Ġwanni Pawlu II f’ċelebrazzjoni għad unur ta’ San Każimiru tal-Litwanja

QUDDIESA FIL-VĠILI TAL-GĦELUQ
TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-ĦAMES ĊENTENARJU TAL-MEWT
TA’ SAN KAŻIMIRU PATRUN TAL-LITWANJA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Castel Gandolfo
Is-Sibt, 25 ta’ Awissu 1984

Għeżież ħuti fi Kristu.

Illum ġewwaVilnius, ħdejn il-qabar ta’ San Każimiru, il-Komunità kattolika Litwana tinġabar spiritwalment madwar ir-rgħajja tagħha għall-għeluq sollenni taċ-ċelebrazzjonijiet  organizzati ad unur tal-psatrun tal-Litwanja.

Il-500° anniversarju mill-mewt ta’ San Każimiru, hekk għażiż għal-Litwani kollha u hekk għażiż ukoll għal qalbi, jikkostitwixxi data privileġġjata partikolarment sinifikattiva għall-istorja tan-nazzjon tagħkom.

Iċċelebrajniha, fl-4 ta’ Marzu, fil-bażilika Vatikana. Illum mill-ġdid jiena ninsab preżenti f’nofskom. Kważi bħal f’pellegrinaġġ spiritwali, b’qalbi, bi ħsiebi u bit-talb. Il-quddiesa li sejjer niċċelebra bil-lingwa materna tagħkom, se tkun is-sinjal tal-komunjoni spiritwali tiegħi  mal-komunità kattolika Litwana, Il-Papa jinsab magħklom! U magħkom hija l-Knisja ta’ Ruma, u magħkom il-Knisja universali, li ma tinsikomx  .

Fis-sagtrifiċċju ewkaristiku se noffri lill-Mulej il-ferħ u t- tribulazzjonijiet, l-istenniji u ta’tamiet tal-Knisja fil-Litwanja, tal-komunità kollha tagħkom, li żżomm ruħha hekk fidila mal-messaġġ evanġeliku, li rċivejtu għall-ewwel darba sitt sekli ilu u li tefà għeruqu profondament fir-ruħ u fil-kultura tan-nazzjon, u li f’San Każimiru esprima l-isbaħ frott ta’ qdusija tiegħu  .

O Knisja fl-art Litwana, art tas-slaleb! Jiena nitlob sabiex xejn ma jkun jistà qatt jifirdek mill-imħabba ta’ Kristu!

Fit-talb tiegħi niftakar f’kull wieħed minnkom, ħuti, isqfijiet u saċerdoti. Niftakar fl-erwieħ ikkonsagrati lil Alla, is-seminaristi u lil dawk kollha li jikkultivaw ix-xewqa li jirregalaw ħajjithom għas-servizz tas-saltna ta’ Alla.

Għandi preżenti f’qalbi lill-familji kollha nsara u, b’mod partikolari, iż-żgħażagħ, li jqimu f’San Każimiru l-protettur speċjali tagħhom:  jalla jkunu jafu jsegwu l-eżempju ta’ fidi mħeġġa tiegħu, ta’ ħajja ta’ talb, ta’ purezza, ta’ opri ġenerużi ta’ karità.

Bi mħabba ta’ missier niftakar fit-talb liċ-ċkejknin, lill-umli, l-oppressi u b’mod speċjali lil dawk li jbatu għall-fidi, sabiex il-Mulej jagħtihom ferħ u sabar tul il-mixja tal-ħajja skont l-ispirtu tal-bejatitudni.

Għeżież ħuti Litwani, ejjew ngħollu flimkien it-talb tagħna lill-Mulej, permezz tal-interċessjoni qawwija ta’ Marija Santissma u ta’ San Każimiru, sabiex – qawwija u ġenerużi fl-eżerċizzju tal-fidi, tat-tama u tal-karità – inkunu nistgħu insiru “offerta ħajja fi Kristu għall-glorja ta’ Alla Missier”!

Hekk, meta ma nkunx nistà nieħu sehem personalment fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tagħkom, inħossni preżenti u magħqud f’din il-komunjoni mal-Knisja u l-poplu Litwan, li lilu tmur l-istima profonda tiegħi u l-barka fraterna f’isem it-Trinità Qaddisa.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading