Jitlesta proġett ieħor ta’ rinovar fid-Dar tal-Providenza

05/07/2025: Id-Dar tal-Providenza lestiet xogħol estensiv ta’ rinovar fil-flat tagħħa bl-isem ta’ Sant’Antin, li mistennija jilqa’ fih 10 residenti. Dan hu t-tieni flat li kien rinovat f’dawn l-aħħar sentejn, biex b’hekk id-Dar tkompli bil-missjoni tagħha li tipprovidi kura u akkomodazzjoni ta’ kwalità lill-persuni b’diżabbiltà.

Waqt ċerimonja qasira li għaliha kienu mistiedna r-residenti, il-familjari, il-ħaddiema u volontiera tad-Dar, Mons. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar,  filwaqt li rringrazzja lill-impjegati kollha li ħadmu fuq dan il-proġett, qal li d-Dar tibqa’ impenjata li toffri ambjent dinjituż u sikur fejn jgħixu r-residenti. Huwa rringrazzja lill-benefatturi kollha li b’xi mod għenu biex dan il-proġett seta’ jkun possibli. 

Fix-xhur li ġejjin se jibda xogħol ta’ rinovar fuq flat ieħor.

Kull min jixtieq jgħin lid-Dar tal-Providenza jista’ jżur il-website dartalprovidenza.org.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading