V … Missier il-ħniena, inti wrejtna l-ħniena tiegħek f’Ibnek Ġesù Kristu. Għalhekk nitolbuk tisma’ dawn it-talbiet tagħna.
1. Mulej, int waqqaft il-Knisja tiegħek fuq is-sisien tal-Appostli. Nitolbuk biex tkompli tieħu ħsiebha ħalli dejjem tkun il-preżenza tiegħek fid-dinja. Nitolbu
2. Ħu ħsieb Mulej il-mexxejja tal-Knisja biex dejjem ikunu ragħajja qaddisin li jmexxu lill-imgħammdin fit-triq tas-sewwa. Nitolbu
3. Kun Mulej ma’ dawk li qed jaħdmu għall-ġustizzja u l-paċi fid-dinja biex dejjem iħossu lilek fil-ħidma tagħhom. Nitolbu
4. Nitolbuk Mulej biex tagħdirna u taħfrilna kull meta niżbaljaw kontrik u kontra l-proxxmu tagħna. Nitolbu
V … Missier, bierek lilna u l-familji tagħna biex dak li aħna nemmnu, naslu wkoll biex nistqarruh quddiem ħutna l-bnedmin. Bi Kristu Sidna.