V … Missier, ħallieq ta’ kollox, inroddulek ħajr ta’ dak kollu li inti tagħmel magħna, għalhekk nitolbuk biex tħarisna u tisma’ t-talb tagħna.
1. Mulej, ħares il-Knisja tiegħek minn dak kollu li jfixkilha biex tkompli twettaq il-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni fid-dinja. Nitolbu
2. Mulej, qaddes bil-barka u l-għerf tiegħek lil dawk kollha li f’idejhom hija fdata it-tmexxija tal-ġnus. Nitolbu
3. Mulej, ipproteġi lit-tfal u żgħażagħ tagħna minn kull deni u pprovdilhom edukaturi li jiffurmawhom. Nitolbu
4. Mulej, ħares lilna wkoll minn kull deni u agħmel li nużaw dejjem is-sensi tagħna għall-ġid tagħna nfusna u tal-oħrajn. Nitolbu
V … Filwaqt li nirringrazzjawk Mulej, aħna nwegħduk li nagħtu widen għal dak li qalilna Ibnek Ġesù fl-Evanġelju tal-lum. Bi Kristu Sidna