Talb tal-interċessjoni. L-14-il Ħadd matul is-Sena

V… B’qalb mimlija gratitudni għall-ġid li l-Mulej jagħmel magħna, b’umiltà nressqulu t-talbiet tagħna.

1. Ieqaf, Mulej, mal-qaddej tiegħek il-Papa Ljun biex ikompli jmexxi l-Knisja tiegħek fit-triq li twassalna għandek. Nitolbu

2. Ieqaf, Mulej mal-mexxejja tan-nazzjonijiet biex dejjem iħabirku ħalli jġibu ʹl quddiem il-ġid komuni tal-bnedmin. Nitolbu

3. Ieqaf, Mulej, ma’ dawk li għaddejjin mit-tiġrib tal-ħajja biex isibu min jgħinhom fl-inkwiet tagħhom. Nitolbu

4. Ieqaf, Mulej, ma’ kull wieħed u waħda minna biex nagħrfu iżjed il-vokazzjoni tagħna Nisranija u ngħixuha fl-ambjenti kollha li nkunu fihom. Nitolbu

V… O Alla li tista’ kollox, inti jistħoqqlok biss it-tifħir tagħna; nitolbuk biex tilqa’ dawn it-talbiet tagħna filwaqt li nwegħduk li nkomplu nagħmlu ħilitna biex ngħixu dak li inti kkmandajtna. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading