V … Ħuti għeżież, aħna u nfakkru l-jum tad-dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran, ir-Ras u l-Omm tal-knejjes kollha tad-dinja, irressqu quddiem Alla l-Missier dawn it-talbiet tagħna filwaqt li ntennu: Ħares il-Knisja tiegħek, Mulej.
1. Għall-Papa u l-Isqfijiet, biex fi Spirtu ta’ għaqda jaħdmu ħalli dawk kollha li jemmnu fi Kristu, jinġabru f’merħla waħda taħt Ragħaj wieħed. Nitolbu
2. Għall-mexxejja tad-dinja, sabiex iħabirku ħalli l-bnedmin kollha ikunu ħielsa li jistqarru l-fidi tagħhom. Nitolbu
3. Għall-membri batuti tal-komunità Nisranija biex isibu fiha appoġġ u għajnuna fil-bżonnijiet tagħhom. Nitolbu
4. Għalina lkoll hawn miġbura, sabiex bl-imġiba qaddisa ta’ ħajjitna, il-Knisja tidher dejjem aktar sabiħa u bla tebgħa. Nitolbu
V … Ilqa’, o Alla, it-talb li qed nagħmlulek u agħmel li l-Knisja mxerrda fid-dinja kollha tibqa’ sħiħa fl-istqarrija tal-fidi u fl-imħabba. Bi Kristu Sidna.