V … Ħuti għeżież, nerfgħu it-talb tagħna flimkien lejn il-Missier u nitolbu li niksbu s-salvazzjoni permezz tas-Salib glorjuż tal-Mulej tagħna li rxoxta. Nitolbu: Salvana, Mulej bis-salib tiegħek.
1. Għall-Insara, biex juru fil-ħajja ta’ kuljum il-fidi tagħhom fis-sinjal tas-salib li rċevew fil-Magħmudija. Nitolbu
2. Għall-paċi fid-dinja, l-aktar fl-Art Imqaddsa, biex il-ħbiberija li Kristu kisbilna fuq is-salib, tgħaqqad lil dawk li huma mifrudin. Nitolbu
3. Għall-morda, biex jieħdu sehem fir-rebħa ta’ Kristu msallab, meta joffru bil-fidi t-tbatijiet tagħhom għas-salvazzjoni tad-dinja. Nitolbu
4. Għalina, biex nerfgħu is-salib tagħna u nimxu wara Ġesù fil-qadi tad-dmirijiet tal-ħajja ta’ kuljum. Nitolbu
V … Missier ħanin, isma’ t-talb ta’ wliedek u agħtina lkoll l-għerf tas-salib li fuqu Ibnek Ġesù Kristu Sidna ried jifdi lid-dinja; u li miegħek jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.