Għajnuna lis-Seminaristi f’Artijiet tal-Missjoni

AVVIŻ MINN MISSIO MALTA

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni.

Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.

  • Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
  • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:            €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) ‑ €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Għajnuna Oħra:

  • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
  • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24
  • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
  • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36
  • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju ‑ €43
  • Paga ta’ għalliem fis‑seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48
  • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60
  • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115
  • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju jew żur http://www.missio.org.mt

GRAZZI MILL‑QALB

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading