Mons. Pawlu Cremona: qaddej ġwejjed tal-Mulej u ta’ umiltà kbira. Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-Tlieta, 3 ta’ Marzu 2026: Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’quddiesa b’suffraġju għall-Arċisqof Pawlu Cremona. Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, Imdina.

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Il-kelma li jagħtina Ġesù jfakkarna ħafna f’dak li għalih qegħdin hawn għat-tislima tagħna u t-talb tagħna b’suffraġju tal-Arċisqof Pawlu Cremona li fostna mexa bħala qaddej tal-poplu tiegħu. L-ebda wieħed u waħda minna ma niftakruh għall-vanità tiegħu jew għall-frugħa tiegħu; imma l-Mulej tahulna bħala qaddej ġwejjed, ta’ umiltà kbira, ta’ sens prattiku kbir, ta’ mħabba kbira.

Aħna nitolbu ħafna għalih u f’dan il-mument fejn qed joqrob l-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu nitolbu wkoll għal ruħu u nitolbu biex il-Mulej ikompli jberikna b’rgħajja bħalu,  rgħajja skond il-qalb tal-Mulej.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem. Amen

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Qari tal-quddiesa
Qari I: Iż 1:10,16-20
Responsorju: S 49 (50):8-9,16bċ-17,21,23
L-Evanġelju: Mt 23:1-12

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading