Talb tal-interċessjoni. Ir-4 Ħadd matul is-Sena A

V … Missier l-aktar ħanin, fl-Evanġelju tal-lum aħna smajna kemm għandek għal qalbek lil dawk li jgħixu l-valuri li ġibilna Ibnek Ġesù. Għalhekk nitolbuk tilqa’ t-talb tagħna.

1. Nitolbuk għall-Knisja biex fid-dinja tgħix il-beatitudnijiet li għallimna l-Feddej. Nitolbu

2. Nitolbuk għall-mexxejja tagħna biex jagħrfu jmexxu l-valuri tiegħek f’kull sfera tas-soċjetà. Nitolbu

3. Nitolbuk għal dawk li huma fqar, imnikkta u li huma ppersegwitati biex inti tiddefendihom quddiem it-tiġrib. Nitolbu

4. Nitolbuk għalina biex dak li għallimna Kristu Ibnek ngħixuh kull mument ta’ ħajjitna. Nitolbu

V … Irroddulek ħajr, Mulej, għal dak kollu li qiegħed tagħtina u agħmel li aħna bih nagħtuk il-glorja li tistħoqqlok. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading