Ċelebrazzjoni tal-Ġublew tat-Tama fl-okkazjoni tal-100 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann Eudes

13/09/2025: Fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama u l-100 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann Eudes,  is-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan se jiċċelebraw dawn iż-żewġ avvenimenti nhar il-25 ta’ Settembru fis-7:30pm, permezz ta’ mixja mill-ġnien tas-Sorijiet lejn il-Knisja tal-Bon Pastur, fejn hemmhekk issir quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

L-għada sat-30 ta’ Settembru, se ssir adorazzjoni Ewkaristika kuljum mis-6pm sat-8pm fil-Knisja tal-Bon Pastur. Kuljum ikun hemm saċerdot preżenti għar-rikonċiljazzjoni.

Aktar ’il quddiem, bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru, Patri Michel Amouraux, Superjur Ġenerali tal-Patrijiet Ewdisti, ser imexxi seminar bl-Ingliż dwar l-Ispiritwalità Ewdista. Waqt is-seimar issir traduzzjoni għall-Malti. Is-seminar se jsir fis-Sala Families for Christ u kuljum jibda wara quddiesa fis-6pm.

Din iċ-ċelebrazzjoni hija stedina għall-komunità kollha biex tagħmel esperjenza ta’ tiġdid spiritwali permezz tal-pellegrinaġġ, l-adorazzjoni u l-formazzjoni.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading