Minn Joe Galea
Dan hu fuljett maħsub biex jgħin lit-tfal li dalwaqt se jirċievu l-Ewwel Tqarbina u jgħin ukoll lill-ġenituri tagħhom. Issa li fadal ftit ġranet sal-Ewwel Tqarbina fil-parroċċi tagħna, tajjeb li kull ġurnata tkun pass żgħir biex tikber fit-tfal ix-xewqa li jirċievu lil Ġesù u jirċevuh bl-aħjar mod. L-aħjar li nżommu ħdejna dan il-fuljett biex kultant naqraw xi paragrafu minnu għaliex fih pariri li jistgħu jkunu ta’ ġid kemm għat-tfal kif ukoll għall-familji tagħna.
