Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Guayana (1985)

VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
LITURĠIJA EWKARISTIKA MAL-ĦADDIEMA FI CIUDAD GUAYANA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It=Tlieta, 29 ta’ Jannar 1985

1. Aħkmu l-art (Ġen 1, 28). B’dan ilkliem tal-liturġija tallum, meħud mill-ktieb tal-Ġenesi, nagħtikom merħba u nsellem b’mod kordjali fil-Mulej lill-assembleja kollha ewkaristika tal-poplu ta’ Alla tal-Venezuela miġbura f’din il-Ciudad Guayana, li qiegħda tikber b’rapidita mpressjonanti. Insellem b’imħabba lir-rgħajja ta’ din id-dijoċesi, lil ħuti l-isqfijiet, is-saċerdoti, lir-reliġjużi maskili u femminili u lill-fidili li ġew minn dijoċesijiet  uminn żoni oħra tal-Pajjiż. Merħba bikom ilkoll.

Insellem b’mod speċjali lid-dinja kollha tax-xogħol li  ġiet hawn mhux biss mill-Venezuela, imma wkoll minn Pajjiżi oħra tal-Amerika Latina, għaliex l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, tal-aluminju u tal-industrija idroelettrika, għamlet minn din il-belt wieħed minn nukleji industrijali l-iktar important tal-Venezuela. Minħabba dan il- problema tax-xogħol, taz-xogħol uman, tokkupa ċ-ċentru ta’ din il-liturġija ewkaristika.

2. Titkellem dwar din il-problema jobligak li tmur lura għall-oriġni tal-ħolqien tal-bniedem, hekk bħal ma smajna fil-ktieb tal-Ġenesi. Alla huwa l-ħallieq tal-ħwejjeġ kollha u tal-bniedem. Hawn hu s-sies li jsejjaħ persuna lill-bniedem: għaliex hu xebħ u xbiha ta’ Alla, maħluq b’intelliġenza, rieda u poter li jiddomina l-art. Dan jiddistingwieh mill-bqija tal-ħolqien, ladarba huwa wkoll imsejjaħ għall-komunjoni ma’ Alla permezz tal-grazzja ta’ Ġesù Kristu.

Il-bniedem jaħdem għaliex huwa xbiha ta’ Alla. Frost il-krejaturi kollha tad-dinja il-bniedem biss jaħdem koxjentement. L-annimali huma attivi ħafna, imma ebda wieħed ma jaħdem fis-sens tax-xogħol uman. Infatti,  taħdem ifisser taħkem jew tiddomina l-art kif qrajna fil-ktieb tal-Ġenesi. Kull xogħol indipendentement mill-karatteristiċi tiegħu, għandu din il-finalità. Wieħed jistà jgħid li fil-pjan ta’ Alla x-xogħol huwa dominju bil-poter u l-awtorità riċevuta mingħand Alla, ukoll meta fl-aspett tiegħu uman ikollu l-karattru l-iktar servili. Ix-xogħol, kull xogħol, ukoll meta l-bniedem jamministra u jiddirieġi  ix-xogħol tal-oħrajn; f’kelma waħda kull attività tal-bniedem għandha din il-prerogattiva: l-attività fiżika bħal dik tagħkom fl-industrija, fil-kampanja u fis-servizzi, dik intellettwali, artistika, dik tar-riċerka pura u applikata, eċċetra.

3. Il-ktieb tal-Ġenesi jgħid li l-Ħallieq ta l-art kollha, f’ċertu sens id-dinja kollha viżibli, lill-bniedem u għamilha taħt id-dominju tiegħu. Bħala xebħ u xbiha ta’ Alla, l-bniedem immansa l-art, għamilha tiegħu billi umanizzaha b’mod responsabli. Fl-istess ħin, ta lil din id-dinja lill-bniedem bħala xogħol għax-xogħol tiegħu. Il-krejaturi inferjuri ġew maħkuma mill-bniedem, u fl-istess ħin ingħatawlu r-riżorsi li kien hemm fid-dinja, ibda mir-rikkezzi viżibli li kienu jinsabu, biex ngħid hekk, fil-wiċċ, sa dawk moħbija profondament fl-istruttura tal-materja li l-ġenju uman skopra gradwalment.

Il-ktieb tal-Ġenesi jkellimna dwar id-dominju fuq l-art kollha, jiġifieri, dwar dawk ir-rikkezzi viżibli u dwar dawk li hi taħbi: “U Alla qal: ejjew nagħmlu l-bniedem fuq ix-xbiha u s-sura tagħna, u aħkmu fuq il-ħut tal-baħar u fuq it-tjur tal-ajru, fuq l-annimali u fuq l-art kollha” (Ġen 1, 26).

L-bniedem jissottometti jew jiddomina l-art permezz tax-xogħol, vokazzjoni li Alla tah biex jikkollabora fl-opra tal-ħolqien, Għal dan, biex jikseb ir-relazzjoni personali fix-xogħol, il-bniedem jinqeda bit-teknika. Illum aħna xhieda tal-bidliet li seħħew bix-xjenzi u bit-teknoloġiji applikati mill-intelliġenza tal-bniedem. Però, flimkien mal-fatt li l-istrument tekniku għandu valur pożittiv għaliex jgħin biex ikun eżerċitat id-dominju ntelliġenti u responsabli tal-bniedem fuq l-art, jitqanqlu wkoll dubji serji u nterrogattivi: it-teknika nfatti tistà tasal – u waslet – biex tkun aljenanti u manipulatriċi, sal-punt li jkollha  twarrab moralment l-preżenza ta’ ċerta  ideoloħija tat-teknika, għaliex imponiet il-primat tal-materja fuq l-ispirtu, tal-ħwejjeġ fuq il-persuna, tat-teknika fuq il-morali.

Din it-tendenza diżumanizzata u spersonalizzata tispjega għaliex il-Knisja ma tgħejjiex titlob reviżjoni radikali tal-kunċetti ta’ progress u żvilupp: dan għamlu l-Papa Pawlu VI fl-enċiklika tiegħu Populorum progressio diġa kważi għoxrin sena ilu, u għamiltu jien mis-sedja ta’ Pietru u fil-peregrinazzjonijiet pastorali. Sakemm il-bniedem se jkollu jissaporti nġustament, u dan jafuh sewwa l-bnedmin tat-tielet dinja, il-primat tal-proċessi ekonomiċisti fuq id-drittijiet umani invjolabli u, b’mod partikolari fuq id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom? Huwa hawn, fil-valuri u d-drittijiet umani nvjolabli u sagri tal-persuna, li hemm bżonn naħsbu u niddefenixxu mill-ġdid il-kunċetti tal-iżvilupp u tal-progress.

4. Il-ktieb tal-Ġenesi jgħid li l-Ħallieq għaqqad ix-xogħol uman mal-bżonn tal-mistrieħ u tal-festa: “Mela Alla, fis-sebà jum, temm ix-xogħol tiegħu kollu li kien għamel . . . u Alla bierek is-sebà jum u qaddsu” (Gen 2, 2-3). Wieħed jistà jara b’mod ċar fl-intenzjoni ta’ Alla li x-xogħol huwa għall-bniedem, u mhux il-bniedem għax-xogħol, li x-xogħol huwa għat-twettiq tal-umanità tiegħu, tal-vokazzjoni ta’ persuna u ta’ bin Alla.

Dan il-prinċipju tad-dinjità tal-persuna tal-ħaddiem huwa dak li għandu jiddetermina l-istrutturi possibli tas-sistemi ndustrijali tal-produzzjoni u ta’ kull process ekonomiku, politiku u soċjali; jekk ma jridx ikompli bl-iżbilanċ tal-biżà ta’ perċentwali minima li tgawdi mill-ġid, quddiem perċentwali għolja li hija mċaħħda, speċjalment fil-Pajjiżi tat-Tielet dinja. Huma sproporzjonati d-differenzi kbar ta’ pożizzjoni soċjali u ta’ privileġġ salarjali bejn klassi u oħra. Ix-xogħol huwa ġid tal-bniedem imma ġid għal kulħadd, minkejja l-għejja li jġorr fih, u mhux għal ftit biss. Dan jidher iktar ċar meta nqisu l-fatt li “Alla ħalaq il-bniedem . . . raġel u mara ħalaqhom” (Ġen 1, 27), b’dan ta bidu lill-familja.

“Nisslu u oktru” (Ġen 1, 28). Ix-xogħol huwa suġġett għall-iskopijiet propji tal-bniedem u tal-umanità, bil-familja miżmuma quddiemnett bħala komunità interpersonali ta’ raġel u ta’ mara, msejħa biex jittrażmettu l-ħajja lill-ulied: lill-persuni ġodda, maħluqa huma wkoll xbiha u xebħ ta’ Alla. Għalhekk il-Knisja ma tgħejja qatt issostni: ix-xogħol huwa għall-familja, u mhux il-familja għax-xogħol

5. Nixtieq li tistampa ruħha din ix-xbiha fundamentali u eterna tax-xogħol uman fil-kuxjenza ta’ dawk kollha li f’dan ir-reġjun tal-Venezuela jiffurmaw u joħolqu l-ambjent ġdid, fi żvilupp kontinwu u prosperu, tax-xogħol.

Fil-kondizzjonijiet attwali ta’ Ciudad Guayana, li żviluppaw fundamentalment madwar u li jiddependu fuq ix-xogħol industrijali, b’individwi ġejjin mill-kategoriji kollha soċjali – ħaddiema, tekniċi u professjonisti – ippermettuli li nfakkar xi ideat ċentrali tal-enċiklika tiegħi Laborem exercens fuq ix-xogħol uman.

6. L-idea bażi tal-enċiklika kollha hija l-“problematika fundamentali tax-xogħol” (Ġwanni Pawlu II, Laborem exercens, 11), li twassal għall-affermazzjoni li “fil-bidu stess tax-xogħol uman jinsab il-misteru tal-ħolqien” (Ivi, 12). F’din il-prospettiva, u waqt li nagħtu każ tad-“diversi esperjenzi tal-istorja”, il-problema tax-xogħol tidher bħala “realtà kbira… strettament marbuta mal-bniedem bħala s-suġġett propju u għall-opra razzjonali tiegħu” (Ġwanni Pawlu II, Laborem exercens, 11).

Minkejja t-tbatija u l-isforz li jesiġi “ix-xogħol ma jaqrax li jkun ġid. Dan il-karattru tax-xogħol uman, totalment pożittiv u krejattiv, edukattiv u meritorju, irid jikkostitwixxi s-sies tal-valutazzjonijiet u tad-deċiżjonojiet li llum jieħdu fir-rigward, inklużi dawk riferuti għad-drittijiet soġġettivi tal-bniedem” (Ivi). Għalhekk huwa meħtieġ li kostantament inqegħdu fl-ewwel pjan  “il-prinċipju tal-prijorità tax-xogħol quddiem il-kapital” (Ivi, 12).

Fid-dawl ta’ dan il-prinċipju jinħtieġ studju tal-“konflitt il-kbir li wera ruħu, u jkompli juri ruħu għal żewġ sekli, bejn id-“dinja tal-kapital” u d-“dinja tax-xogħol” (Ivi, 11). Waqt li nammettu li x-xogħol u l-kapital huma komponenti inseparabli tal-proċess ta’ produzzjoni, biex negħlbu l-antagoniżmu bejn il-wieħed u l-ieħor jimponi ruħu l-bżonn ta’ konċertazzjoni permenenti ta’ interessi  u aspirazzjonijiet leġittmi, konċertazzjoni bejn dawk li jiddisponu mill-meżżi ta’ produzzjoni u l-ħaddiema. Imma “l-isforzi ġusti biex jassikuraw id-drittijiet tal-ħaddiema… jridu dejjem iqisu l-limiti li timponi s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-Pajjiż. L-esiġenzi sindakali ma jistgħux jittrasformaw ruħhom fi speċi ta’ “egoiżmu” ta’ grupp jew ta’ klassi,  safejn jistgħu u wkoll għandhom jippruvaw jikkorreġu bl-iskop tal-ġid komuni tas-soċjetà kollha dak li hu difettuż fis-sistema ta’ propjetà tal-meżżi ta’ produzzjoni jew tal-mod ta’ amministrazzjoni jew ta’ dispożizzjoni tagħhom” (Ivi, 20).

Fl-epoka tax-xogħol mekkanizzat, bħal dak li jsir hawn f’din il-Ciudad Guayana, il-bniedem ma jistax jitlef postu ta’ privileġġ mogħti mill-Ħallieq: ikun suġġett tax-xogħol u mhux l-iskjav tal-magna, tat-teknika, Din mifhuma “bħala l-għaqda ta’ strumenti li bihom il-bniedem jinqeda f’xogħolu, hija bla dubju allejat tal-bniedem, sabiex tiffaċilitalu x-xogħol, il-perfezzjoni, tgħaġġelulu u timmultiplikahulu”. Imma t-teknika tistà tinbidel minn allejat f’avversarju tal-bniedem, bħal meta l-mekkanizzazzjoni tax-xogħol “tieħu post il-bniedem, billi teħodlu kull sodisfazzjon personali u l-istimolu għall-krejattività u r-responsabiltà: meta tieħu l-post tax-xogħol lil bosta ħaddiema okkupati qabel, jew meta permezz tal-eżaltazzjoni tal-magna tirriduċi l-bniedem biex ikun skjav tagħha” (Ġwanni Pawlu II, Laborem exercens, 5). Għalhekk il-“vanġelu tax-xogħol” għandu jkun imwassal fl-opra konkreta ta’ kuljum, billi jingħex il-messaġġ li Ġesù fix-xogħol u billi jkun jaf li Kristu jinsab qrib il-ħaddiem f’ħajtu konkreta, li huwa jappartieni lid-dinja tax-xogħol u li x-xogħol iġib ukoll is-sinjal tas-salib tiegħu: sofferenza, għejja, frustrazzjoni u niket. Din hija wkoll il-mixja tal-Knisja: li tkun qrib ħafna tad-dinja tax-xogħol.

7. Din ix-xbiha tax-xogħol li d-duttrina soċjali tal-Knisja tirċievi b’wirt fil-kelma ta’ Alla ħaj, billi tgħodd mal-esperjenzi dejjem ħajjin tad-dinja tax-xogħol uman, għandha bdanakollu punt ieħor ċentrali ta’ riferenza. Fil-Vanġelu tallum smajna l-kliem li jirrigwardaw “lil bin il-mastrudaxxa” (Mt 13, 55). Ġesù Kristu’ Bin Alla l-ħaj, tal-istess sustanza tal-Missier, sar bniedem  bħala Verb etern. U bħala bniedem, għal ħafna snin ta’ ħajtu moħbija ġo Nażżaret, ħadem maġemb San Ġuħepp, li għall-bnedmin kien “missieru”. Minħabba dan huwa kien magħruf bħala “iben il-mastrudaxxa”, ladarba Ġużeppi  f’tant snin ta’ ħajtu, li kienet missjoni messjanika, żvolġa xogħol manwali.

B’fdan il-mod għaqqad ix-xogħol uman mal-opra tal-fidwa tad-dinja, u fl-istess ħin wettaq id-dinjità tal-istess xogħol li għandu l-bidu tiegħu f’Alla. Il-bnedmin tax-xogħol, għalhekk, u b’mod partikolari dawk tax-xogħol manwali, iħarsu b’mod ġust lejn San Ġużepp u lejn “bin il-mastrudaxxa:, waqt li jfittxu fihom it-twettiq tal-valuri essenzjali tax-xogħol u ta’ din id-dinjità li tmiss lill-bniedem li jaħdem.

8. Waqt li nkellem lill-ħaddiema tas-settur industrijali f’dan ir-reġjun tal-Venezuela, nixtieq ukoll inħaddan mal-komunità ewkaristika tagħna, u b’din l-omelija, lill-moltitudni vasta ta’ bnedmin li jaħdmu f’kull tip ta’ xogħol, imma b’mod speċjali dawk li jaħdmu fl-għelieqi: il-bdiewa.

Iva, il-bdiewa, għaliex: “Intom qawwa dinamikizzanti ta’ soċjetà ipparteċipata bosta” (Puebla, 1245); għalkemm ma għandkomx , ħafna minnkom, “il-fakoltà li tipparteċipaw fl-għażlit deċiżosservanzi soċjali”, ma tiddisponux mill-vantaġġi prattiċi “tad-dritt għall-assoċjazzjoni libera fir-rigward ta’ promozzjoni ġusta soċjali, kulturali u ekonomika” (Ġwanni Pawlu II, Laborem exercens, 21); u, minkejja dan, tkomplu toffru “lis-soċjetà il-ġid meħtieġ għas-sosten ta’ kuljum tagħha” (Ivi). Għal dan nixtieq insostni d-dinjità kbira tal-missjoni tagħkom u tal-persuni tagħkom, xejn inferjuri għal dik ta’ kwalunkwè kategorija soċjali oħra. Għixu, mela, I-kondizzjoni tagħkom ta’ bdiewa b’dinjità, b’xewqa li tegħlbu b’sens ta’ solidarjetà bejnietkom stess, u la tinsewx tgħollu, mill-kampanji tagħkom, il-ħarsa u l-qalb lejn Alla. Għolluh bit-talb.

9. Hawn hu dak li jxandar is-salm tal-liturġija tallum “Qabel ma twieldu l-muntanji / qabel ma tnisslu l-art u d-dinja / minn dejjem ta’ dejjem int o Alla. / Int treġġa l-bnedmin lejn it-trab, / u tgħidilhom: “Erġgħu lura, intom bnedmin”. / Elf sena huma għalk bħal jum ta’ lbieraħ li għadda, / jew bħal sahra tal-lejl” (Sal 90, 2-4).

K;liem sabiħ! Kliem profond! Jiġbor fih it-tifħir lill-Ħallieq  li huwa etern u omnipotenti. Jiġbor fih il-verità dwar il-bniedem li jgħaddi għal din l-art: huma magħduda sninu u jiemu. Għalhekk it-talba żelanti tas-salmista: “Għallimna ngħoddu jiem ħajjitna u naslu għall-għerf  tal-qalb” (Sal 90, 12). Din hija l-ewwel ħaġa

U t-tieni: “Imliena kmieni bil-grazzja tiegħek  biex nifirħu u nithennew ħajjitna kollha” (Sal 90, 14).

U fl-aħħarnett dak li huwa l-iktar importanti: “Ħa jidher għemilek  quddiem il-qaddejja tiegħek u l-kobor tiegħek quddiem uliedhom” (Sal 90, 16).

Flimkien mal-ħaddiema kollha ta’ din il-Ciudad Guayana u tal-Venezuela kollha, nitlob lil Alla, bħala ragħaj tal-Knisja, dak li sekli ilu kien talab is-salmista: li x-xogħol jasal biex ikun għalikom, għeżież ħuti, parteċipazzjoni fl-opra divina tal-ħolqien u l-fidwa; li tasal biex tkun għalikom u għal uliedkom il-garanzija tal-glorja ta’ Alla.

Alla jbierek lilkom u lix-xogħol tagħkom! U l-Verġni Mqaddsa, sidtna tal-Wied, takkumpanjakom dejjem!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading