Bejn il-5 u l-14 ta’ Diċembru 2025
Għal darb’oħra Missio Malta se joffri esperjenza ta’ spirtu globali tal-Milied waqt is-suq Natalis Notabilis fir-Rabat, Malta bejn il-5 u l-14 ta’ Diċembru.
Ir-rokna ta’ Missio hija teżor ta’ rigali uniċi u dekorazzjonijiet festivi, kollha jappoġġjaw il-ħidma vitali tagħna madwar id-dinja. Kull min jattendi jista’ jesplora l-għażla sabiħa ta’ presepji, kreazzjonijiet miżbugħin bl-idejn fejn kull presepju jirrappreżenta pajjiż differenti u joffri perspettiva unika dwar l-istorja tan-natività. Apparti l-presepji, Missio joffri oġġetti oħra miksuba b’mod etiku mill-ħanut tagħna Faith, Hope & Charity, ideali għar-rigali tal-Milied.
B’ħerqa kbira nħarsu ’l quddiem biex nerġgħu nilqgħu u naqsmu mal-pubbliku l-ferħ tal-Milied waqt Natalis Notabilis li jmiss.
Referenza … missio.org.mt
