Digriet tal-Konċilju Vatikan II dwar l-Appostolat tal-Lajċi. 18 Novembru 1965.
Fl-ewwel katekeżi tiegħu għas-Sena 2026, il-Papa Ljun XIV għamlilna din l-istedina:
“Wara s-Sena Ġubilari, li matulha waqafna fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù, qed nibdew ċiklu ġdid ta’ katekeżijiet li se jkun iddedikat lill-Konċilju Vatikan II u lill-qari mill-ġdid tad-Dokumenti tiegħu. Hija okkażjoni prezzjuża biex niskopru mill-ġdid il-ġmiel u l-importanza ta’ din il-ġrajja ekkleżjali.”
Wieħed mis-sittax-il dokument tal-Konċilju huwa dedikat esklussivament għall-Appostolat tal-Lajċi. Hawn taħt qed nwasslu dan id-dokumentarju qasir bil-Malti li konna produċejna fl-2012, f’għeluq il-50 sena mill-bidu tal-Konċilju.
Sal-lum għaddew 13-il sena oħra u Vatikan II għalaq 60 sena minn tmiemu. Imma d-dokumenti tiegħu u fuq kollox l-ispirtu tiegħu għadhom meħtieġa sal-lum.
Minn hawn tista’ taqra dan id-dokument bil-Malti … https://www.laikos.org/vat2_apostolicam-actuositatem_ver2016.htm
Minn hawn tista’ ssib taqsima sħiħa ta’ riżorsi oħra dwar il-Konċilju, inkluż ukoll id-dokumenti l-oħra kollha bil-Malti … https://www.laikos.org/vat2/