom saċerdotali tiżviluppa bit-tluq minn dan iċ-ċentru. Il-bqija se jkun bħal tħejjija jew diwi ta’ dan l-att sagramentali. Jum wara jum, preżenti għall-eżistenza umana huma għandom jintroduċu lil ħuthom fir-redenzjoni mwettqa minn Kristu u ċċelebrata fl-Ewkaristija.

5. Is-saċerdoti huma fl-istess ħin il-gwidi tal-proxxmu fit-triq tas-salvazzjoni. Huma jgħixu f’nofs il-poplu ta’ Alla u jgħidu bħal Mosè “Mulej, imxi f’nofsna” (Es 34,9). Bl-esseri saċerdotali kollu tagħhom, isejħu lill-Mulej sabiex imexxi l-merħla tiegħu, bħal Ragħaj. Huma stess huma l-qaddejja ta’ Ġesù Kristu, ir-Ragħaj it-Tajjeb. Bħal Mosè, huma jitilgħu l-muntanja biex jirċievu mingħand Alla x-xhieda tal-patt, u biex jieħdu f’idejhom, bħala sinjal ta’ dan il-patt, it-twavel tal-Kmandamenti ta’ Alla. Skont dawn il-kmandamenti – skont il-verità tal-Vanġelu, il-“karta” tal-patt il-ġdid – huma jdawlu l-kuxjenzi u jiggwidaw lil dawk li minn fosthom huma stess ingħażlu (Lh 5,1).Dawn huma surmastrijiet tal-verità fix-xandir tal-Vanġelu,  biex iqanqlu u jsaħħu l-fidi, u biex jindikaw il-mixja li għandna nsegwu biex nibqgħu fit-triq tas-salvazzjoni. Dawn huma l-għassiesa tal-korrettezza tal-kuxjenzi. Mela dawn huma l-qaddejja ta’ Alla ħanin, bil-mod biex jagħdab, għani fil-grazzja u fil-fedeltà” (Es 34, 7). Dawn huma l-qaddejja ta’ Ġesù Kristu, li permezz tiegħu Alla jaħfer il-ħtijiet tagħna u d-dnubiet tagħna, u jagħmel minna poplu li jappartieni lilu (cf. Es 34, 9). Konsegwentement, dawn is-saċerdoti tal-patt il-ġdid huma l-ministri tas-sagrament tal-Penitenza u tar-Rikonċiljazzjoni ma’ Alla. Dan il-ministeru se jokkupa, flimkien mal-Ewkaristija, post fundamentali f’ħajjithom.

6. Madwar din il-fuzjoni ċentrali huma jiżviluppaw l-aspetti l-oħra tal-ħajja saċerdotali li dwarhom se nagħmel biss aċċenn. Is-saċerdot jieħu sehem fil-funzjoni tal-uniku medjatur li huwa Kristu. Imma dan jagħraf id-dgħufija tiegħu. Huwa ma jagħmel xejn waħdu: huwa hu qawwi bil-qawwa ta’ Alla, dan b’dispożizzjoni permanenti li tikkonsagra l-istess eżistenza tiegħu. Imma hu jrid ifittex li jikkorrispondikom. Huwa jrid ifittex il-qdusija li tixraq lil ministru ta’ Kristu: bl-għajnuna tal-Ispirtu Santu li ngħatalu permezz tal-impożizzjoni tal-idejn: joffri lilu nnifsu kollu kemm hu lilu, “jgħix dak li hu jwettaq” (cf. Prex ordinationis), jittrażmetti dak li jikkontempla. Għandu jkun bniedem tat-talb, kemm fis-solitudni, bħal Mosè fuq il-muntanja, kif ukoll bħala animatur jew president tat-talb ta’ ħutu. Fil-pjanura għandu jgħix maġemb il-bnrdmin, b’mod sempliċi, b’mod fqir, għas-servizz bħal Kristu li ġie fid-dinja biex jaqdi; għandu jieħu ħsieb il-preokkupazzjonijiet tagħhom u tal-lingwaġġ tagħhom biex ixandru l-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu: il-Vanġelu kollu b’mod li jkun mifhum. Imma fl-istess ħin għandu jibża għall-misteru. Mill-mod kif igħix irid jifhem li huwa bniedem marbut ma’ Kristu b’mod speċjali permezz taċ-ċelibat, huwa jsir “is-sinjal ħaj ta’ dinja li trid tiġi; diġa preżenti permezz tal-fidi u l-karità” (cf. Presbyterorum ordinis, 16). Huwa hu “il-bniedem tal-oħrajn”; huwa jrid ikun xhud, Profeta. Qalbieni, huwa jaċċetta, min-naħa tiegħu, li huwa sinjal ta’ kontradizzjoni u, kultant, qaddej sofferenti, imma dejjem il-bniedem tal-paċi li Kristu ġie biex iġib fuq l-art.

7. Dan kollu jagħmlu bħal kollaboratur tal-isqof tiegħu, li min-naħa tiegħu jaġixxi f’għaqda mas-suċċessur ta’ Pietru; meta s-saċerdot jobdi lit-tnejn , huwa jgħix f’komunjoni mal-Knisja kollha. Is-saċerdozju tiegħu għandu propju bħala sies dak tal-isqof tal-Knisja lokali, li huwa il-missier tal-presbiterju kollu. B’dan il-mod is-saċerdot jistà jikkontribwixxi għall-bini tal-Knisja fl-għaqda. Huwa ma jiddisponix arbitrarjament mid-doni ta’ Alla. Huwa hu, kif jgħid San Pawl “amministratur tal-misteri ta’ Alla. Issa, barra minn dan, l-amministraturi wieħed jistennihom li jkunu fidili” (1 K or 4, 1-2). Dak kollu li l-qassis hu, isib is-sinifikat fundamentali b’mod esklussiv fil-Knisja, permezz tal-Knisja, għall-Knisja. Huwa mela jrid jgħix il-Knisja, iħoss u jaħseb mal-Knisja (“sentire cum Ecclesia”): mhux biss il-Knisja tal-passat, u linqas il-Knisja li għadha ma teżistix, imma l-Knisja konkreta, tallum, li t-tikmix u t-tbajja tagħha jistgħu jitħassru wkoll grazzi għall-għajnuna tiegħu nstankabli . Din l-imħabba tagħmel iva li s-saċerdot ikun lest għall-impenn li l-Knisja tistenna minnu, għall-ġid ta’ kulħadd. Id-djalogu pastorali, li jisforza biex jistabilixxi, jistà iva jagħmel li jkunu evitati konflitti u firdiet, meta jkun tassew Ġesù Kristu li jfittxu, meta jkun lilhu li jrid jaqdi.

8. Is-saċerdozju huwa dmir hekk important, hekk meħtieċ, li aħna lkoll għandna naħsbu dwar il-vokazzjonijiet. Id-dijoċesi ta’ Sion, sa mill-1978, iddeċidiet li tissensibilizza l-kuxjenzi tal-insara kollha dwar din it-tema. Nittama li minn dan jitnissel frott addizzjonali, hawn fostkom kif ukoll f’dijoċesijiet oħra tal-Isvizzera, li fihom dawn is-saċerdoti novelli se jirritornaw. Naturalment il-poplu kollu tal-imgħammdin huwa msejjaħ biex jieħu sehem b’mod attiv fil-ħajja tal-komunitajiet insara u fix-xhieda tal-Vanġelu fid-dinja. Il-missjoni tas-saċerdot hija propju għall-qadi ta’ dan is-sehem. Hija madankollu għandha n-natura partikolari tagħha u hija nsostitwibbli. Għalhekk ma jeżistix duwaliżmu linqas konkorrenza, imma biss kompletar reċiproku meħtieġ, kull darba fl-osservanza tal-vokazzjoni speċifika, li fiha l-isqfijiet iridu jkunu l-gwidi għal kollaborazzjoni armonika. Il-komunità tal-Knisja twettaq għal kollox il-missjoni u l-qadi tagħha, meta fil-ġewwieni tagħha jkunu jistgħu jinbtu u jiffjorixxu l-vokazzjonijiet għas-saċerdozju, li mingħajrhom hija wkoll ma tistax tiżviluppa. Vokazzjoni u missjoni – għall-uffiċċju jew għall-apostolat – jiġu dejjem mingħand Alla, mingħand it-Trinità Qaddisa.

9. “Imbierek int, Mulej Alla ta’ missirijietna, jixraqlek it-tifħir u l-glorja tul is-sekli” (Dn 3, 52). Id-dawl tal-fidi jgħollina llum bil-qalb u bl-Ispirtu għall-misteru bla tarf  ta’ Alla, għall-għaqda trinitarja mhix magħrufa tiegħu. Mill-ħdan tat-Trinità Qaddisa l-Iben ta’ Alla ġie fost il-bnedmin: il-Verb etern tal-Missier sar bniedem, bin il-Verġni Marija. Bil-mewt tiegħu fuq is-salib u bil-qawmien mill-imwiet tiegħu l-Ispirtu tal-qdusija niżel fuq l-appostli u huwa issa preżenti fil-Knisja ta’ Kristu. Minn din il-missjoni tal-Missier u tal-Ispirtu oriġinat il-missjoni feddejja tal-Knisja. Mill-missjoni tal-Iben, il-qaddej ta’ Alla, li rċieva l-unzjoni messjanika, joħroġ, fl-Ispirtu Santu s-“saċerdozju rjali” tal-imgħammdin kollha. Mis-saċerdozju tal-Iben,  tal-Midluk, joħorġu fl-Ispirtu Santu il-vokazzjoni u l-uffiċċju tas-saċerdoti li jiġu mmarkati,, bis-sagrament tal-Ordni Sagri, minn siġill indelibbli. Fis-servizz tiegħu il-poplu kollu ta’ Alla jieħu sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu, l-uniku intermedjarju bejn Alla u l-bnedmin. Illum qegħdin jiġu rregalati lill-poplu ta’ Alla numru ta’ saċerdoti li l-mandat tagħhom iwieġeb għas-sisien tal-missjoni tal-kredenti kollha; infatti huma wkoll kienu kkonfermati fil-fidi mill-Ispirtu Santu. Ilkoll għandhom jimpenjaw ruħhom fid-dmir tagħhom li jippridkaw lill-kredenti; dak huwa mistqarr bil-kelma tat-tislima aħħarija ta’ kull quddiesa. Iva, illum nifirħu: għaliex f’dan is-servizz divin sollenni ġiet imġedda l-missjoni tal-poplu ta’ Alla fil-Knisja. Għalhekk inkantaw bla naqtgħu, bvuċi waħda, it-tifħir tat-Trinità Qaddisa!

10. Kemm “missirijiet”, bħal pereżempju Nikola ta’ Flue, kemm  ġenerazzjonijiet ġew qabilkom fuq din l-art u kienu “ssieħbu fin-natura divina” (2 Pt 1, 4), f’għaqda attiva mal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu! Ejjew naħsdu l-wirt tagħhom! Ejjew inġorru ‘l quddiem ix-xhieda tagħhom! Ejjew nitgħabbew bil-missjoni tagħhom bħala tweġiba għad-domandi tallum, fuq l-għatba tat-tielet millennju! Jalla dan il-Pajjiż ikun dejjem imħaddan minn Alla u mimli minn ħajtu, biex jirrifletti d-dawl tiegħu, u biex iwassal lid-dinja għall-fidi. Alla ta’ missirijietkom jibqà dejjem il-Missier ta’ wliedkom! Il-Missier tal-ġenerazzjonijiet kollha li jiġu f’dan il-Pajjiż! Int, l-uniku Alla veru, Missier, Iben u Spirtu Santu! Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading