Talb tal-interċessjoni. Is-6 Ħadd tal-Għid

V… Ċerti mill-imħabba tal-Missier lejna, induru lejh u noffrulu t-talb tagħna, hekk kif qegħdin nippreparaw ruħna biex nilqgħu l-Ispirtu Qaddis tiegħu. Ngħidu flimkien: Mulej, isma’ t-talba tagħna.

1. Għall-Knisja, sabiex immexxija mill-Papa Ljun u l-isqfijiet kollha, twassal il-ferħ tal-Evanġelju u tmexxi lid-dinja lejn il-messaġġ ta’ mħabba, rikonċiljazzjoni u paċi ta’ Kristu. Nitolbu

2. Għall-mexxejja tad-dinja biex ifittxu l-paċi, iżommu l-ġustizzja, u jipproteġu d-dinjità tal-emarġinati u ta’ kull min qiegħed jiġi sfruttat. Nitolbu

3. Għal kull min għaddej minn żmien ta’ solitudni u tbatijiet oħra sabiex isibu persuni li jakkumpanjawhom u jgħinuhom jgħixu dan iż-żmien b’fidi u b’ħafna sabar. Nitolbu

4. Għalina lkoll biex inħallu l-Ispirtu s-Santu jmexxina lejn il-verità, u biex l-imħabba tagħna għal xulxin tkun xhieda għas-soċjetà. Nitolbu

V… O Alla ħanin, int trid twassalna għall-verità sħiħa. Isma’ t-talbiet li qegħdin inwasslulek illum hekk kif qalbna hi mimlija bil-qawwa ta’ Kristu Rxoxt. Dan nitolbuhulek bi Kristu Sidna.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading