Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
Il-Qawwa li tbiddel tal-Ispirtu s-Santu
L-Ispirtu s-Santu li jinżel fuq l-Appostlu l-Knisja taħt forma ta’ riħ
Kulħadd qiegħed jiġi mħeġġeġ biex jibqa’ ġewwa minħabba dan ir-riħ qawwi li ġa beda juri l-forza tiegħU.

Dan ir-riħ ifakkarna FIL-QAWWA TAL-ISPIRTU S-SANTU.
L-Ispirtu Santu, peress li huwa Spirtu Perfett (bħal Missier), u allura ma għandux ġisem bħalna għandna aħna l-bnedmin, biex inkunu nistgħu narawH, huwa f’xi ċirkustanzi deher fostna taħt forma ta’ ħamiema (bħal fil-Vanġelu tal-bieraħ) jew deher taħt forma ta’ sħaba, jew ta’ ilsna tan-nar jew taħt forma ta’ żiffa ħelwa.
Ir-riħ nafu li JBIDDEL kull ma jsib fi triqtu.
Jekk aħna ma mmorrux f’xi rokna għal kenn, l-Ispirtu s-Santu KAPAĊI JBIDDLEK, bħalma biddel lill Appostli, li minn rġiel jibżgħu minn dellhom, għamilhom xandarha kuraġġużi tiegħU.
Għal-irdoss tas-sodda u ta’ darek filwaqt li oħrajn iridu jibqgħu barra
Meta dal-lejl tkun qiegħed imgeżwer taħt il-friex, ftakar fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u x’kapaċi joħloq bik jekk int ma tkomplix taħrab mil-Qawwa li tibiddel tiegħU.
Ftakar ukoll f’dawk li ma jistgħux jkunu bħalek għal kenn taħt il-friex, u għalhekk inħeġġek tgħid talba għalihom.
Ftakar ukoll f’dawk il-povri għasafar tal-bejt u ħamiem li jridu jibqgħu barra waqt li jipprovaw jorqdu fuq sieq waħda fuq siġra li tkunu sejra minn naħa għall oħra.
U la qegħdin f’dan, tafu għala l-għasafar tal-bejt, il-ħamiem u ħafna għasafar oħra jorqdu fuq sieq waħda?
Sempliċi għax ma għandhomx kalzetti……
Mhux qiegħed niċċajtha…..
L-għasafar huma mgħottijin kollha rix, imma saqajhom ma għandhomx rix u għalhekk iħossu l-bard fihom. Bil-lejl biex ikunu jistgħu jorqdu, sieq minnhom itellgħuha qalb ir-rix, jiġbru subajhom ġewwa għal kenn tar-rix u jieħdu nagħsa, waqt li joħolmu kif jistgħu jinnitjaw ġurnata par kalzetti……
Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla
U aħna flok nirringrazzjaw ‘l Alla għal dak kollu li hu għamel magħna, inkomplu nibnu l-bombi atomiċi/nuklejari u nkomplu rridu artijiet u gżejjer li mhumiex tagħna, u biċ-ċajt iċ-ċajt sejrin ninneskaw fi żmien mhux tant ‘il bogħod it-Tielet Gwerra Dinjija.
Issa inutli nistaħbew fix-xelters għax jekk jibdew jintużaw dawn il-bombi atomiċi u nuklejari, bħal Hiroshima se jiġrilna, u nispiċċaw barbeque bla ma jtina ċans ngħidu l-att tal-indiema l-qasira……
Ma……….. x’biża’……
L-aħwa kemm għandna bżonn nitolbu għal paċi.
Waqt li tisma r-riħ ivenven għid GRAZZI LIL MULEJ TALLI QIEGĦED/QIEGĦDHA GĦALL-IRDOSS TA DAREK U TAS-SODDA TIEGĦEK…….