Il-Papa Ljun dwar il-Magħmudija tal-Mulej

Daniel Borg dwar kliem fil-Papa Ljun XIV dwar din il-festa.

Illum il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-magħmudija tal-Mulej. Il-Papa jgħidilna li l-Vanġelu tal-lum (Mt 3, 13-17) ifakkarna kif beda s-sagrament tal-magħmudija. Imma iktar minn hekk il-Papa jinnotalna kif it-Trinita’ Qaddisa hija preżenti f’dan il-mument partikolari tal-Istorja.

U l-Papa jgħidilna li Alla ma jarax id-dinja mill-bogħod, imma jmiss ħajjitna, il-problemi tagħna, imma wkoll ix-xewqat tagħna. X’ħin Ġesu’ jmur jitgħammed għand Ġwanni dan jgħidlu: “inti tiġi għandi?” Imma Ġesu’ jmur jitgħammed bħal kwalsiasi midneb ieħor biex juri l-ħniena kbira ta’ Alla. L-Iben waħdieni ta’ Alla jiġi biex jaqdi u mhux biex jaħkem, biex isalva u mhux biex jikkundanna. Hu jieħu fuqu dak kollu li hu tagħna, inkluż id-dnub, u jagħtina dak li hu tiegĦu, il-grazzja ta’ ħajja ġdida u dejjiema.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02WnkEAQViiWjemKdYmF8k9RCU687Gw9YU2SbTU3kxy6ZbvQhymLYb3s4aByvs4sT5l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading