V … Il-Missier iżomm kelmtu għal elf nisel u ma jħalli qatt lil uliedu neqsin mill-ħtiġijiet tagħhom. Ejjew inressqu quddiemu t-talbiet tagħna.
1. Xerred dejjem l-Ispirtu tiegħek fuq il-Knisja biex turi l-fedeltà fit-tagħlim u fit-twettiq tar-rieda tiegħek. Nitolbu
2. Kun mal-mexxejja ta’ pajjiżna biex iħaddmu l-awtorità f’għaqda sħiħa mal-valuri li tagħna Ġesù fl-Evanġelju. Nitolbu
3. Agħti kuraġġ u tama lil dawk li jħossuhom imbiegħda u waħedhom biex jafdaw lilek u lill-bnedmin. Nitolbu
4. Agħti lilna lkoll il-qawwa biex inżommu l-kelma li nagħtu lilek u lil xulxin, anke fi żminijiet diffiċli li l-ħajja tlaqqgħana magħhom. Nitolbu
V … Missier uri ħniena magħna, u inti li taf tajjeb id-dgħufija tagħna, agħdirna u saħħaħna biex ma naqtgħux qalbna fil-mixja tagħna lejk. Bi Kristu Sidna