Alla jtik il-bebbux jekk int imxennaq għal bebbux
Bil-Malti ngħidu: ‘’il-ħobż tih lil min jaf jieklu’.
Issa jekk int it-tfal lanqas biss iħarsu lejn il-bebbux, int sejjer tippreparalhom illum borma bebbux ?
U ma tarax ? Biex ma tarhomx aktar jew ?
U allura erħilek tippreparalhom dak l-ikel li taf li jogħġobhom ħalli mhux biss jiġu, imma jiġu bil-qalb.
U l-istess Ġesu’, HUWA SE JTINA L-BEBBUX BISSSSSSS JEKK JARA LI AĦNA NAPPREZZAW IL-BEBBUX, JEKK JAF CIOE’ LI SEJRIN INLAQQTU KULL BEBBUXU LI JQIEGĦDILNA FUQ IL-PLATT TAGĦNA GĦALL-IKEL U ANKI SE NLAQTGĦU SUBGĦAJNA.

Alla jaħbi l-għarfien tiegħU minn dawk li jaħsbu li huma ‘għorrief’
Fil-Vanġelu tallum Ġesu’ qiegħed igħidilna: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin”
Imma mhux bil-fors li Alla jimxi b’dan il-mod?
U dan Alla se jwassal il-kelma tiegħU lil min se joqgħodlu janaliżżalu sa l-inqas komas u fiullstops ?
Alla jingħata lil dawk li jixtiequH
BIL-MAQLUB, ALLA LEST LI JINGĦATA KOLLU KEMM HU LIL DAWK LI QALBHOM HI BĦAL SD CARD TAT-1 TB VOJTA, QALB LI TKUN TANT ĦERQANA LI TILQA’ ĠEWWA FIHA L-MESSAĠĠ TAL-VANĠELU, U LI TQIEGĦDU FIL-PRATTIKA.
Kif tista’ ma tiġix quddiem għajnejja meta naħseb f’dan, Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’, li anki jekk għexet biss 24 sena, b’danakollu l-Knisja rrikonoxxitha bħala Duttur tal-Knisja.
Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’: Duttur tal-Knisja
Mela tajjeb eluf u eluf ta’ bnedmin għorrief illi qattaw snin u snin jistudjaw u jirriflettu dwar min hu Alla u dwar il-ħidma ta’ Alla, u qatt ma ġew iddikjarati Dutturi tal-Knisja, u mbagħad tiġi din it-tfajla ta’ 24 sena, tfajla li fehmet biss ħaġa waħda, jiġifieri li hi ĊKEJKNA, U LI GĦANDHA BŻONN BISSSSSSSSS LI TIFTAĦ QALBHA GĦALL-ALLA, U ALLA JFAWWARHA BL-GĦERF KOLLU DWARU.

GĦAX IL-MUMENT LI INT TIFTAĦ QALBEK GĦAL ALLA, IL-MUMENT LI INT TINTEBAĦ BĦALMA KIEN FEHEM SAN ĠORĠ PRECA LI AĦNA GĦANDNA BŻONNU, HU TASSEW IFAWWARNA BIH INNIFSU.
U mhux ovvja bro, jekk int omm u taf li t-tifel iħobb il-bebbux, sejra int iċċaħħad lill-Ibnek mil-bebbux ? Lanqas jekk taf titla Kemmuna biex tiġbor il-bebbux taħt xemx taqli l-ankri, għax għalih, u biex tarah ferħan TAGĦMEL KOLLOX.
Imma mhux hekk ?
Jekk mhux hekk għiduli…….
Int normali bro?
U jekk Alla jintebaħ li int TIXTIEQU, sejjer iħallik b’qalbek imxennqa għaliH ?
Bosta huma dawk li jsaqsuni, ‘’imma għidli waħda, int x’sibilha lil Santa Eliżabetta tat-Trinita’?’
Tidħol f’dik li aħna bħala patrijiet insejħulha ċ-ċella (bħalma għamilt reċentement li kelli nbiddel il-konventwalita’ tiegħi għas-17-il darba f’39 sena), u tintebaħ li mlejt il-bibien kollha tal-gwadarrobba minn fuq s’isfel, u ma’ kull naħa, u kull musmar li sibt fiċ-ċella l-ġdida, bix-xbiehat ta’ din il-Qaddisa.
Imma għala jkun hemm min isaqsi ?
Int miġnun ?
Ok għandu mnejn li jiena ‘mhux normali’, imma jiena nħoss li dan l-atteġjament huwa ovvju, meta tiltaqa ma tfajla ta’ 26 sena, li f’eta’ meta diversi jkunu ġa jkunu biddlu l-kors tal-Universita’ darbtejn, jew ibiddlu l-job xi tliet darbiet, u l-boyfriend xi għaxar darbiet, bil-maqlub din it-tfajla ta’ 26 sena, fehmet ir-raġuni għala ġiet maħluqa, għala tinsab hawn u fejn sejra.
U jiena naqra l-kitbiet tagħha u nitpaxxa, u nintilef.
Il-veru għerf
Mela tajjeb oħrajn jissnifjawlekk naqra coke, jew imorru jieklu ikla mal-ħbieb biex iħossuhom up u ħadd ma jgħid xejn, u jiena għax naqra frażi waħda minn ta’ din il-Qaddisa, u norqod qisni tarbija tat-twelid, igħidu li mhux ‘normali’.
Ohhhhhh kemm inħossni ferħan li jaħsbu li għandi xi rota żejda. Who cares ?
Alla lil Tereża tal-Bambin Ġesu’, lil Eliżabetta tat-Trinita’ fawwarhom bl-għarfien dwar ir-rejalta’ tiegħU. Insomma Alla ntebah, li dawn qabel ma bdew din il-mixja lejH, huma bħala l-ewwel ġest, BATTLU S-SD card tagħhom, u meta Alla ra hekk, bla ħafna daqq ta’ trombi, huwa MLIELHOM S-SD CARD tagħhom, u meta ntebaħ li dawn kienu tant imxennqin għal aktar, huwa tahom sd card ġdida fjamanta ta’ 128 TB.
Iva tassew illi Alla jaħbi d-doni tiegħU lil dawk li jaħsbu li huma għorrief, jew jaħsbu li għandhom id-dehen, imma mbagħad ifawwar bil-ġid tiegħu lil dawk li jħossu li huma ċkejknin.
GĦALHEKK OĦT, GĦALHEKK HI, IXXENNAQ DEJJEM U BISSSSSSSSSS GĦAL ALLA, u BATTAL QALBEK MINN DAK KOLLU LI MHUX HU.