V … Il-Missier ħalaq lill-bnedmin kollha fuq is-sura u x-xbieha tiegħu. Inressqu quddiemu t-talb tagħna sabiex ikollna l-għajnuna tiegħu ħalli naħdmu għall-ġustizzja bejnietna.
1. Saħħaħ il-ħidma tal-Knisja kollha fid-dinja, biex ma tieqaf qatt iġġib ‘il quddiem il-ġustizzja fost il-ġnus. Nitolbu
2. Idħol fil-qalb tal-mexxejja tad-dinja biex ma jiġri qatt li jaħqru l-bnedmin l-oħra biex jiksbu iktar ġid għalihom infushom imma għinhom jagħrfu l-valur kbir tal-ġustizzja fost kulħadd. Nitolbu
3. Kun ma’ dawk li jagħtu ħajjithom biex iġibu l-ġustizzja fost il-ġnus u bierek il-ħidma tagħhom. Nitolbu
4. Nissel fina lkoll interess ġenwin fil-ħtiġijiet ta’ dawk ta’ madwarna, biex mingħajr preġudizzji u interessi personali naħdmu għall-ġustizzja fl-ambjent fejn ngħixu. Nitolbu
V … Missier ġust, ilqa’ dawn it-talbiet tagħna u għinna nkunu ġusti kif jgħallimna Ibnek bil-kelma u bil-ħajja tiegħu. Bi Kristu Sidna