Int f’sensik jew? Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed nintebaħ li dak kollu li qabel konna nikkunsidrawh li kien dritt, issa f’daqqa waħda qiegħed jiġi kkunsidrat bħala mgħawweġ. Dan qiegħed iwassal biex jekk b’xi mod tibda tipprova timxi mal-linja d-dritta, is-soċjeta’ tibda tħares lejk bħala xi aljien, ġej minn fuq xi pjaneta’ ‘l bogħod.

Kif int ma għandikx smarthone ?

Kif int ma għamiltx xi biċċa tpinġija ?

Kif għadek tmur il-quddies ?

Kif ħfirtlu lil żewġek/martek wara li qalibilek/qalbitilek?

Kif ma mortx xi weekend break x’imkien?

Kif difrejk ma tagħmilhomx?

Kif ma ssuqx karozza?

Kif int tivvjaġġa bir-rota?

Kif int tuża tal-linja?

Kif int toqgħod ddur b’ommok u b’missierek?

Kif int ma tpejjiphiex il-ħaxixa?

Xi linja bajda ma tissnifjax jew tpejjipha meta tħossok xi ftit down?

Kif it-tifla/tifel għadu abbati ta’ 14-il-sena?

Kif kellek tlieta, erbgħa, ħamest, sitt, sebat itfal?

Kif ilek sitt xhur tkellem li boyfriend/girlfriend u għadek ma mortx xi weekend break magħha x’imkien?

Kif qadt toqgħod tsitenna li tiżżewweġ biex iġġib tarbija?

Kif int ma tieħux l-afterday pill ħalli sserraħ moħħok (ovvjament mhux il-kuxjenza)?

Kif ma tmurx għand xi life coach?

Kif ma tmurx gym?

Kif ma toqgħodx ittella’ selfies fuq fb?

Nista’ nibqa għaddej b’din il-lista għax ma tintemm qatt.

Bħala saċerdot inħoss li tassew aħna ninsabu f’sitwazjoni bħal dik li kien fiha Ġwanni l-Battista.

Ukoll jekk il-mument li ninsabu fih huwa urġenti u ma għandniex ħin x’nitilfu. Ninsabu qisna ġo airport u ġa saret il-‘last call’, b’danakollu inħoss li s-soċjeta’ għadha mehdija ddur u tixtri minn ħanut għall-ieħor. Ninsabu bħal fuq it-Titanic, l-ilma iffriżat dieħel minn kullimkien, u aħna għadna ndoqqu u niżfnu qisu mhu jiġri xejn.

L-aħwa, ma nifhmux li minn mument għall-ieħor irridu nidhru quddiem Alla?

Ma nirrejjaliżżawx li nemmnu jew ma nemmnux, ma jistax ikun li wara li mmutu nispiċċaw bħal nemusa mgħaffġa mal-ħajt?

Issa anki l-povra nemusa li aħna ngħaffġu ma’ ħajt, il-mument li nagħmlu dan joħroġ fil-beraħ kemm din tkun xorbitilna demm matul il-lejl.

U aħna nippretendu li se mmutu, u li kollox jispiċċa magħna, u li jekk b’xi mod jeżisti Alla, dan se jagħmilha tal-iblah u se jagħdina ta’ Santa Marija Goretti jew San Karlu Acutis.

Int immaġinak ġo ħanut u int tgħid u iva mal-bieb ma hemmx security, allura ħa nara x’se nitfa’ fil-basket bla ma jidher. Int tippretendi li malli tasal ħdejn il-bieb u s-security jinduna li int tkun sraqt xi ħaġa, jħallik għaddej/ja u jagħtik xi premju speċjali talli kont se tisraq? Int taħseb li se xxaħmu lil Alla meta tidher quddiemu?

L-aħwa, le Alla hu fair, u bħal ġenitur jippremja lil min għamel il-parti tiegħu u għadda mill-eżamijiet, imma lil min tgħażżen u la qatt kien joqgħod attent fil-klassi, u lanqas kien jagħmel il-homework, jibgħatu sajf sħiħ privatijet u jekk fl-eżamijiet ta’ Settembru jibqa’ ma jgħaddix, ikollu jħallieh repeater.

Il-problema li malli mmutu nidhru quddiem Alla ta’ fuqna senduqna u hemm x’hemm imbagħad.

Luċifru kien maħluq minn Alla bħala ‘dawl’. Luċifru kellu missjoni speċjali li bħal torch juri lil

bniedem u lil Univers il-kobor ta’ Alla.

Id-demonju ma riedx iwettaq din il-missjoni speċjali li Alla kien afdalu. Ried li hu jkun id-dawl, u li kulħadd iħares lejh. Ikkonvinċa lil terz mill-anġli biex jiftħu account ma fb u jibdew huma wkoll itellgħu ritratti selfies tagħhom infushom.

U d-dinja issa mimlija nies bħal dawn li they self promote themselves.

U jiena nidħaq, għax aħna ħolqien ta’ Alla, kull ma aħna huwa rigal ta’ Alla u allura id-dawl li ħiereġ minna jeħtieġ indawruh lejn Alla biex tidher aktar il-glorja tiegħU.

Nifhmu aħna li bħala krejatura aħna ġejna maħluqa biex bħalma kien imsejjaħ Luċifru qabel ma ssuppervja u telaq ‘il barra mil Ġenna li Alla ħalqu fiha, aħna msejħin li bil-ħajja Qaddisa tagħna aħna nagħtu xhieda ħajja u nitfgħu dawl fuq it-Tliet Persuni Divini?

Bħala tifel jiena ġejt affaxxinat minn tpinġija ta’ Santa Tereża ta’ Ġesu’. Kont nibqa’ ħin twil inħares lejn kwadru li jinsab fil-ġemb tal-artal maġġur tal-Knisja Santa Tereża (Bormla) u li juri l-grazzja mistika li rċeviet l-Omm tagħna Tereża, meta Anġlu nifdilha qalbha bi vleġġa tan-nar.

Oh xi ħlew ta’ viżjoni !!!! ohhh xi ħsieb li jerfgħek ‘il fuq!!!

Bħala tifel kien dan il-ħsieb li kif ngħidu ‘haunted me’ il-ħin kollu, anki jekk b’sens tajjeb. Relazjoni ma’ Alla bħal dik ta’ Tereża ta’ Ġesu’ saret il-‘leit motiv’ għal ħajti.

Fhimnt għadni żgħir ‘l fejn il-bniedem huwa msejjaħ li jindirizza ħajtu.

Illum x’aktarx kieku wieħed jew waħda taħseb u tibda’ tħares ‘il fuq lejn Qaddis Mistiku jew Mistika jibdew jgħajruha li għandha xi roti jduru ħażin moħħha u għandha bżonn l-għajnuna psikoloġika professjonali.

Is-sabiħa hi li folol ta’ eluf ta’ nies f’Malta jiċċelebraw bil-kbir lil Qaddisin jew lil Marija Santissima.

L-aħwa, aħna aħna jew m’aħniex?

Kif tista’ tiċċelebra lil Marija jew lil Qaddisin u mbagħad tgħix komplatement ħajja differenti?

Qisu bħal dak li tarah f’kull attivita’ ta’ Partit Politiku, arah jintervjeni dejjem u jmexxi programmi politiċi fuq l-istazjon tal-partit ‘tiegħu’, imma mbagħad arah fil-mument tal-vot meta jkun wara l-purtiera u ma jarah ħadd, jivvota minn 1 sal-aħħar fuq il-lista kollha tal-kandidati tal-Partit oppost.

Dik hija l-ħajja ta’ bosta nsara llum u s-sabiħa hi li jiskantaw bik, u ma jkunux iridu jemmnu li int mhux biss tieħu sehem fl-attivitajiet ta’ Partit Politiku partikolari, imma wkoll meta jkun il-waqt tivvota lil dak l-istess partit.

Bil-magħmudija aħna rċevejna is-siġill (bħalma jirċievu l-baqar) ta’ Kristu, u għalhekk aħna parti issa mil-familja ta’ Alla.

L-aħwa nagħmlu l-kuraġġ u d-dawl li Alla għoġbu jdawwalna bih ndawruh fuq Alla nnifsu bħalma għamlet Marija u l-Qaddisin.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading