V … Missier qaddis, int bgħattilna l-Ħaruf t’Alla, Sidna Ġesù Kristu biex ikun Alla magħna. Għalhekk nitolbuk tisma’ t-talb tagħna.
1. Ħu ħsieb Mulej il-Knisja tiegħek preżenti fuq l-art biex kull nisrani jħalli l-Ispirtu tiegħek jgħammar fil-qalb tiegħu. Nitolbu
2. Ieqaf Mulej mal-qaddej tiegħek il-Papa biex dejjem jurina t-toroq tiegħek li jwassluna għas-salvazzjoni. Nitolbu
3. Tinsiex Mulej il-morda u dawk kollha li qed ibatu u wriehom li int qiegħed dejjem magħhom. Nitolbu
4. Nitolbuk għalina lkoll li nġbarna madwar l-artal tiegħek biex imqawwijin mill-Ispirtu qaddis tiegħek nagħrfu mmexxu ħajjitna skont il-volontà tiegħek. Nitolbu
V … Ilqa’ Missier dawn it-talbiet tagħna u agħmel li aħna dejjem inkunu ubbidjenti għas-sejħat tiegħek. Bi Kristu Sidna