Ġwanni Pawlu II fl-450 sena tal-Evanġelizzazzjoni tal-Ecuador (1985)

VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
QUDDIES GĦALL-450° ANNIVERSARJU
TAL-EVANĠELIZZAZJONI TAL-ECUADOR

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 1985

Sinjur kardinal, ħuti fl-episkopat, awtoritajiet, għeżież ħuti.

1. “Intom tkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħkom” ( 36, 28). B’dan il-kliem meħudmill-ewwel qari tal-liturġija tallum, nixtieq nikkommemora dan il-jum important fl-istorja tal-evanġelizzazzjoni tal-Ekwador. Bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja fis-sedja ta’ San Pietru, iqanqal fija ferħ kbir il-fatt li ninisab hawn magħkom ilkoll.  Sejrin niċċelebraw l-Ewkaristija, ċentru tal-ħajja liturġika tal-Knisja, li minn ġenerazzjoni għal oħra sostniet il-fidi, it-tama u l-imħabba ta’ dan il-poplu, magħqud bħala komunità ekkleżjali madwar l-ewwel episkopat tal-Ekwador, preċiżament dak ta’ Quito. Hawn l-ewwel missjunarji ċċelebraw għall-ewwel darba s-sagrifiċċju mqaddes, fil-post li fih illum insibu l-kappella storika ta’ Cantuña.

F’din is-sedja episkopali ta’ Quito, flimkien mar-ragħaj tagħkom, il-kardinal arċisqof, ma’ ħuti fl-episkopat, mas-saċerdoti, mar-reliġjużi, mal-lajċi tad-diversi movimenti ekkleżjali u mal-poplu kollu kattoliku tal-Ekwador, ngħolli l-iżżi ħajr lil Alla wieħed u tlieta għall-frott abbundanti ta’ dawn l-450 sena ta’ avanġelizzazzjoni mibdija f’dawn it-territorji ftit għaxriet ta’ snin wara l-wasla ta’ Kristofru Kolombo fid-dinja l-ġdida.

2. F’isem is-Santissma Trinità, Kristu rxoxt,, meta wasal il-waqt li jerġà lura għand il-Missier u wara li kien wettaq l-missjoni messjanika tiegħu fid-dinja, bagħat lill-Appostli tiegħu billi qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Santu” (Mt 28, 18-19). U żied: “Għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena dejjem magħkom sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28, 20).

L-appostli ta’ Kristu, u mbagħad is-suċċessuri tagħhom, wettqu l-mandat tal-Mulej irxuxtat u komplew minn ġenerazzjoni għal oħra, billi għamlu dixxipli fost il-popli kollha. Bħalma ż-żerriegħa tal-qamh taqa fl-art u timbet, hekk iż-żerriegħa tal-Vanġelu nżergħet fir-ruħ fertili tal-popli l-ġodda li, dejjem iktar numerużi rċivew il-Magħmudija fl-isem tat-Trinità Qaddisa. Huma; waqt li aċċettaw lil Kristu, bħala mulej u salvatur, daħlu fil-familja ta’ wlied Alla, il-Knisja.

3. B’dan il-mod waslet biex titwettaq, ukoll fost il-popli tal-kontinent Amerikan imwielda fil-fidi, il-profezija ta’ Eżekjel li smajna fl-ewwel qari: “neħodkom minn fost il-ġnus u niġmagħkom mill-artijiet kollha, u nerġa ndaħħalkom f’artkom. U nroxx fuqkom ilma safi, u tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom u mill-idoli kollha tagħkom” (Ez 36, 24-25).

Il-wegħda tal-Mulej twettqet, u hekk hu li l-popli kollha tad-dinja l-ġdida jqumu bħala l-poplu l-ġdid, il-poplu ta’ Alla: “U tgħammru fl-art li jiena tajt lil missirtjietkom: intom tkunu  l-poplu tiegħi u jien inkun Alla tagħkom a” (Ez 36, 28).

4. Dak li l-profeta Eżekjel kien ħabbar, billi kellu quddiem għajnejh lill-Iżrael tal-patt il-qadim, seħħ fil-patt il-ġdid; wara ħmistax-il seklu mill-miġja ta’ Kristu, il-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni ħa l-ħajja fostkom, billi beda mill-antenati tagħkom.

Infatti, skont ir-rapporti, fl-1534 twaqqfet il-belt indospanjola ta’ San Francisco fi Quito, bl-iskop biex tevanġelizza. Għaxar snin wara, dik il-komunità kienet mgħollija għal dijoċesi. Id-“duttrini”, antiċipazzjonijiet tal-parroċċi futuri, immultiplikaw f’idejn ir-reliġjużi  franġiskani, dumnikani, agostinjani u merċedari. U wara għoxrin sena, minn din il-komunità ekkleżjali mgħollija għal dijoċesi twieldet politikament ir-Real Audiencia ta’ Quito, id-29 ta’ Awissu tal-1563.

Assoċjaw ruħhom fl-attività evanġelizzjatriċi wkoll ir-reliġjużi tal-Kumpanija ta’ Ġesù, l-opra ekkleżjali tagħti ħajja għal xibka ta’ skejjel u liċej; għall-università dumnikana ta’ San Fulgenzio u għal dik ġeswitika ta’ San Gregorio, għall-arti tal-iskola“quiteña” u għall-qdusija ta’ Mariana de Jesús; għall-opra missjunarja fiż-żomi amażżoniċi fejn messaġġieri tal-Vanġelu xehdu lil Kristu bil-martirju.

Fl-Ekwador republican, is-saċerdoti dijoċeżani, ir-reliġjużi rġiel u nisa u s-sekolari eminenti mpenjati jestendu u jsostnu, mill-bidu tad-dsatax-il seklu sal-ġurnata tallum, il-fiżjonomija kristjana u kulturali tan-nazzjon tagħkom.

5. Wara dawn l-450 sena ta’ evanġelizzazzjoni, u għad-dehra tal-frott li l-kelma ta’ Alla u l-azzjoni tal-Ispirtu Santu immaturaw fil-maħbuba art twelidkom, bħala suċċessur ta’ san Pietru nimla ruħi bil-ferħ li hawn, f’San Francisco ta’ Quito, nista nirrepeti, il-kliem tal-prinċep tal- appostli, li smajna fit-tieni qari: “Intom ġens mħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta dak lu sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb… intom il-poplu ta’ Alla . . . sibtu l-ħniena tiegħu” (1 Pt 2, 9-10).

Nazzjon ikkonsagrat. Iva. Dan in-nazzjon, diġa ghal iktar minn seklu, ikkonsagra ruħu lill-Qalb ta’ Ġesù. Għadu jidwi f’tant qlub l-eku tal-att tiegħu ta’ konsagrazzjoni: “Dan huwa l-poplu tiegħek, Mulej, Se jagħrfek dejjem bħala Alla tiegħu, Mhux se jdawwar għajnejh lejn kewkba oħra jekk mhux din ta’ mħabba u ħniena li tiddi f’nofs sidrek, santwarju tad-divinità , arka ta’ qalbek”.

Dik il professjoni sollenni ta’ fidi popolari tonora dan in-nazzjon li jgħodd fost uliedu eżempji llustri ta’ qdusija, bħal Santa Marjana ta’ Ġesù, il-qaddis Fra  Miguel, Madre Mercedes ta’ Ġesù Molina, li se jkolli l-pjaċir li nipproklamaha beata pitgħada, fi Guayaquil. Dawn huma l-frott magħżul tal-evanġelizzazzjoni tal-Ekwador. Huma jinkuraġġixxu u jservu ta’ mudell lil tant ulied maskili u femminili tal-Knisja li llum iridu f’ħajjithom isegwu fedelment lil Kristu, jikkonsagraw ruħhom lilu u lill-bnedmin, għalih.

Għeżież ħuti, ilqgħu bħala pleġġ ta’ fedeltà l-ħniena ta’ Alla l-Missier, li fih kontu msejħa biex tieħdu sehem fil-ħajja divina fi Kristu, u kontu magħmula tempji tal-Ispirtu tiegħu. Intom il-poplu mħabbar mill-Profeta Eżekjel li jimxi lejn il-Missier permezz ta’ Kristu fl-Ispirtu Santu (cf. Lumen gentium, 4). Intom parti mill-Knisja, ġisem mistiku ta’ Kristu, Redentur tad-dinja.

6. F’dan il-jum ferrieħi li fih ngħollu l-iżżi ħajr tagħna lil Alla għall-450 sena tal-evanġelizzazzjoni, nixtieq inħaddan ma’ qalbi u bit-talb tiegħi il-Knisja kollha ta’ Quito li rniexja lejn il-Missier; il-Knisja kollha fl-Ekwador. Il-Knejjes kollha li matul dan iż-żmien għenu b’persuni u mezzi.

Din l-Ewkaristija li qegħdin niċċelebraw fil-kapitali tan-nazzjon, tgħaqqad madwar l-altar fidili ġejjin mill-irkejjen kollha tal-Pajjiż. Bħaż-żerriegħa tal-qamħ jingħaqdu biex jiffurmaw il-ħobż ewkaristiku, hekk jingħaqdu l-Ekwadorjani hawn mar-rgħajja tagħhom madwar il-Papa, biex ikunu mwettqa fil-fidi, biex iqawwu t-tama, biex jixhdu b’imħabba ir-riżoluzzjoni tagħhom ta’ fedeltà lil Kristu. Mill-pjanura amazzonika sax-xatt, mill-belt u mill-kampanja, mill-Andi u mill-pjanura, ulied dan il-Pajjiż, li jinsab f’nofs id-dinja, illum jingħaqdu biex jgħollu lejn Alla innu ta’  iżżi ħajr għad-don tal-fidi.

Ladarba ġejt biex inżur lil kulħadd, ukoll jekk ma nistax inmur fil-postijiet kollha, minn dan l-altar, simbolu ta’ għaqda ta’ fidi komuni, nindirizza lil kulħadd it-tislima tiegħi ta’ paċi, ta’ mħabba, ta’ komunjoni fi Kristu, li sejħilna “mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb” (1 Pt 2, 9).

Lir-rgħajja u lill-fidili tal-provinċji ekkleżjastiċi ta’ Quito, ta’ Cuenca u ta’ Guayaquil, bid dijoċesijiet suffraganji rispettivi tagħhom; lil dawk tal-prelatura ta’ Los Rios, tal-prefatturi u l-bigarjati apostoliċi; lil dawk tal-kontinent u tal-gżejjer tal-Paċifiku. Lill-popolazzjonijiet indiġeni u għall-bqija tal-abitanti; għat-tfal, għaż-żgħażagħ. Għall-adulti u għall-anzjani. Infatti, kull laqgħa ma’ grupp jew settur tal-poplu ta’ Alla, f’kull waħda mill-bliet inklużi fil-program taż-żjara irrid li tkun ġest simboliku li jistà jasal lill-istess gruppi jew setturi tal-poplu fidil tan-nazzjonijiet kollha.

7. Fis-salm responsorjali kantajna: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni” (Sal 23, 1). Mill-bidu taż-żminijiet, anzi qabel ma’ wasal id-dawl tal-Vanġelu, it-tieba paterna ta’ Alla żejnet bi sbuħijiet bla numru l-artijiet tar-renju antik ta’ Quito. Alla stabilixxa kull ħaġa sabiex isservi lill-bniedem: il-mergħat kollha ħdura u l-ilmijiet trankwilli li dwarhom jitkellem is-salm. Il-krejaturi wrew b’dan kollu l-imħabba tiegħu għall-krejatura, magħmula xbiha u xebħ tiegħu. Imma biss bl-inkarnazzjoni tal-Verb dehret f’kollox il-profondità  tal-imħabba ta’ Alla lejn il-bniedem. Kristu jiġi biex ikun ir-ragħaj li jieħu ħsieb b’mod amoruż tal-merħla. Huwa hu ir-Ragħaj it-Tajjeb, li huwa lest saħansitra li “jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu” (Ġw 10, 11).

B’kemm ferħ il-liturġija tallum ixxandar din il-verità tal-Vanġelu! “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi… Imexxini fit-triq tas-sewwa… Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi”. Huwa hu r-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù Kristu! Huwa hu t-triq li hi d-dawl, huwa dak li “jwennisni”, li “quddiemi jħejji mejda”: il-pranzu ewkaristiku, il-mejda tal-kelma, li tirrivela l-misteri ta’ Alla u l-mejda ta’ ġismu u ta’ demmu, li huma l-ikel għall-ħajja eterna.

Huwa jwettaq il-wegħda biblika”: “Biż-żejt tidlikli rasi”, li dwaru jitkellem is-salm responsirjali. B’dan iż-żejt, b’din il-fwieħa tiġi simbolizzata l-grazzja li tinżel mill-għoli, il-qawwa tal-Ispirtu li tfewwaħ, li tqawwi bid-dlik tagħha.

Kristu huwa l-midluk ta’ Alla, ir-Ragħaj it-Tajjeb li jkompli jqaddes permezz tas-sagramenti tal-Knisja. Huwa jinsab fil-grazzja tad-dlik ta’ min jirċievi l-Magħmudija, biex jidħol jagħmel parti mill-unika merħla ta’ Kristu; u d-dlik tas-sagrament tal-maturità  nisranija, il-Griżma tal-Isqof; u fid-dlik saċerdotali ta’ min huwa kkonsagrat biex jippridka, joffri s-sagrifiċċju fl-Ewkaristija u jaħfer id-dnubiet fil-Qrar; huwa fil-grazzja li jirċievu l-għarajjes li jingħaqdu fiż-żwieġ’ huwa fid-dlik tal-marid li jħejji ruħu għall-vjaġġ tal-laqgħa ma’ Alla. Għalhekk is-salmista jgħajjat imfawwar bil-ferħ: “Il-kalċi tiegħi tfawwarli”. Hekk hija simbolizzata l-komunjoni kontinwa tal-patt il-ġdid u etern, li fih jieħdu sehem dawk li jipprofessaw il-fidi tagħhom fi Kristu msallab, irxuxtat u mgħolli għal-lemin tal-Missier  .

8. Poplu ta’ Alla li jgħammar f’din l-art tal-Ekwador! Illum ukoll il-ferħ tiegħi ifawwar għaliex il-Mulej huwa r-ragħaj tiegħek; għaliex tieħu sehem fis-sagrifiċċju tal-patt il-ġdid, għaliex tipprofessa lil Kristu mejjet u rxuxtat, bħala Alla u Mulej tiegħek. Il-kalċi tiegħi imfawwar bir-ringrazzjament, għaliex twettqet il-profezija ta Eżekjel : “Intom tkunu l-poplu tiegħi u jiena nkun Alla tagħkom” (Ez 36, 28). Poplu ġdid imwieled mill-ilma u mill-Ispirtu Santu, li aċċetta l-liġi ta’ Alla f’qalbu bħala norma ta’ ħajja: “Nagħtikom qalb ġdida, inqiegħed ġo fikom ruħ ġdida, inneħħi minn ġo fikom il-qalb tal-ġebel u nagħtikom qalb tal-laħam flokha. Inqiegħed ruħi ġo fikom, u nagħmel li timxu skont il-kmandamenti tiegħi, u li żżommu l-preċetti tiegħi u tħarsuhom” (Ez 36, 26-27).

Wara erbà sekli u nofs bogħod minn meta rċivejt il-Vanġelu, nistaqsik, poplu ta’ Alla tal-Ekwador, li rċivejt l-Ispirtu Santissmu, il-wirt tal-ewwel Pentekoste: qalbek hija fidila lill-Mulej? Tosserva l-kmandamenti ta’ Alla tal-Patt, ta’ Alla tal-Vanġelu? Għadek iżżomm ruħek f’dik “in-novità ta ħajja” li tiġi mill-Mulej?”.

9. Il-ġenerazzjonijiet għaddew fuq din l-art. Waħda ttrażmettiet lill-oħra d-dawl ta’ Kristu, li għal erbà sekli u nofs illumina l-mixja tal-poplu ta’ Alla tal-Ekwador. F’ruħhom ġarrew is-sinjal indelibli tal-Magħmudija; f’qalbhom, it-tama tħeġġeġ fil-qawmien futur u fil-ħajja eterna. Mill-ġdid ejjew ngħidu mas-salmista: “Miegħi jimxu t-tieba u l-ħniena il-jiem kollha ta’ ħajti. U ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj” (Sal 23, 6).

Fir-ringrazzjament ta’ dalgħodu, ejjew infakkru lil dawk li kienu qabilna fil-fidi u li issa jgħammru f’dar il-Mulej għal snin bla tmiem. Mingħandhom irċivejtu bħala wirt dan in-nazzjon sabiħ, il-kultura, it-teżor inestimabli tal-fidi, il-wirt tal-ispirtu. Nafu li qegħdin jistennewna diffikultajiet u provi. Imma ejjew nimxu b’kuraġġ lejn il-futur!

Kristu, ir-Ragħaj it-Tajjeb, huwa l-prinċep tas-seklu futur! Huwa hu t-triq, il-verità u l-ħajja, Ejjew nikkonservaw l-għaqda miegħu u bejnietna. U ejjew insegwuh. Mgħejjuna minn Marija, aħna perseveranti li nibqgħu miegħu. Hekk ikun.

Fi tmiem il-quddiesa se tkun imġedda l-konsagrazzjoni tal-Ekwador lill-Qalb Sagra ta’ Ġesù:

Dan huwa, Mulej, il-poplu tiegħek, / dejjem, o Ġesù, se jagħrfek bħala Alla tiegħu, / ma jdawwarx għajnejh lejn kewkba oħra / jekk mhux lejn dik tal-imħabba u ral-ħniena / li tiddi f’nofs il-patt tagħna. /  Tkun mela, Alla tagħna, tkun mela qalbek / il-fanal imdawwal tal-fidi tagħna, / l-ankra sikura tat-tama tagħna, / is-simbolu tal-bandiera tagħna,  it-tarka impenetrabli tal-fraġilità tagħna, / is-sebħ sabiħ ta’ paċi imperturbabli, / ir-rabta stretta ta’ ftehim qaddis, / is-sħaba li tiffertilizza l-għalqa tagħna, / ix-xemx li ddawwal l-orizzont tagħna, . il-vina, fl-aħħarnett, rikkissma  tal-prosperità u tal-abbundanza li tagħha għandna, / u barra minn hekk nikkonsagraw u nafdaw ruħna bla riservi / lil qalbek divina, / Immultiplika bla tarf is-snin tal-paċi tagħna, / eqred mill-konfini ta’ art twelidna /  n-nuqqas ta’ twemmin u l-korruzzoni, id-diżastri u l-miżerja, / Il-Vanġelu tiegħek jiddetta l-liġijiet tagħna, / il-ġustizzja tiegħek tiggverna t-tribunali tagħna / isostnu u jiddirieġu lill-mexxejja tagħna , / l-ħniena u l-qawwa tiegħek, / jipperfazzjonaw lis-saċerdoti tagħna / l-għerf, il-qdusija u ż-żelu / jikkunvertu l-ulied kollha tal-Ekwador il-grazza tiegħek / u l-glorja tiegħek jinkoronaw għall-eternità / sabiex il-popli kollha u n-nazzjonijiet kollha tad-dinja, / waqt li jikkontemplaw il-veru ferħ u l-feliċità ta’ qlubna / isibu r-rifuġju  min-naħa tagħhom f’qalbek li tħobb  u jiżufruwixxu mill-paċi li toffri lid-dinja / dik is-sors pur u sinbolu perfett / tal-imħabba u l-karità.

Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading