Min jaqra dak li niktbu f’dan il-blog spiss jinnota dak li aħna bħala reliġjużi Tereżjani, pellegrini fuq din l-art, ninnutaw u nirriflettu dwaru.
Jiena dejjem niskanta u nibqa’ ħalqi miftuħ meta nħares madwari, u dan iwassalni biex bħal ma kienet tikteb il-Qaddisa tallum, Santa Eliżabetta tat-Trinita’, aktar tħossha komnda taħseb u tibda tgħix ma’ Alla u mal-kori tal-Qaddisin tas-Sema, milli tibqa’ tgħix fuq din l-art.
Jiena ninnota u nibqa’ ħalqi miftuħ, kemm aktar ma jkun hemm duħħan madwarna, aktar il-bniedem ikompli jfittex id-duħħan, u they make it a point li jibqgħu fid-duħħan.
Għal grazzja ta’ Alla, Malta hija mbierka b’temp li ma jeżistix ċpar bħalma ssib f’ċerti bliet barranin.
Minn igħix f’dawk il-bliet jieħu qata’ joħroġ barra, u speċjalment isuq, għax litteralment ma tarax.
B’danakollu min hu mdawwar biċ-ċpar li d-dinja li qegħdin ngħixu fiha tagħti, aktar ifittex li jibqa’ fiċ-ċpar, u saħansitra jibża jgħix fejn ma jkunx hemm ċpar.
Ġimgħa ilu kien hawn il-boat show. Nibqa’ skantat bl-interess li fiera bħal dik tħalli, imma NISKANTA L-AKTAR LI MIN JIĠI LEST LI JĦALLAS EUR 5 BIEX JIDĦOL F’DIK IL-FOLLA, F’POST RISTRETT, U L-KNISJA BIL-BIEB MIFTUĦ U BLA MA HEMM BŻONN TĦALLAS BILJET, TARA BISS WAĦDIET, u x’aktarx biex ‘jaraw’ il-Knisja u mhux biex jitolbu.
Il-bieraħ kienet l-ewwel ġimgħa tax-xahar, il-likes għal posts li tellajna fuq il-paġna fb Kunvent Santa Tereża, Bormla ma naqsux, numru mdaqqas ħadu sehem fil-Quddiesa, u wara ftit li tgħoddhom fuq id waħda biss li kienu kapaċi joqgħodu ftit ħin quddiem Ġesu’ Sagramentat.
Inkreddibli hux kif yachts jew power boats li jiswew l-mijiet ta’ eluf, forsi l-miljuni, huma katalisti tan-nies (tant li lesti jħallsu) aktar minn Alla li sar bniedem bħalna.
Ħobż sempliċi għażel Alla l-imbierek u sewwa għamel.
B’danakollu anki jekk id-dinja kollha tibqa’ miexja f’din id-direzjoni, jiena nitlob ‘l Alla li ma nitkaxkarx ma’ dan il-kurrent ‘modernista’ li fih il-bniedem qiegħed lilu nnifsu flok Alla.

Illum il-Knisja u l-Ordni tagħna qiegħed jiċċelebra b’Solennita’ l-Festa tal-Qaddisa Santa Eliżabetta tat-Trinita’. Għal dan il-għan fil-Knejjes tagħna ta’ Bormla u ta’ B’Kara, din il-Mistika ta’ żmienna ġiet armata kif jixraq.
Tfajla li mietet meta kellha biss 26 sena, eżattament bħal-għada filgħodu 119-il-sena ilu.
Tfajla li fl-adoloxxenza tagħha kienet telgħet fuq Transatlantiku u baqgħet skantata, imma li meta għamlet l-esperjenza ta’ Alla u ta’ Ommu Marija, mhux biss skantat, imma talbet li tissieħeb magħhom u max-xirka tal-Qaddisin. Tfajla li kienet ħadet sehem f’Expo tal-1900 li kienet saret ġewwa Pariġi (meta kien ġie inawgurat it-Torri Eiffel), imma li ħasset li dak l-ambjent ma kienx postha. Tfajla li kienet tilbes u tħit ilbies eleganti, imma li warbet kollox biex tilbes il-libsa sempliċi Tereżjana.
Illum nifirħu, imma ma nistgħux nieqfu hemm.
Illum lil oħtna Eliżabetta nitolbuha biex tibqa’ tassistina, kif kienet wiegħdet li se tagħmel ma’ Charles Hallo, guvni tamparha li kien ħa grazzja magħha bħalha tfajla, imma li hi għażlet lil Ġesu’, qabel ma għażlet lilu.

Ittra 342 Lil Charles Hallo
[Novembru 1906]
+ Ċkejken ħija,
Qabel ma mmur is-Sema, Eliżabetta tiegħek trid tgħidlek mil-ġdid bl-affett kollu tagħha u l-proġett tagħha li tassistik, jum wara jum, sa ma tingħaqad magħha fis-Sema. Charles għażiż tiegħi, irridek timxi fuq il-passi ta’ missierek, fil-fidi ħajja li tħares lir-rieda dejjem fidila. Int se jkollok xi battalji x’issostni, ċkejken ħija, se ssib ostakli fit-triq tal-ħajja, imma taqtax qalbek, sejjaħli. Iva, sejjaħ liċ-ċkejkna oħtok, b’dan il-mod int tkabbar il-ferħ tas-Sema tagħha: hi tkun ferħana li tgħinek toħroġ rebbieħ, li tibqa’ den ta’ Alla, tal-missier venerabbli tiegħek, ta’ ommok li tagħha int il-ferħ. Ma għadx għandi s-saħħa li niddetta dawn l-aħħar ridiet ta’ oħt li tant tħobb. Meta nkun qrib ta’ Alla, inġabar fit-talb, hekk insibu lilna nfusna aħjar. Se nħallilek midalja tar-rużarju tiegħi, ilbisha dejjem b’tifkira ta’ Eliżabetta tiegħek li se tħobbok aktar ġewwa s-Sema!
Santa Eliżabetta tat-Trinita’ Itlob għalina