V … Imħeġġin mill-eżempju tal-pubblikan tal-Evanġelju, li b’verità ħares lejh innifsu u talab ħniena lil Alla, ejjew aħna lkoll nilqgħu il-maħfra ta’Alla filwaqt li nitolbuh il-bżonnijiet tagħna.
1. Għall-Knisja biex ma tieqaf qatt ixxandar l-Aħbar it-Tajba tal-ħniena ta’Alla għall-bnedmin. Nitolbu
2. Għall-mexxejja tal-popli biex jagħtu kas ta’ dawk li huma neqsin mill-meħtieġ għall-ħajja. Nitolbu
3. Għal dawk li jsibuha faċli jmaqdru lill-oħrajn biex jagħrfu jiċċekknu ħalli tkun int li tkabbarhom. Nitolbu
4. Għalina biex nitgħallmu iżjed nersqu quddiemek b’sinċerità u b’umiltà. Nitolbu
V … Missier, aħna nieqfu quddiemek b’qalbna sogħbiena għan-nuqqasijiet tagħna u nitolbuk ħniena. Ieqaf magħna u uri wiċċek lilna. Bi Kristu Sidna