Talb tal-interċessjoni fl-20 Ħadd matul is-sena Ċ.

V … Il-Missier, fl-imħabba tiegħu għalina, jgħożżna bħala wliedu. Ejjew nitolbuh l-għajnuna, biex nimtlew bil-qawwa u l-kuraġġ ħalli ngħixu skont ir-rieda tiegħu.

1. Missier, kun mal-mexxejja tal-Knisja biex jieħdu ħsieb sewwa u b’responsabbiltà l-għalqa tal-ħidma li afdajtilhom f’idejhom. Nitolbu

2. Missier, kun ma’ dawk li huma fdati bit-tmexxija politika, biex jaħdmu favur il-libertà reliġjuża. Nitolbu

3. Missier, sabbar lil dawk li, għax għamlu għażla favur tiegħek, sabu s-saram fir-relazzjonijiet tagħhom. Nitolbu

4. Missier, għin lilna lkoll biex nitgħallmu nkunu ħielsa, biex nistqarruk bla biżà. Nitolbu

V … Missier, ilqa’ t-talb li b’ħeġġa qed nagħmlulek biex kulma tibda fina, fik jitkompla u fik biss jintemm. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading