QUDDIESA FIL-PARROĊĊA TA’ SANTA MARIA DELLA VISITAZIONE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 20 ta’ Jannar 1985
1. “Hawn jien”.
Nisimgħu din il-kelma fil-qari meħud mill-ewwel Ktieb ta’ Sanwel, imma, fis-sewwa, nisimgħuha fil-liturġija kollha tallum: “Hawn jien”.
Hekk iwieġeb iż-żagħżugħ Samwel, imqajjem f’irqadu mis-sejħa: “Samuel, Samuel!” huwa kien rieqed fit-tempju tal-Mulej, fejn kienet tinsab l-arka tal-patt, u kien konvint li b’din is-sejħa kien sejjaħlu ħdejh l-anzjan saċerdot Eli.
Iżda Eli ma kienx sejjaħlu.
Kien sejjaħlu l-Mulej. Kien sejjaħlu tliet darbiet. Kull darba ż-żagħżugħ wieġeb: “Hawn jien”, bil-ħsieb li din kienet is-sejħa ta’ bniedem. Kien biss ir-rabà darba li ntebaħ li dak li kien qiegħed isejjaħlu kien il-Mulej.
U kull darba Samwel, konvint li qiegħed iwieġeb lil bniedem, kien iwieġeb lil Alla: “Hawn jien”. Ir-rabà darba, meta issa kien jaf, qal: “Tkellem (o Mulej), għaliex il-qaddej tiegħek qiegħed jisimek” (1 Sam 3, 10).
2. Il-liturġija tallum trid tgħallimna – u dan tagħmlu b’mod profond ħafna – li hemm bżonn li lil Alla nwieġbuh dejjem: “hawn jien”, li għandna nkunu lesti għas-sejħa tiegħua.
Jgħallimna dan qabel kollox Ġesù Kristu.
Qlubna għadhom mimlija bid-dawl tat-twelid tiegħu fil-lejl ta’ Betlem.
Propju f’dak il-lejl, Ġesù juri bil-preżenza tiegħu fost il-bnedmin dak li kien qal dwaru, bi spirtu profetiku, is-salmista: “Int ma tgħaxxaqtx b’sagrifiċji u offerti: imma widnejja inti ftaħtli. Ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u ta’ tpattija. Imbagħad jien għidt: “Hawn jien, ġej”. Fil-bidu tal-ktieb, hemm miktub dwari li nagħmel ir-rieda tiegħek. Alla tiegħi, dan jogħġobni: il-liġi tiegħek ġewwa” (Ps 39 (40), 7-9).
“Hawn jien – ġej” tesprimi il-preżenza, tesprimi wkoll il-prontezza.
“Hawn jien”, fil-prospettiva tal-Verb Inkarnat, tfisser: hawn jien ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek.
Iż-żagħżugħ Samwel, li billejl fit-tempju tal-Mulej kien qam f’b’salt wieħed ihktar minn darba jwieġeb “hawn jien”, xtaq iwettaq ir-rieda tas-superjur tiegħu: xtaq iwettaq ir-rieda ta’ Alla.
Iż-żagħżugħ Samwel għex fit-tempju tal-Mulej skont il-prospettiva tal-Verb Inkarnat: tal-Iben li ġie biex iwettaq ir-rieda tal-Missier.
3. U fl-istess prospettiva kienu mibgħuta id-dixxipli ta’ Ġwanni Battista, wara l-magħmudija ta’ Ġesù fil-Ġordan, Dwar dan jitkellem il-qari tallum meħud mill-Vanġelu ta’ San Ġwann.
Ġwanni Battista wera lil Ġesù u qal: “Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla!” (Io. 1, 36). Din l-espressjoni tindika lil Dak li ġie biex jagħmel ir-rieda tal-Missier: “Ubbidjenti sal-mewt u sal-mewt tas-salib” (Phil. 2, 8).
Id-dixxipli ta’ Ġwanni Battista isegwu lil Ġesù. Jistaqsu fejn joqgħod. Wieħed minnom, Indri, jieħu għand Ġesù lil ħuh Xmun, billi jħabbarlu: “Sibna l-Messija” (Io. 1, 41), u “Messija” tfisser il-Midluk ta’ Alla: Dak li skont is-Salmista, jgħid lill-Missier: “Hawn, jien ġej”.
Indri u Xmun jersqu lejn Dak li “jiġi”. Lejn Dak li għalina lkoll jgħid lill-Missier: “Hawn jien”.
Indri u Xmun huma disposti li jibqgħu miegħu u li jsegwuh. Ġesù jgħid lil Xmun: “Se nsemmik Kefa ((li tfisser Pietru)” (Ibid. 1, 42).
4. Il-liturġija ta’ dan il-Ħadd tgħallimna ngħixu fil-preżenza ta’ Alla.
Dak li jgħix fil-preżenza ta’ Alla huwa dejjem dispost li jgħidlu: “Hawn jien”.
Il-kelma “hawn jien” donnha tesprimi biss il-“jien” tiegħi. Imma, fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla tal-liturġija tallum, hija għandha tifsira oħra iktar important u iktar mimlija. Il-kelma “jiena preżenti”, “hawn jien”, tesprimi preżenza-quddiem: quddiem l-oħrajn, imma qabel kollox quddiem Alla.
Din hija problema għal kollox fundamentali. Ikun tajjeb li niftakru partikular tal-Ktieb tal-Ġenesi.
Meta, wara d-dnub, jiġifieri wara l-ewwel diżubbidjenza lejn il-Ħallieq u Missier, Alla jistaqsi lil Adam: “Fejn int?”, jirċievi t-tweġiba: “Staħbejt” (Cfr. Ġen. 3, 8-10).
Adam fittex li jinfired minn Alla: li jinnega l-preżenza tiegħu quddiem Dak li huwa omnipreżenti; li jċajpar l-għarfien tiegħu li jippenetra kollox, saħansitra l-irkejjen l-iktar intimi tal-qalb umana.
“Jiena preżenti, hawn jien” tfisser: Nibqà fil-preżenza tiegħek, o Alla li “tiskrutinizzani u li tafni” (Ps. 138 (139), 1). B’dan il-mod il-liturġija tallum tgħallimna biex nibqgħu fil-preżenza ta’ Alla; li ma naqtgħux dak l-irbit li hemm miktub fl-iktar fond tal-eżistenza ta’ kull wieħed u waħda minna.
Tkun trasparenti quddiem Alla. Tgħix fil-verità, qabel kollox fil-verità tal-kuxjenza retta.
Fl-aħħarnett, tkun dispost għas-sejħa tiegħu. Bħal Samwel. Bħal Indri u Xmun Pietru.
5. L-“hawn jien” nisranija tagħna tinserixxi ruħha bla ma taqtà fil-“Jien Preżenti” ta’ Ġesù Kristu, li meta ġie fid-dinja jwettaq il-profezija tas-Salm: “Li nagħmel ir-rieda tiegħek. Alla tiegħi. Dan jogħġobni” (Ps. 39 (40), 9; cfr. Lhu. 10, 7).
L-“hawn jien” umana u nisranija tagħna quddiem Alla hija magħquda mal- “Jien Preżenti” feddejja u redentriċi ta’ Ġesù Kristu. Din xterdet u mliet kullimkien.
Il-“jien” tagħna xtered u mela kullimkien. Il-“jien” kollu tagħna huwa mifdi.
Dan huwa espress, fil-liturġija tallum, meta San Pawl jistaqsi: “Ma tafux li ġisimkom huma membru ta’ Kristu?”, u jżid: “Ma tafux li ġisimkom huwa tempju tal-Ispirtu Santu li jinsab fikom u li għandkom minn Alla, u li intom m’intomx tagħkom infuskom? Infatti intom kontu mixtrija bi prezz għoli. Mela agħtu ġieh lil Alla permezz ta’ ġisimkom” (1 Cor. 6, 15. 19-20).
Ħalli mela nieqfu fuq dan il-kliem tal-Appostlu. Ejjew nimmeditawh. Ejjew nimmeditawh iktar minn darba.
Wieħed minnu jara kemm rikkezza hemm moħbija fl-“hawn jien” nisranija tagħna: “Hawn jien” quddiem Alla, jiena preżenti.
Din ir-rikkezza toħroġ mill-fatt li bl-opra ta’ Ġesù Kristu huwa preżenti fina, b’mod ineffabli, Alla: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu. Fil-“jien” uman. F’ruħna u f’ġisimna.
Ejjew nieqfu fuq dan il-kliem tal-Appostlu. Ejjew nimmeditawh.
Ejjew nitgħallmu wkoll, permezz tal-elokwenza ta’ dan il-kliem, inwieġbu b’mod kostanti lil Alla: “Hawn jien”, biex ngħixu fil-preżenza tiegħu, biex inkunu disposti li nwettqu r-rieda tiegħu.
6. Għeżież ħuti! F’dan il-Ħadd ridt niġi f’nofskom bl-istess spirtu tal-meqjum Prediċessur tiegħi Pawlu VI, li kien hawn fostkom nhar it-18 ta’ Marzu 1972; bħalu jien ukoll nixtieq inwasslilkom u nikkomunikalkom il-ferħ tal-fidi nisranija u ndaħħal fikom kuraġġ, sabiex tgħixuha u tipprofessawha, jum wara jum, fiċ-ċirkustanzi kollha u fl-ambjenti li fihom tistgħu ssibu ruħkom.
Nixtieq f’din iċ-ċirkustanza sinifikattiva tal-vista pastorali, nindirizza tislima ta’ mħabba lill-Kappillan tagħkom, l-għażiż u żelanti Monsinjur Gregorio Pirro (dun Gregorio), li mill-1956 bl-entużjaħmu u d-dedikazzjoni tiegħu ikkontribwixxa biex titwieled u tikber il-parroċċa tagħkom, kemm mill-aspett estern, imma ferm iktar f’dak awtentiku u intern. Maġembu nixtieq insellem lill-Viċi-kappillan dun Nikola Loiudice, li mill-1976 bi tjieba eżemplari jikkollabora b’mod instankabli għall-maturazzjoni nisranija tagħkom.
Tislima mill-qalb lill-4500 familja u lill-15000 fidil, li jiffurmaw din il-“Familja ta’ Alla” tagħkom, afdata lill-protezzjoni tal-“Verġni Santissma tal-Viżitazzjoni”; ħsieb ta’ konsiderazzjoni jmur għall-missirijiet u l-ommijiet, għaż-żgħażagħ maskili u femminili, għat-tfal subien u bniet, għall-anzjani u għal dawk li jbatu fil-ġisem u fir-ruħ.
Kelma ta’ tifħir u ta’ nkuraġġiment nixtieq nindirizza lis-Sorijiet Piccole Missionarie del Sacro Cuore, li jieħdu ħsieb l-Iskola Materna, tal-Katekeżi u tal-attivitajiet parrokkjali, lill- Figlie della Carità di San Vincenzo de’ Paoli, li jassistu lill-foqra u lill-morda taż-żona u li jagħtu l-kontribut tagħhom għall-katekeżi tat-tfal’ lis-Sorijiet Vocazioniste, ukoll huma mpenjati fil-katekeżi.
L-apprezzament tiegħi ħaj u sinċier imur għad-diversi gruppi parrokkjali: għall-Katekisti, għall-’Apostolat tat-Talb, għall-gruppi tal-katekeżi, iffurmati minn adoloxxenti,żgħażagħ u adulti impenjati fis-smigħ u fil-meditazzjoni tal-kelma ta’ Alla.
7. Din tagħkom hija parroċċa “żagħżugħa”, u allura hija mimlija żelu u tkabbir. Fl-1956 bdiet bħala “Vicecura” u kien fiha biss 700 familja. hija issa tifkira mbegħda dik tal-prefabrikat tal-injam, li kien jinkludi l-Kappella u xi ambjenti żgħar għall-attivitajiet parrokkjali. Diġa fl-1961 kienet lesta awla wiesà taħt il-livell tat-triq tal-arja ddestinata għall-knisja futura; u fl-aħħar fl-1971 il-knisja l-ġdida, li fiha llum ninsabu miġbura, kienet ikkonsagrata.
Nawgura li dan it-tempju, għoli u spazjuż u modern, ikun dejjem u ferm iktar ċentru veru ta’ talb adoranti, ta’ smigħ kontinwu, reliġjuż tal-Kelma ta’ Alla, ta’ ħajja sagramentali, partikularment permezz tas-sehem komunitarju, konxju u attiv, fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, f’sors, ċentru u quċċata tal-eżistenza nisranija.
IL-Madonna Santissma, titular u protettriċi tal-komunità parrokkjali tagħkom, tkun dejjem ta’ mudell: meta fl-Annunzhazzjoni hija tilqà l-Kelma tal-Mulej u, għall-“fiat” tagħha – “hawn jien” – issir il-veru Tempju ġdid , il-vera Arka tal-Patt, minħabba li l-Iben Etern ta’ Alla inkarna ruħu fil-ġuf verġinali tagħha, bil-għaġġla tqum biex tmur għand qaribta anzjana Eliżabetta biex tagħtiha għajnuna delikata u attenzjoni amorevoli.
Il-“Verġni tal-Fiat” hekk issir il-“Verġni tal-Viżitazzjoni”, miftuħa u disponibli għal dawk fil-bżonn, għall-preokkupazzjonijiet, għad-duluri u għad-dwejjaq tal-oħrajn.
L-impenn personali u komunitarju kontinwu tagħkom fil-korrisponsabiltà tal-ħajja tal-parroċċa, fl-inizjattivi differenti kollha apostoliċi u pastorali, isibu għajnuna u serħan fl-eżempju ta’ Marija.
8. Nixtieq intemm din l-omelija, li tmiss il-kusjonijiet fundamentali tal-eżistenza nisranija tagħna, billi nirrepati l-kliem tal-ewwel dixxipli, li segwew lil Kristu: “Sibna l-Messija, li tfisser lil Kristu”: (Io. 1, 41); il-grazzja u l-verità se jiġu permezz tiegħu (Cfr. ibid. 1, 17)
Fih u Bih, kien mogħti lilna li nkunu nistgħu ngħidu b’mod kostanti lill-Missier: “Hawn Jien”.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb