Kitba ta’ Joe Galea
Is-Salib tal-Logħob Olimpiku u Paraolimpiku wasal f’Milan qabel ma bdew il-Logħbiet Olimpiċi tax-Xitwa, hekk li ġabu messaġġ ta’ unità, fidi u paċi.
Is-Salib ġie milqugħ fil-Bażilka ta’ San Babila u se jibqa’ hemm bħala post ta’ talb għall-atleti, il-ħaddiema u l-uffiċjali kif ukoll għal dawk li jkunu hemm għal dawn il-Logħbiet. Il-Papa Ljun XIV bagħat messaġġ fejn esprima t-tama li l-kompetizzjoni f’dawn l-Olimpjadi se tibni pontijiet bejn il-popli u tippromwovi solidarjetà fi żmien li hu sejjaħ ta’ Paċi Olimpika.